Il-mistieden/il-mistiedna sorpriża

Kull xahar, fil-kolonna tagħna “Il-mistieden/il-mistiedna sorpriża”, se nkunu qed nintroduċu persuna pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ tagħhom, is-saħħa tal-karattru, id-determinazzjoni li jaġixxu huma eżemplari u l-bravura professjonali tagħhom tistħoqqilhom rispett.

Il-mistiedna tagħna hija Tetyana Ogarkova, ġurnalista Ukrena, responsabbli mid-dipartiment internazzjonali tal-Ukrajna Crisis Media Centre u kopreżentatriċi tal-podcast Explaining Ukraine. Hija wkoll lettur fl-Università Mohyla ta’ Kiev u għandha dottorat fil-letteratura mill-Università Paris-XII Val-de-Marne.

Tetyana spiss tiġi mistiedna tidher fuq programmi tat-televiżjoni u tar-radju madwar id-dinja, fejn hija tiddeskrivi d-dramm tal-poplu Ukren u tipprovdi kummentarju ta’ għarfien dwar din it-traġedja umana.

F’din l-edizzjoni speċjali ta’ KESEinfo, hija taqsam mal-qarrejja tagħna t-testimonjanza personali tagħha, li hija aktar qawwija peress li ġiet miktuba minn Ukrajna assedjata, itturmentata u erojka, u li hija baqgħet ma telqitx minnha minkejja l-gwerra. (eh)