Kull xahar, f’din il-kolonna, nintroduċu personalità pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma sors ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ, il-karattru sod ta’ dawn il-personalitajiet u d-determinazzjoni tagħhom li jaġixxu huma eżemplari, u l-qlubija tagħhom jistħoqqilha r-rispett kollu tagħna.

Illum il-mistieden tagħna huwa Tikhon Dzyadko, ġurnalist Russu indipendenti iżda wkoll preżentatur tat-televiżjoni u maniġer tal-midja. Huwa l-editur kap ta’ TV Dozhd, l-uniku stazzjon tat-televiżjoni indipendenti fir-Russja, li issa huwa bbażat fl-Ewropa.

Tikhon Dzyadko beda l-karriera tiegħu jaħdem mal-istazzjon indipendenti tar-radju “Echo of Moscow”. Mill-2007 sal-2012 huwa kien korrispondent fir-Russja għall-organizzazzjoni internazzjonali Reporters mingħajr fruntieri. Għal xi żmien kien ukoll viċi kap editur u ospitant tal-kanal RTVi. Huwa ngħaqad ma’ TV Dozhd fl-2010 meta dan l-istazzjon inħoloq għall-ewwel darba u sar il-kap editur tiegħu fl-2019. F’Marzu 2014, huwa ffirma appell kontra l-annessjoni tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa. F’Marzu 2022, il-Gven Russu mblokka t-trażmissjonijiet ta’ TV Dozhd. Il-ġurnalisti li kienu qed jaħdmu mal-istazzjon, inkluż Tikhon Dzyadko, telqu mill-pajjiż u komplew l-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom barra mir-Russja. (ehp)