Wara t-tradiment tal-Amerka, l-Ewropa ingħatat għażla ċara ħafna: li tiddefendi lill-Ukrajna bl-istess mod kif tiddefendi lilha nnifisha, jew tiffaċċja l-armata Russa fit-territorju tagħha stess illum qabel għada. Din il-ġlieda mhux se tkun faċli, iżda l-ebda battalja ma tintilef qabel ma tibda. Għad irridu naraw kemm se jkun hemm Ewropej li jappoġġjawna, tikteb il-mistiedna sorpriża tagħna, il-ġurnalista Ukrena Tetyana Ogarkova.

Wara t-tradiment tal-Amerka, l-Ewropa ingħatat għażla ċara ħafna: li tiddefendi lill-Ukrajna bl-istess mod kif tiddefendi lilha nnifisha, jew tiffaċċja l-armata Russa fit-territorju tagħha stess illum qabel għada. Din il-ġlieda mhux se tkun faċli, iżda l-ebda battalja ma tintilef qabel ma tibda. Għad irridu naraw kemm se jkun hemm Ewropej li jappoġġjawna, tikteb il-mistiedna sorpriża tagħna, il-ġurnalista Ukrena Tetyana Ogarkova.

Tetyana Ogarkova, ġurnalista u esejista Ukrena, u speċjalista fil-letteratura, tgħix fi Kiev. Hija l-koordinatriċi tad-dipartiment internazzjonali tal-Ukrajna Crisis Media Centre u kopreżentatriċi tal-podcast “Explaining Ukraine”. Hija wkoll lettur fl-Università Mohyla ta’ Kiev u għandha dottorat fil-letteratura mill-Università Paris-XII Val-de-Marne. 

Investmenti u riformi għall-kompetittività u Unjoni tas-Swieq Kapitali

Document Type
AS

Miżuri għal ekonomija Ewropea reżiljenti, koeżiva u inklużiva

Document Type
AS

Il-proposti ta’ riforma u investiment bħala parti miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2024-2025

Document Type
AS

Il-membru tal-KESE Elena Calistru, relatur tal-Opinjoni Inħallu warajna l-kriżijiet – Miżuri għal ekonomija Ewropea reżiljenti, koeżiva u inklużiva, tikteb dwar l-imperattivi ekonomiċi biex tinbena ekonomija li tipproteġi lill-individwi u lin-negozji mit-taqlib ekonomiku u l-kriżijiet akuti tal-għoli tal-ħajja.

Il-membru tal-KESE Elena Calistru, relatur tal-Opinjoni Inħallu warajna l-kriżijiet – Miżuri għal ekonomija Ewropea reżiljenti, koeżiva u inklużiva, tikteb dwar l-imperattivi ekonomiċi biex tinbena ekonomija li tipproteġi lill-individwi u lin-negozji mit-taqlib ekonomiku u l-kriżijiet akuti tal-għoli tal-ħajja.

Minn Daniela Vancic

L-IĊE hija verament unika: ma teżisti l-ebda għodda oħra fid-dinja li tippermetti li ċ-ċittadini jkollhom impatt dirett fuq il-leġiżlazzjoni. Madankollu, għad trid tingħata r-rikonoxximent li ilu jistħoqqilha, tikteb Daniela Vancic, Mexxejja għall-Politika Ewropea u l-Promozzjoni fi ħdan Democracy International, hija u taqsam magħna tliet ideat biex l-IĊE jkollha impatt akbar.

Minn Daniela Vancic

L-IĊE hija verament unika: ma teżisti l-ebda għodda oħra fid-dinja li tippermetti li ċ-ċittadini jkollhom impatt dirett fuq il-leġiżlazzjoni. Madankollu, għad trid tingħata r-rikonoxximent li ilu jistħoqqilha, tikteb Daniela Vancic, Mexxejja għall-Politika Ewropea u l-Promozzjoni fi ħdan Democracy International, hija u taqsam magħna tliet ideat biex l-IĊE jkollha impatt akbar.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) hija waħda mill-aktar għodod demokratiċi b’saħħithom tal-UE, wara l-elezzjonijiet Ewropej. Fit-13-il sena li ilha teżisti, l-IĊE involviet aktar minn 20 miljun ċittadin u b’hekk uriet li hija pjattaforma essenzjali għall-parteċipazzjoni. Madankollu, minkejja l-potenzjal tagħha, l-IĊE rari tirċievi r-rikonoxximent li jistħoqqilha.

