Il-QFP: it-tajjeb, il-ħażin u l-ikrah

Il-podcast “Il-fehma tal-organizzazzjonijiet lokali” jiftaħ it-tieni staġun tiegħu b’episodju ddedikat għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) Ewropew il-ġdid. L-erba’ mistednin tagħna jgħidulna x’inhu t-tajjeb, il-ħażin u l-ikrah f’dan il-ftehim tant mistenni.

Jan Olbrycht, MEP u korapporteur dwar il-QFP għall-Parlament Ewropew, jispjega għalfejn in-negozjati kienu daqstant diffiċli u jenfasizza wkoll l-importanza tal-programm il-ġdid EU4Health. Stefano Palmieri, president tas-Sezzjoni ECO fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, jara l-opportunità għall-immodernizzar tas-sistema ekonomika u soċjali Ewropea. Huwa ddeskriva l-viżjoni tas-soċjetà ċivili flimkien ma’ żewġ kelliema oħra: Gabriella Civico, membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Civil Society Europe), u Zsuzsanna Szabó, ġurnalista u membru tal-fondazzjoni Res Publica. Huma jikkondividu tħassib simili dwar ir-riżorsi proprji tal-UE u d-dgħufijiet tal-mekkaniżmu l-ġdid ta’ kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt.