European Economic
and Social Committee
Il-grupp tal-OSĊ jistiednek tattendi l-konferenza dwar “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu u jsaħħu d-demokrazija Ewropea”
Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE
X’inhu r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea? X’inhi s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet? Għaliex huwa importanti u x’nistgħu nitgħallmu mill-prattiki tajbin fl-Istati Membri tal-UE?
Fit-30 ta’ Marzu, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (Grupp OSĊ) tal-KESE se jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet u aktar flimkien ma’ membri oħra tal-panel minn istituzzjonijiet Ewropej u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-konferenza tiegħu dwar “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu u jsaħħu d-demokrazija Ewropea”.
Dan l-avveniment ibridu se jseħħ qabel il-pubblikazzjoni tal-pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija tal-Kummissjoni Ewropea u r-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, sabiex jagħti kontribut dwar dawn it-temi.
Il-konferenza fit-30 ta’ Marzu se ssir mid-9:15 a.m. sas-1 p.m. (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali). Il-parteċipanti jistgħu jingħaqdu mal-avveniment fil-bini tal-KESE fi Brussell jew online permezz tal-pjattaforma tal-vidjokonferenzi Interactio. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fis-26 ta’ Marzu.
Xandira diretta fuq l-internet se tkun disponibbli mill-paġna tal-avveniment, bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż mingħajr bżonn ta’ reġistrazzjoni minn qabel.
Għal aktar informazzjoni u r-reġistrazzjoni, żur il-paġna tal-avveniment: https://europa.eu/!9gPYcm
Għal mistoqsijiet oħrajn, jekk jogħġbok ikteb lil: EU-Democracy@eesc.europa.eu