“Sa mill-bidu tal-gwerra, osservajna mewġa unika ta’ ġenerożita umana, eżempju uniku ta’ solidarjetà, għaqda u altruiżmu lejn il-poplu Ukren. Il-membri tagħna u l-organizzazzjonijiet tagħhom urew mobilizzazzjoni impressjonanti u huma impenjati bis-sħiħ biex jassistu lir-refuġjati Ukreni”.

Ara lill-Viċi President tal-KESE Cillian jispjega l-isforzi sostnuti tas-soċjetà ċivili bħala appoġġ għal Ukrajna li tinsab fi tbatija minħabba l-effetti tal-gwerra.