Il-membri tal-KESE Peter Schmidt, Andreas Thurner, Piroska Kállay u Maurizio Reale attendew il-51 plenarja tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija f’Ruma. Is-sigurtà alimentari dinjija hija tħassib globali kritiku li jmur lil hinn mill-fruntieri, u jħalli impatt fuq il-benesseri ta’ biljuni ta’ nies u fuq l-istabbiltà tan-nazzjonijiet. Hekk kif il-popolazzjoni globali tkompli tikber, u t-tibdil fil-klima joħloq sfidi bla preċedent għall-agrikoltura, l-iżgurar tas-sigurtà alimentari saret prijorità urġenti.

Il-KESE sejjaħ għal Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel biex jiżgura approċċ parteċipattiv għat-tfassil tal-politika u ħeġġeġ lill-parteċipanti biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrollaw l-ispekulazzjoni tal-ikel. (ks)