Kważi nofs it-trainees fl-UE mhumiex imħallsa u ħafna jinsabu fi traineeships “fittizji” fejn jintużaw bħala xogħol irħis mingħajr aċċess għall-protezzjoni soċjali jew drittijiet oħra. Il-Proposta reċenti tal-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb il-kwalità tat-traineeships fl-UE, għalkemm milqugħa bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, madankollu ġiet ikkritikata talli mhijiex biżżejjed. Aħna tlabna lir-relatur tal-Opinjoni dwar id-Direttiva dwar it-traineeship u qafas ta’ kwalità msaħħaħ għat-traineeships, Nicoletta Merlo, biex tagħtina l-fehma tal-KESE dwar il-Proposta tal-Kummissjoni u biex taqsam magħna l-proposti tal-KESE dwar kif għandha tittejjeb il-kwalità tat-traineeships u jiġi żgurat li jkunu aċċessibbli għal kulħadd – u mhux biss għaż-żgħażagħ li jistgħu jaffordjawhom.