Minn Emilis Ruželė, membru tal-KESE, il-Litwanja

Sal-bidu ta’ Marzu, il-poplu Litwan kien għamel donazzjonijiet ta’ aktar minn EUR 12-il miljun. L-organizzazzjoni tiegħi, Investors’ Forum, għamlet
donazzjoni ta’ EUR 1000 u l-kumpaniji membri tagħna taw aktar minn EUR 300 000 lil diversi organizzazzjonijiet li qed jgħinu
lill-Ukrajna.

Stiprūs Kartu (Aktar b’saħħitna flimkien) hija organizzazzjoni ta’ volontarjat li tgħin fit-tiftix ta’ mezzi tat-trasport, akkomodazzjoni u riżorsi oħra għar-refuġjati mill-Ukrajna. Investors’ Forum żgurat li nofs l-uffiċċju tagħha f’Vilnius ikun disponibbli biex jgħin, u huwa lest li jospita familja ta’ refuġjati hemmhekk. Jiena personalment warrabt spazju fl-appartament tiegħi biex inkun nista’ naċċetta r-refuġjati.

Fl-aħħar, f’Vilnius, in-nies qed jipprotestaw kuljum quddiem l-ambaxxata Russa.