Se nispjega għaliex l-IĊE hija importanti u se naqsam magħkom tliet ideat biex ikollha impatt saħansitra akbar.

Ir-rwol tal-IĊE f’dinja polarizzata

X’jagħmel li l-IĊE hija għodda verament unika? M’hemm l-ebda għodda bħalha fid-dinja. L-IĊE tawtonomizza liċ-ċittadini biex jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni direttament billi jiġbru appoġġ f’mill-inqas seba’ Stati Membri tal-UE. Fi żmien meta l-polarizzazzjoni politika qed tiżdied, l-IĊE taġixxi bħala pont vitali bejn iċ-ċittadini u dawk li jfasslu l-politika, billi trawwem il-kollaborazzjoni, tibni konnessjonijiet u tixpruna bidla reali.

Fil-qalba tagħha, l-IĊE trid tispira lin-nies biex jinvolvu ruħhom fit-tfassil tal-politika. Tiġbor flimkien gruppi differenti, tqajjem dibattitu pubbliku u tamplifika l-ilħna fix-xena Ewropea. Pereżempju, l-inizjattiva Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi, li dan l-aħħar kisbet aktar minn miljun firma, immobilizzat network ta’ attivisti, organizzazzjonijiet u personalitajiet pubbliċi (inklużi personalitajiet internazzjonali bħal Barack Obama) u nediet dibattitu usa’ dwar il-valuri fundamentali. Dan it-tip ta’ mobilizzazzjoni joħloq valur dejjiemi għad-demokrazija nnifisha, kif ukoll għall-kawża inkwistjoni.

Azzjoni f’waqtha hija kruċjali

L-IĊE għandha potenzjal demokratiku enormi, iżda biex dan jiġi sfruttat bis-sħiħ, azzjoni f’waqtha mill-istituzzjonijiet tal-UE hija essenzjali. Għalkemm ċerti inizjattivi, bħall-kampanja End the Cage Age, wasslu għal bidliet pożittivi fil-politiki tal-UE, spiss ikun hemm dewmien sinifikanti bejn l-appoġġ tal-pubbliku għal IĊE u s-segwitu leġiżlattiv għaliha. Dan jista’ jkun frustranti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għas-soċjetà ċivili, b’riskju li dawn jitilfu l-fiduċja fil-proċess.

Biex iżżomm il-momentum għaddej, l-UE għandha tikkunsidra tħaffef dawk l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li jirċievu appoġġ pubbliku kbir ħafna. Huwa minnu li l-leġiżlazzjoni tal-UE tieħu ż-żmien, però meta IĊE jkollha appoġġ ċar u mifrux, għandha tirċievi attenzjoni speċjali. Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jaraw l-ideat tagħhom jissarrfu f’azzjoni malajr, u b’hekk l-IĊE ssir mutur għal bidla f’waqtha kif ukoll għodda li tinfluwenza.

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-ispinta għar-riforma Ewropea

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn dejjem kienu fil-qalba tal-IĊE, billi jimmobilizzaw liċ-ċittadini u jissensibilizzaw dwar il-potenzjal tal-għodda. Mill-bidu nett, l-organizzazzjonijiet bħal Democracy International kellhom rwol kruċjali fl-iżvilupp u l-appoġġ tal-IĊE. Iżda r-rwol tas-soċjetà ċivili ma jieqafx hemm.

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikomplu jippromovu riformi li jistgħu jsaħħu l-IĊE bħala strument demokratiku. Pereżempju, l-IĊE għandha tkun tista’ tipproponi bidliet fit-Trattati tal-UE – setgħa li għadha ma ntlaħqitx iżda li jista’ jkollha impatt profond fuq il-futur tal-Ewropa. Id-dibattiti dwar ir-riforma tat-Trattati qed jevolvu u qed jiġi aċċettat dejjem aktar li l-UE teħtieġ Trattat li jkun adattat biex jissodisfa l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ żminijietna. Għalhekk huwa aktar importanti minn qatt qabel li nespandu l-IĊE biex iċ-ċittadini jingħataw siġġu madwar il-mejda.

