Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

OCTOBER 2023 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Flimkien insawru l-futur

Għeżież qarrejja,

F’din il-ħarġa, nixtieq naqsam magħkom l-impenn profond tal-Kumitat tagħna biex nixprunaw il-bidla u nimmobilizzaw is-soċjetà ċivili biex insawru l-futur tal-Ewropa.
Bħala Viċi President għall-Komunikazzjoni, esperjenzajt personalment is-saħħa trasformattiva li tinsab fi ħdan l-istituzzjoni tagħna. Hija saħħa li l-għeruq tagħha jinsabu fil-kapaċità tagħna li mhux biss nidentifikaw kwistjonijiet kritiċi, iżda wkoll li nservu ta’ ispirazzjoni għal azzjoni kollettiva.

Din is-sena, il-KESE uża din is-saħħa biex jiffoka fuq żewġ oqsma urġenti: il-konservazzjoni tal-ilma u l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss.

Read more in all languages

Flimkien insawru l-futur

Għeżież qarrejja,

F’din il-ħarġa, nixtieq naqsam magħkom l-impenn profond tal-Kumitat tagħna biex nixprunaw il-bidla u nimmobilizzaw is-soċjetà ċivili biex insawru l-futur tal-Ewropa.

Bħala Viċi President għall-Komunikazzjoni, esperjenzajt personalment is-saħħa trasformattiva li tinsab fi ħdan l-istituzzjoni tagħna. Hija saħħa li l-għeruq tagħha jinsabu fil-kapaċità tagħna li mhux biss nidentifikaw kwistjonijiet kritiċi, iżda wkoll li nservu ta’ ispirazzjoni għal azzjoni kollettiva.

Din is-sena, il-KESE uża din is-saħħa biex jiffoka fuq żewġ oqsma urġenti: il-konservazzjoni tal-ilma u l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss.

Fl-2023, l-ilma, l-essenza tal-ħajja fuq il-pjaneta tagħna, kellu rwol ċentrali fl-aġenda tal-Kumitat tagħna. Il-KESE qed iwitti t-triq bħala l-ewwel istituzzjoni tal-UE biex il-kwistjonijiet b’rabta mal-ilma jingħataw prijorità permezz ta’ strateġija komprensiva tal-UE dwar l-ilma li tiffoka fuq is-salvagwardja tar-riżorsi tal-ilma nadif, il-valutazzjoni korretta tal-ilma għall-benefiċċju ta’ kulħadd, l-indirizzar ta’ kunflitti potenzjali li jirriżultaw minn kwistjonijiet tal-ilma u l-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma.

L-inizjattiva tagħna dwar il-Patt Blu tal-UE bħalissa tgawdi minn appoġġ mill-Parlament Ewropew flimkien ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin fil-qasam. F’Settembru, l-ittra ta’ intenzjoni tal-President Ursula von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni enfasizzat “Ir-Reżiljenza tal-Ilma” bħala prijorità ewlenija għall-2024 u ħabbret inizjattiva ġdida dwar l-ilma skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan juri rikonoxximent dejjem jikber tal-importanza tal-ilma u l-ħtieġa li tittieħed azzjoni kuraġġuża biex jiġu indirizzati l-isfidi b’rabta mar-riżorsi tal-ilma tagħna.

Aħna ninsabu impenjati li niżguraw li l-ilma jibqa’ abbundanti u aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin u li naħdmu flimkien mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili. Is-sħubija tagħna ma’ Ewa Ewart u l-film qawwi tagħha, “Until the Last Drop,” tirriżulta mill-konvinzjoni tagħna li l-ġlieda biex nibżgħu għall-ilma tmur lil hinn mill-konfini u teħtieġ azzjoni kollettiva, li tinvolvi organizzazzjonijiet tal-ilma, artisti u individwi bl-istess mod.

B’ħarsa ’l quddiem, l-attenzjoni tagħna ddur lejn l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dawn l-elezzjonijiet mhumiex biss eżerċizzju demokratiku; dawn huma opportunità biex is-soċjetà ċivili tinfluwenza l-politika u ssawwar il-futur tal-kontinent tagħna. Għal dan il-għan, id-Direttorat tal-Komunikazzjoni tal-KESE diġà qed jaħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE u speċjalment mad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew, li b’mod regolari ninvolvu ruħna u naħdmu miegħu.

