Mistoqsija lil…

F’din it-taqsima nistiednu lill-membri tal-KESE jwieġbu mistoqsija b’rabta ma’ suġġett li huma jqisu prijorità fl-aġenda Ewropea.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju, il-Kumitat adotta r-riżoluzzjoni dwar L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Kif nistgħu ntejbuh? Luca Jahier huwa wieħed mit-tliet relaturi għal din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma’ Gonçalo Lobo Xavier u Javier Doz Orrit.
Stedinna lis-Sur Jahier, Eks President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2018-2020) u l-Viċi President attwali tal-Grupp tas-Semestru Ewropew, biex iwieġeb mistoqsija waħda b’rabta ma’ dan is-suġġett. (ehp)