European Economic
and Social Committee
L-għoti ta’ flus u l-ospitar tar-refuġjati
Emilis Ruželė, membru tal-KESE, il-Litwanja
Fil-bidu ta’ Marzu, il-poplu Litwan diġà ta donazzjoni ta’ aktar minn EUR 12-il miljun. L-organizzazzjoni tiegħi, Investors’ Forum, għamlet donazzjoni ta’ EUR 1 000 u l-kumpaniji membri tagħna taw aktar minn EUR 300 000 lil diversi organizzazzjonijiet li qed jgħinu lill-Ukrajna.
Stiprūs Kartu (Aktar b’saħħitna flimkien) hija organizzazzjoni ta’ volontarjat li tgħin fit-tiftix ta’ mezzi tat-trasport, akkomodazzjoni u riżorsi oħra għar-refuġjati mill-Ukrajna. L-organizzazzjoni tiegħi, Investors’ Forum, irreġistrat nofs l-uffiċċju tagħna f’Vilnius għas-sistema, u tinsab lesta biex tospita familja ta’ refuġjati hemmhekk. Anke jien personalment irreġistrajt kamra fl-appartament tiegħi biex naċċetta r-refuġjati.
Fl-aħħar nett, f’Vilnius, in-nies qed jipprotestaw kuljum quddiem l-ambaxxata Russa.