European Economic
and Social Committee
Nistgħu naraw l-istorja traġika tal-Ukrajna tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna. Wieħed minn dawn, il-fotografu Pollakk Sławek Kaminski, bagħatilna r-ritratti tiegħu mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, Rzeszów u Medyka-Shehyni.
Illum qed nippubblikaw l-ewwel wieħed minnhom mill-fruntiera Pollakka-Ukrajna. Grazzi tal-mumenti maqbuda fir-ritratt.
Sławek Kamiński: Fotoġurnalist għal Gazeta Wyborcza. Rebbieħ ta’ diversi premjijiet u distinzjonijiet f’kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-fotografija tal-istampa. Rebbieħ tal-Gran Premju - Ritratt tas-Sena fil-kompetizzjoni Fotografika tal-2019 ta’ Grand Press Photo. L-arkivju tiegħu huwa rekord sħiħ tal-bidliet politiċi fil-Polonja matul dawn l-aħħar 30 sena. Xogħlu ġie ppubblikat fil-biċċa l-kbira tal-gazzetti Pollakki u ħafna titli u kotba tal-istampa barranin. Huwa ħa sehem ukoll fi proġetti ewlenin ta’ reklamar. Tistgħu taraw ir-ritratti tiegħu tal-aħbarijiet fuq Wyborcza.pl u Reuters.
Photo: @instagram slawekkaminski.pl