Għal dan il-għan, qed inħejju għas-Seminar Nikkollegaw l-UE fi Bratislava fit-23-24 ta’ Novembru intitolat L-Elezzjonijiet Ewropej 2024: għaliex se nivvutaw? fejn se nesploraw strateġiji biex nimmobilizzaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u niżguraw li l-membri tagħhom joħorġu jivvutaw bi ħġarhom. Aħna nqisu l-mobilizzazzjoni bħala responsabbiltà ċivika kondiviża, u ninsabu impenjati li ninvolvu ruħna b’mod attiv f’dan il-proċess biex nixprunaw bidla pożittiva u niżguraw li l-vuċijiet tas-soċjetà ċivili jingħataw widen u jiġu apprezzati.

F’dan il-kuntest ta’ mobilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej biex joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju, is-seminar se jikkostitwixxi pjattaforma b’saħħitha li tiffoka fuq l-involviment ma’ firxa ta’ atturi tas-soċjetà ċivili sabiex jiġu mistiedna jattivaw in-networks, il-kuntatti u l-partijiet interessati tagħhom għal din il-mobilizzazzjoni fi spirtu ta’ kultura ta’ djalogu.

Nistedinkom tingħaqdu magħna f’dan il-vjaġġ u tgħinuna nagħmlu differenza. Flimkien, nistgħu noħolqu futur aktar sostenibbli u ekwu għal kulħadd.

Laurenţiu Plosceanu
, Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni

Dati tad-Djarju

26 ta’ Ottubru 2023, Brussell

Sejħa għal Patt Blu tal-UE - konferenza ta’ livell għoli

23-24 ta’ Novembru 2023

Seminar dwar “Nikkollegaw l-UE” - l-elezzjonijiet Ewropej 2024: għalfejn tivvota?

13-14 ta’ Diċembru 2023, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

Dritt għall-punt

Il-mistieden għall-artiklu “Dritt għall-punt” huwa Pierre Jean Coulon, relatur tal-Opinjoni dwar “L-awtokonsum tal-enerġija individwali u kollettiv bħala fattur fil-ġlieda għat-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika, u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali”. B’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jikkontribwixxi għad-dibattitu strateġiku dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija għall-awtokonsum individwali u kollettiv fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija ġusta. L-inizjattiva hija maħsuba li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tar-riflessjoni dwar l-awtokonsum u l-awtoġenerazzjoni tal-enerġija, jekk verament irridu li jkunu lieva għat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali.

Read more in all languages

Il-mistieden għall-artiklu “Dritt għall-punt” huwa Pierre Jean Coulon, relatur tal-Opinjoni dwar “L-awtokonsum tal-enerġija individwali u kollettiv bħala fattur fil-ġlieda għat-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika, u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali”. B’din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jikkontribwixxi għad-dibattitu strateġiku dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija għall-awtokonsum individwali u kollettiv fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija. L-inizjattiva hija maħsuba li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tar-riflessjoni dwar l-awtokonsum u l-awtoġenerazzjoni tal-enerġija, jekk verament irridu li jkunu lieva għat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija u għall-bilanċ ekonomiku u soċjali. (mp)

Pierre Jean Coulon: “Insiru atturi fl-ambjent tal-enerġija tagħna”

L-awtokonsum, kemm jekk fuq bażi individwali kif ukoll kollettiva, illum il-ġurnata jipprovdi waħda mill-ftit risposti, sakemm mhux l-unika waħda, għall-kotra ta’ mistoqsijiet li jsiru fil-qasam tal-enerġija: l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni permezz ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija bħar-riħ, l-enerġija solari u saħansitra dik mill-ilma; il-pjaga tal-faqar enerġetiku, li taffettwa aktar minn 80 miljun ċittadin Ewropew. Kemm l-IPCC kif ukoll l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija jippromovu regolarment l-użu massiv tat-teknoloġiji dekarbonizzati disponibbli kollha, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli.

Read more in all languages

L-awtokonsum, kemm jekk fuq bażi individwali kif ukoll kollettiva, illum il-ġurnata jipprovdi waħda mill-ftit risposti, sakemm mhux l-unika waħda, għall-kotra ta’ mistoqsijiet li jsiru fil-qasam tal-enerġija: l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni permezz ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija bħar-riħ, l-enerġija solari u saħansitra dik mill-ilma; il-pjaga tal-faqar enerġetiku, li taffettwa aktar minn 80 miljun ċittadin Ewropew. Kemm l-IPCC kif ukoll l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija jippromovu regolarment l-użu massiv tat-teknoloġiji dekarbonizzati disponibbli kollha, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli. Dawn għandhom aspett intrinsikament lokali. Huma konnessi mal-post ġeografiku fejn jinsabu u jistgħu jiġu installati qrib il-postijiet ta’ konsum. B’hekk, l-iżvilupp tagħhom iwassal għat-tiġdid tal-awtokonsum tal-enerġija, jiġifieri l-konsum dirett ta’ enerġija prodotta lokalment.