L-IĊE għandha tkun sors ta’ ispirazzjoni għall-politiki

Ejjew inżidu l-livell ta’ ambizzjoni għall-IĊE. Waħda mill-ideat biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħha hija li jitqiesu wkoll l-IĊE li ma jissodisfawx il-kriterji formali tal-Inizjattiva. Mhux kull idea kbira tista’ tikseb il-miljun firma, iżda dan ma jfissirx li mhux ta’ min jikkunsidraha. It-twettiq ta’ kampanja tal-IĊE mhuwiex faċli, speċjalment meta dan jinvolvi sforzi transnazzjonali, multilingwi u multinazzjonali. Madankollu, uħud mill-aħjar ideat jista’ ma jkollhomx ir-riżorsi biex jilħqu l-livell għoli stabbilit għas-suċċess tal-IĊE.

Pereżempju, l-IĊE dwar Single Communication Tariff Act (Att dwar Tariffa Unika għall-Komunikazzjoni) tal-2012 ma kinitx IĊE ta’ suċċess skont id-definizzjoni standard, iżda ispirat il-politika ta’ “roaming daqslikieku f’pajjiżek” li daħlet fis-seħħ ħames snin wara, u li kienet ta’ benefiċċju għal miljuni ta’ Ewropej mobbli li issa jistgħu jgawdu minn roaming tad-data bejn il-fruntieri, mingħajr tariffi. Dan juri li anke l-IĊE li ma jilħqux il-mira tal-ammont ta’ firem jistgħu jqanqlu bidla fil-politika. L-UE għandha tkun lesta li tikkunsidra l-ideat kollha mmexxija miċ-ċittadini, anke dawk li ma jiksbux il-miljun firma, u tużahom bħala sors ta’ ispirazzjoni għal-leġiżlazzjoni futura.

Punti ewlenin

L-IĊE hija għodda ta’ valur inkredibbli għat-tisħiħ tad-demokrazija fl-Ewropa, speċjalment fi żmien meta l-valuri demokratiċi fid-dinja huma mhedda. L-IĊE tawtonomizza liċ-ċittadini biex iressqu l-ideat tagħhom fix-xena tal-UE, u b’hekk timmobilizza l-appoġġ pubbliku u toħloq impatt sinifikanti. Hekk kif l-IĊE tidħol fl-adolexxenza tagħha, wasal iż-żmien li naħsbu dwar kif din l-għodda unika tista’ tiġi amplifikata u kif tista’ tinħoloq konnessjoni aktar b’saħħitha u aktar diretta bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet.

Bl-appoġġ kontinwu tas-soċjetà ċivili, l-IĊE tista’ tgħin biex tinbena Unjoni Ewropea aktar parteċipattiva u reattiva, li ssaħħaħ postha bħala mexxejja globali fid-demokrazija.

Daniela Vancic hija l-Mexxejja għall-Politika Ewropea u l-Promozzjoni fi ħdan Democracy International, fejn ilha mill-2017 tippromovi d-demokrazija parteċipattiva u diretta. B’aktar minn għaxar snin ta’ esperjenza fil-proċessi ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini, hija esperta rikonoxxuta fil-qasam tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Fl-2022, hija kienet il-koeditriċi tal-ktieb Complementary Democracy: The Art of Deliberative Listening.

Minn Elena Calistru

Il-kriżijiet reċenti kienu test tal-istress għall-arkitettura ekonomika tal-Ewropa, fejn in-nies ordinarji qed iġorru l-akbar piż. L-Opinjoni tagħna dwar Inħallu warajna l-kriżijiet toffri pjan ta’ azzjoni għal ekonomija li tipproteġi lill-individwi u lin-negozji, aktar milli tesponihom għal taqlib ekonomiku.

Minn Elena Calistru

Il-kriżijiet reċenti kienu test tal-istress għall-arkitettura ekonomika tal-Ewropa, fejn in-nies ordinarji qed iġorru l-akbar piż. L-Opinjoni tagħna dwar Inħallu warajna l-kriżijiet toffri pjan ta’ azzjoni għal ekonomija li tipproteġi lill-individwi u lin-negozji, aktar milli tesponihom għal taqlib ekonomiku.

