Filwaqt li l-KESE qed iħejji ruħu biex jilqa’ 99 student tal-iskola sekondarja u l-għalliema li se jakkumpanjawhom għall-avveniment tiegħu tal-2022 iddedikat għaż-żgħażagħ bit-tema “Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ jiġġieldu d-diżinformazzjoni”, il-membri tal-KESE li jaġixxu ta’ mentors qegħdin iżuru l-iskejjel magħżula sabiex jiltaqgħu u jiskambjaw fehmiet mad-delegazzjonijiet li se jipparteċipaw fl-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”.

Dawn il-laqgħat jidhru fuq il-pjattaforma interattiva tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa taħt il-kapitoli “Żgħażagħ” u “Demokrazija parteċipattiva”.

“Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ jiġġieldu d-diżinformazzjoni” huwa t-titolu magħżul għall-edizzjoni ta’ din is-sena “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, l-avveniment ewlieni tal-KESE għaż-żgħażagħ. Dan se jsir kompletament mill-bogħod fil-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. Il-programm issa jinsab online. (ck)