Fil-fatt, dawn l-aħħar snin, il-leġiżlazzjoni Ewropea, iżda fuq kollox dik nazzjonali, b’mod partikolari f’ċerti pajjiżi, appoġġat dan l-iżvilupp tal-awtokonsum, kemm fuq bażi individwali b’mod partikolari permezz ta’ pannelli fotovoltajċi installati fuq il-bjut tal-bini, kif ukoll fuq bażi kollettiva, bħall-parks fotovoltajċi jew eoliċi installati minn komunitajiet tal-enerġija, awtoritajiet lokali u reġjonali, kooperattivi, eċċ.

Barra minn hekk, fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE jitlob li kull ċittadin ġenwinament jitqiegħed fil-qalba ta’ dawn il-proġetti u li kemm is-setgħat pubbliċi kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu lil dawk li jwettqu tali proġetti.

L-akkomunament u l-aġġustament tal-prezzijiet bħala azzjonijiet ta’ solidarjetà jippermettu li jingħataw risposti konkreti għall-faqar enerġetiku kkawżat fil-biċċa l-kbira minn prezzijiet għoljin għal bosta unitajiet domestiċi. F’dan l-ispirtu, l-inizjattivi mingħajr skop ta’ qligħ għandhom jitħeġġu.

Sabiex tiġi promossa ġestjoni kemm jista’ jkun effettiva ta’ dawn il-prattiki, jeħtieġ li jiġu installati arloġġi intelliġenti fl-Unjoni Ewropea kollha. Din il-ġeneralizzazzjoni għandha ssir mingħajr pressjoni jew impożizzjoni, u b’mod istruwit biex b’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġġestixxu b’mod ġenwin l-użu ottimu tad-data tagħhom.
B’hekk iċ-ċittadini ġenwinament isiru atturi fl-ambjent tal-enerġija tagħhom.

 

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil…

Fit-taqsima “Mistoqsija lil...” nistaqsu lill-membri tal-KESE dwar is-suġġetti li jaħdmu fuqhom ta’ kuljum fil-Kumitat. Din id-darba staqsejna lil Maria Nikolopoulou, membru tas-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent u relatur tal-Opinjoni dwar l-SDGs, għaliex dan is-suġġett għandu jkun l-fokus tal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea futura. L-Opinjoni esploratorja dwar L-UE u l-Aġenda 2030: it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-SDGs intalbet mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE.

Read more in all languages

Fit-taqsima “Mistoqsija lil...” nistaqsu lill-membri tal-KESE dwar is-suġġetti li jaħdmu fuqhom ta’ kuljum fil-Kumitat. Din id-darba staqsejna lil Maria Nikolopoulou, membru tas-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent u relatur tal-Opinjoni dwar l-SDGs, għaliex dan is-suġġett għandu jkun l-fokus tal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea futura. L-Opinjoni esploratorja dwar L-UE u l-Aġenda 2030: it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-SDGs intalbet mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE.

Maria Nikolopoulou: Nappellaw għal strateġija globali biex jiġu implimentati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

KESE Info: Għaliex l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għandha tkun waħda mit-temi u l-attivitajiet ewlenin tal-Kummissjoni futura?

Dawn il-jiem huma kritiċi għall-avvanz tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), peress li s-Summit tal-2023 dwar l-SDGs li se jsir f’Settembru fi New York għandu l-għan li jimmarka l-bidu ta’ fażi ġdida fl-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs bi gwida politika ta’ livell għoli.

Read more in all languages

KESE Info: Għaliex l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għandha tkun waħda mit-temi u l-attivitajiet ewlenin tal-Kummissjoni futura?

Dawn il-jiem huma kritiċi għall-avvanz tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), peress li s-Summit tal-2023 dwar l-SDGs li se jsir f’Settembru fi New York għandu l-għan li jimmarka l-bidu ta’ fażi ġdida fl-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs bi gwida politika ta’ livell għoli.

