Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà (3 ta’ Diċembru), il-KESE jippreżenta l-wirja fotografika virtwali “Tafhom lil dawn l-atleti nisa?”

Il-wirja tikkonsisti f’serje ta’ posters li jippreżentaw atleti nisa attivi bħalissa minn tmien provinċiji tal-Andalusija fi Spanja. Ilkoll huma atleti nisa b’diżabbiltà intellettwali, li jgħixu għall-isport, grazzi għall-isforzi enormi tagħhom u tal-familji tagħhom, li mingħajrhom kieku jaffaċċjaw ostakli li jimpedixxuhom milli jkollhom suċċess fl-attività tagħhom.

Serje ta’ posters juru l-istejjer u l-esperjenzi ta’ 24 atleta mara. Kull provinċja għandha tliet posters abbinati magħha li juru l-kuraġġ, il-progress u l-forza li huma karatteristiċi ta’ dawn l-atleti nisa, li minkejja kollox jużaw l-isports bħala forza biex ibiddlu ħajjithom.

Il-wirja qed tittella’ online mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2022. Din hija inizjattiva kulturali organizzata b’rabta mal-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar L-azzjoni tal-UE għall-perjodu ta’ wara l-COVID-19: irkupru aħjar permezz tal-isport (ck)