Jispikkaw tliet imperattivi ekonomiċi:

L-ewwel nett, it-tbassir ekonomiku jrid jevolvi minn analiżi retrospettiva għal intervent ta’ previżjoni. Meta tfaqqa’ l-inflazzjoni, huma l-imwejjed tal-kċina li jintlaqtu l-ewwel, qabel id-dashboards ekonomiċi. Neħtieġu sistemi sofistikati ta’ detezzjoni bikrija li jidentifikaw il-konġestjonijiet fil-provvista u l-anomaliji fit-trażmissjoni tal-prezzijiet, qabel ma jibdew jinħassu fil-kontijiet tal-enerġija tat-tisħin u l-ikel mhux affordabbli. L-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli għal xokkijiet ekonomiċi huma preċiżament dawk bl-inqas kapaċità li jassorbuhom – realtà li titlob identifikazzjoni granulari tal-vulnerabbiltajiet biex tiġi żgurata protezzjoni mmirata.

It-tieni, il-kapaċità fiskali trid tinbidel minn rispons ta’ emerġenza għal stabbilizzazzjoni integrata. Next Generation EU kien impressjonanti iżda improvvizzat. Mekkaniżmi ta’ stabbilizzazzjoni fiskali permanenti b’sorveljanza mis-soċjetà ċivili jiżguraw li r-reazzjonijiet għall-kriżijiet jipproteġu lil dawk l-aktar f’riskju. Meta l-governanza ekonomika tinjora l-effetti distributtivi, il-pressjoni soċjali li tirriżulta tipperikola r-reżiljenza nnifisha li qed infittxu li nibnu. Il-kundizzjonalitajiet soċjali fil-finanzjament tal-UE m’għandhomx jitqiesu bħala ostakli burokratiċi – jistgħu jiżguraw li t-tkabbir ekonomiku jissarraf fi standards tal-għajxien imtejba għal kulħadd.

It-tielet, l-integrazzjoni tas-suq trid taċċellera l-oqsma l-aktar importanti għall-konsumaturi. Il-kostijiet tal-enerġija li jaqbżu b’mod sinifikanti dawk tal-kompetituri mhumiex biss indikaturi makroekonomiċi – huma kontijiet ta’ kull xahar li jagħmlu pressjoni fuq il-baġits tal-unitajiet domestiċi madwar l-Ewropa. L-investimenti strateġiċi fl-infrastruttura transfruntiera u l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija mhumiex biss objettivi ekonomiċi astratti iżda għajnuna tanġibbli għall-familji u n-negozji li qed iħossu l-għafsa tal-għoli tal-ħajja.

Il-politika ekonomika mfassla mingħajr il-kontribut tas-soċjetà ċivili hija bħal navigazzjoni mingħajr għarfien lokali – teknikament possibbli iżda fil-prattika mhix għaqlija. Meta l-politiki jitfasslu bil-parteċipazzjoni sħiħa ta’ dawk li se jesperjenzaw il-konsegwenzi tagħhom, dawn dejjem jagħtu riżultati superjuri. Mhijiex kwistjoni ta’ konsultazzjoni bħala formalità; imma kwistjoni ta’ sfruttar tal-intelliġenza kollettiva tas-soċjetà ċivili organizzata matul iċ-ċiklu ta’ politika kollu.

L-ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva tal-Ewropa teħtieġ li tiġi mmodernizzata, u mhux titħalla għal riħha. L-għażla bejn il-kompetittività u l-protezzjoni taċ-ċittadini hija promossa minn dawk b’immaġinazzjoni ekonomika limitata. L-isfidi li ġejjin jeħtieġu kreattività istituzzjonali li tqiegħed ir-reżiljenza ekonomika u l-benesseri tan-nies fil-qalba tal-governanza ekonomika tal-Ewropa.

The European Citizens’ Initiative has proved to be an effective tool for increasing citizens’ participation in the political life of the EU. But it must be reinforced to counter the risk of the EU institutions becoming detached from ordinary Europeans.

The European Citizens’ Initiative has proved to be an effective tool for increasing citizens’ participation in the political life of the EU. But it must be reinforced to counter the risk of the EU institutions becoming detached from ordinary Europeans.

The European Citizens’ Initiative (ECI) is an EU participatory mechanism designed to strengthen direct democracy by allowing at least one million EU citizens (with a specified minimum number of nationals from at least seven Member States) to ask the European Commission to propose an act in an area where Member States have transferred powers to the EU level.

