F’din it-taqsima, aħna nippubblikaw il-kummenti tal-membri tal-KESE dwar kwistjonijiet topiċi fid-dibattitu pubbliku u li n-nies jaħsbu dwarhom l-aktar. Din id-darba staqsejna mistoqsija lil tliet membri tad-delegazzjoni tal-KESE għas-summit tal-COP 27 dwar it-tibdil fil-klima, li sar fl-Eġittu fis-6-18 ta’ Novembru 2022. Sandra Parthie, Isabel Cano Aguilar u Neža Repanšek wieġbu l-mistoqsija: Il-COP 27 fl-Eġittu laħqet l-aspettattivi tiegħek fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tisħin globali u li nsalvaw il-pjaneta? Fl-opinjoni tiegħek, avvenimenti kbar bħal dawn huma inkoraġġanti jew ta’ diżappunt? X’immaġni tibqa’ f’moħħok tal-COP 27 ? (ehp)