In-nuqqas ta’ referenza espliċita għall-implimentazzjoni tal-SDGs fid-diskors tal-President Ursula Von der Leyen dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta’ Settembru juri li l-SDGs mhumiex il-forza mexxejja għall-bidla fil-politiki tal-UE. Hemm ċertu “SDG washing”. Minflok ma nikkunsidrawhom bħala umbrella li tiddefinixxi l-azzjonijiet tagħna għal bidla sistemika, qed nieħdu biss deċiżjonijiet frammentati u qed niddikjaraw kif dawn jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ għanijiet speċifiċi.  

Il-Kummissjoni tal-UE li jmiss għandha tieħu l-impenn politiku għall-implimentazzjoni tal-SDGs bis-serjetà. Il-kisba tal-Aġenda 2030 teħtieġ bidliet strutturali, soluzzjonijiet innovattivi, u kollaborazzjoni fost il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili, in-negozji, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Neħtieġu pjan trasformattiv fit-tul li jmur lil hinn mill-2030. Il-KESE u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili ilhom jappellaw għal strateġija globali għall-implimentazzjoni tal-SDGs sa mill-bidu nett. U dan jeħtieġ kuraġġ politiku u impenn mhux biss biex jiġu diretti b’mod adegwat ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli iżda wkoll biex jiġi ristrutturat il-mod kif taħdem l-amministrazzjoni u biex tingħeleb il-kompartimentalizzazzjoni.

Qed nesperjenzaw għargħar, nixfa u nirien bla preċedent. Qed naraw kif l-inugwaljanzi soċjali qed jiżdiedu u magħhom l-inkwiet soċjali u d-disprezz fir-rigward tal-politiċi u dawk li jfasslu l-politika attwali tagħna. Qed naraw kif l-atturi ekonomiċi l-kbar qed isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq u kif is-sopravivenza taż-żgħar qed issir dejjem aktar diffiċli.  L-implimentazzjoni tal-SDGs hija l-unika soluzzjoni affidabbli għal kulħadd. Il-kisba tal-SDGs titlob azzjoni kollettiva, soluzzjonijiet innovattivi, u dedikazzjoni mġedda għall-bini ta’ dinja aħjar għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Ma nistgħux nippermettu li l-futur tagħna jkun iddominat mill-inċertezza!

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Fil-kolonna “il-mistieden sorpriża” tal-bullettin tagħna stedinna nies straordinarji mill-kultura, il-politika, ix-xjenza, il-media u l-ħajja pubblika li permezz tax-xogħol, l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom jistgħu jispiraw oħrajn biex joħolqu stejjer u testimonjanzi indimentikabbli.

Il-mistieden tagħna għal Ottubru hija Ewa Ewart, produttriċi tad-dokumentarji mill-Polonja, li bil-kuraġġ, il-kurżità ċinematika u r-responsabbiltà ġurnalistika tagħha timpressjoni lill-udjenzi.

Read more in all languages

Fil-kolonna “il-mistieden sorpriża” tal-bullettin tagħna stedinna nies straordinarji mill-kultura, il-politika, ix-xjenza, il-media u l-ħajja pubblika li x-xogħol, l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom jistgħu jispiraw oħrajn biex joħolqu stejjer u testimonjanzi indimentikabbli.

Il-mistieden tagħna għal Ottubru hija Ewa Ewart, produttriċi tad-dokumentarji mill-Polonja, li bil-kuraġġ, il-kurżità ċinematika u r-responsabbiltà ġurnalistika tagħha timpressjoni lill-udjenzi. Hija tmur fi truf id-dinja, fejn oħrajn ma jaslux, biex tirrakkonta l-istejjer tan-nies li qed jiġġieldu għal ħajja aħjar, kemm jekk fuq il-front tal-gwerra kif ukoll fil-ġlieda ta’ kuljum għal ambjent nadif u ħajja deċenti. Il-film tagħha "Until the last drop” (“Sal-aħħar qatra”) jittratta t-theddida tal-qerda tal-ilma u d-determinazzjoni u s-sagrifiċċju tan-nies li għalihom l-ilma huwa l-ħajja.

Dan il-film ingħata l-Grand Prix fil-Green Film Festival f’Deauville, u rebaħ ukoll il-premju speċjali tal-Prinċep Rainier III fil-festival ta’ Monte Carlo. Il-film se jintwera fil-KESE bħala parti minn sensiela ta’ avvenimenti ddedikati għall-Patt Blu. (ehp)

Ewa Ewart: “Jeħtieġ li ningħaqdu biex nipproteġu l-aktar riżorsa prezzjuża tagħna: l-ilma ħelu, nadif u li jagħti l-ħajja”

KESE Info: Inti ġurnalista u produttriċi tal-films, irbaħt diversi premji u ta’ spiss tittratta kwistjonijiet diffiċli, bħall-gwerer u n-nies. Did-darba s-suġġett tal-film tiegħek huwa l-ilma. Għaliex?