Since 2012, when ECIs were launched, the European Commission has registered 119 initiatives, and their organisers have collected around 20 million signatures. So far, 11 initiatives have been validated as successful and 10 of them have already received a response from the Commission.

The ECI Day, held every year by the European Economic and Social Committee (EESC), is an important forum and platform where registered and future ECI organisers and stakeholders can exchange information and experiences and present their ECI and activities to the public.

This year, the ECI Day was held as part of Civil Society Week on 18 March.

‘The EU should take further steps towards participatory democracy to complement its representative form. The European Citizens’ Initiative (ECI) is the very first participatory democracy tool at transnational level,’ said Laurenţiu Plosceanu, EESC Vice-President for Communication.

According to the European Ombudsman, Teresa Anjinho, the ECI is a powerful tool, but it has not lived up to its potential. ‘We have to improve communication on its purposes and functions. Awareness-raising campaigns must be stepped up so that people are fully informed about what an ECI can and cannot do, and take action. To preserve the ECI as a meaningful tool requires transparency, honesty and communication. If we fail, we will also be failing to maintain trust in this tool as well as in the future of our Union,’ said Ms Anjinho.

During the ECI Day event, nine ECI initiatives were presented, including those concerning access to water, food security, abortion, LGBTQ+ rights, protecting existing buildings from demolition, videogame heritage protection, a new model to reduce emissions through Air-Quotas, and new health standards for the medical use of psychedelics.

Responding to calls to secure funding for ECI initiatives, Adriana Mungiu, head of the ECI team at the Commission’s Secretariat-General, urged activists not to wait for new and rather distant budgetary solutions dedicated only to ECIs. Instead, they should make greater use of the funds available in the current EU budget, including in the chapters on ‘Citizens’ Participation’. (at)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) approva l-Patt Ewropew għall-Oċeani, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li dan isir qafas robust għal azzjoni – mhux biss dikjarazzjoni ta’ intenzjoni. 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) approva l-Patt Ewropew għall-Oċeani, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li dan isir qafas robust għal azzjoni – mhux biss dikjarazzjoni ta’ intenzjoni.

Il-Patt irid jallinja mal-politiki eżistenti tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku, l-Istrateġija dwar l-Ekonomija Blu u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, u fl-istess ħin jibbilanċja t-tkabbir ekonomiku, il-protezzjoni ambjentali u l-ġustizzja soċjali.

It-tibdil fil-klima, it-tniġġis u s-sajd żejjed ipoġġu l-oċeani u l-komunitajiet kostali f’riskju. Il-Patt għandu l-għan li jtejjeb il-governanza, jagħti spinta lill-innovazzjoni u jippromovi ekonomija blu sostenibbli. Konsultazzjoni pubblika reċenti kif ukoll il-kontribut tas-soċjetà ċivili jirriflettu appoġġ dejjem akbar għal miżuri kuraġġużi u inklużivi.

Javier Garat Pérez, ir-relatur tal-Opinjoni, enfasizza li l-komunitajiet kostali fl-UE qed jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali interrelatati. Biex niffaċċjaw dawn l-isfidi, jeħtieġ li nippromovu ekonomija blu sostenibbli u kompetittiva (li tinkludi s-sajd u l-akkwakultura), inżommu oċean b’saħħtu, reżiljenti u produttiv, u naħdmu fuq aġenda komprensiva għall-għarfien, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-investiment tal-baħar.

Il-KESE jappella għal governanza semplifikata fost l-aġenziji tal-UE, ippjanar marittimu mtejjeb u investiment fir-riċerka permezz ta’ programmi bħal Orizzont Ewropa. Jirrakkomanda wkoll pjan ta’ azzjoni għall-ikel “blu”, il-bini sostenibbli ta’ bastimenti u tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema fis-settur marittimu. L-appoġġ għall-wirt kostali u l-involviment taż-żgħażagħ huwa essenzjali.

Biex il-Patt jirnexxi, hemm bżonn ta’ rieda politika qawwija, finanzjament u responsabbiltà. Jekk jiġi implimentat kif suppost, l-Ewropa tista’ tkun mexxejja globali fil-qasam tas-sostenibbiltà tal-oċeani, u b’hekk jiġu żgurati r-reżiljenza ekoloġika kif ukoll opportunitajiet ekonomiċi. (ks)