Dritt għall-punt

Il-mistieden għall-artiklu “Dritt għall-punt” huwa Pierre Jean Coulon, relatur tal-Opinjoni dwar “L-awtokonsum tal-enerġija individwali u kollettiv bħala fattur fil-ġlieda għat-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika, u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali”. B’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jikkontribwixxi għad-dibattitu strateġiku dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija għall-awtokonsum individwali u kollettiv fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija. L-inizjattiva hija maħsuba li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tar-riflessjoni dwar l-awtokonsum u l-awtoġenerazzjoni tal-enerġija, jekk verament irridu li jkunu lieva għat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali. (mp)