European Economic
and Social Committee
99 student jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu l-aħbarijiet foloz
Fix-xhur li ġejjin, studenti minn skejjel sekondarji mill-Ewropa kollha se jkunu lesti biex flimkien jiskambjaw ideat dwar kif jiġġieldu d-diżinformazzjoni fl-Ewropa. F’Marzu, se jagħżlu l-aktar ideat popolari biex jippreżentawhom lill-mexxejja tal-UE.
“Il-Verità dwar il-Gideb. Iż-żgħażagħ jiġġieldu d-diżinformazzjoni” huwa t-titolu tat-13-il avveniment ewlieni “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”.
561 skola sekondarja mis-27 Stat Membru tal-UE u mill-5 pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija) applikaw biex jipparteċipaw f’L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022. Ir-reġistrazzjoni għalqet fit-2 ta’ Diċembru 2021. L-iskejjel li se jipparteċipaw, waħda għal kull pajjiż, intgħażlu bix-xorti fid-9 ta’ Diċembru 2021. Il-lista tal-iskejjel magħżula tinsab disponibbli online:
Is-sessjonijiet ta’ dibattitu se jsiru fil-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. It-tħejjijiet biex id-99 student u l-għalliema ta’ superviżjoni tagħhom jiġu milqugħa fil-KESE għaddejjin ġmielhom.
Sa nofs Jannar 2022, il-membri tal-KESE li jaġixxu bħala mentors se jibdew iżuru l-iskejjel magħżula biex jgħinu lill-istudenti jippreparaw għas-sessjonijiet ewlenin.
L-avveniment huwa ntiż biex iqajjem kuxjenza dwar il-perikli tad-diżinformazzjoni u biex iħeġġeġ liż-żgħażagħ isiru aktar attivi fil-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz.
YEYS2022 intgħażel bħala wieħed mill-avvenimenti ewlenin għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022. (ck)