Ewa Ewart: Il-film “Until the Last Drop” (Sa l-aħħar qatra) jirrakkonta l-istorja ta’ gwerra differenti – l-aktar gwerra stupida. Jittratta l-istorja tal-gwerra li l-bniedem iddikjara fuq l-ilma – is-sors tal-ħajja – f’isem il-progress. F’sens usa’, hija gwerra fuq in-natura. Żmien ilu, il-bniedem iddeċieda li l-ħajja fid-dinja għandha sseħħ kif jgħid hu, u li l-ambjent naturali suppost jaqdi lill-bniedem u l-interessi tiegħu. Dan it-twemmin wassalna għall-istat traġiku li fih tinsab il-pjaneta tagħna.

Read more in all languages

KESE Info: Inti ġurnalista u produttriċi tal-films, irbaħt diversi premji u ta’ spiss tittratta kwistjonijiet diffiċli, bħall-gwerer u n-nies. Did-darba s-suġġett tal-film tiegħek huwa l-ilma. Għaliex?

Ewa Ewart: Il-film “Until the Last Drop” (Sa l-aħħar qatra) jirrakkonta l-istorja ta’ gwerra differenti – l-aktar gwerra stupida. Jittratta l-istorja tal-gwerra li l-bniedem iddikjara fuq l-ilma – is-sors tal-ħajja – f’isem il-progress. F’sens usa’, hija gwerra fuq in-natura. Żmien ilu, il-bniedem iddeċieda li l-ħajja fid-dinja għandha sseħħ kif jgħid hu, u li l-ambjent naturali suppost jaqdi lill-bniedem u l-interessi tiegħu. Dan it-twemmin wassalna għall-istat traġiku li fih tinsab il-pjaneta tagħna.

Xi sfidi ltqajt magħhom inti u tagħmel il-film?
Tgħallimt dwar il-produzzjoni ta’ dokumentarji fi ħdan il-BBC, f’Londra. Id-disgħinijiet kienu era tad-deheb għad-dokumentarji. Kien hemm il-flus, u dorna d-dinja biex nipproduċu films dwar diversi suġġetti affaxxinanti u rilevanti. Issa jiena freelancer u ngawdi l-libertà li joffri l-freelancing. Madankollu, il-ġbir ta’ fondi għal proġett xi drabi jista’ jkun diffiċli u jieħu ħafna ħin. Nista’ ngħid li attwalment din hija l-akbar sfida; li nsib il-flus għall-films. B’paragun ma’ dan, il-bqija kollox faċli! Ladarba l-baġit żgurat, nara kollox bħala esperjenza promettenti u eċċitanti. Il-produzzjoni ta’ dokumentarju tista’ tkun imprevedibbli, għalhekk dejjem ikolli pjan B. Apparti kollox, dejjem ngħid lili nnifsi li se nagħmel film tajjeb! L-akbar sfida li ltqajt magħha jien u naħdem fuq “Until the Last Drop” kienet it-temp! Kważi 100 % tal-iffilmjar tagħna kien fil-beraħ, u vvjaġġajna fuq skeda stretta ħafna f’sitt pajjiżi. Għalhekk, kwalunkwe sorpriża ħażina (mil-lat tat-temp) setgħet tiswielna l-flus u tikkawża tfixkil serju fil-pjan tal-iffilmjar tagħna. Imma kellna xorti tajba.

Xi rwol taħseb li l-industrija tal-films tista’ taqdi fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-ilma u l-promozzjoni ta’ azzjoni f’dan ir-rigward?
Id-dokumentarji jistgħu jaqdu rwol sinifikanti ħafna biex jedukaw u jissensibilizzaw. L-isfond ġurnalistiku tiegħi huwa fl-aħbarijiet televiżivi, iżda l-passjoni tiegħi tinsab f’format itwal ta’ aħbarijiet. Id-dokumentarji nħobbhom għal ħafna raġunijiet, iżda raġuni minnhom hija ta’ importanza kritika: id-dokumentarji joffrulek biżżejjed ħin biex tispjega x’ġara u għaliex. Għandek il-ħin u l-ispazju biex tagħti kuntest fil-fond ta’ avvenimenti kumplessi u kwistjonijiet importanti, u tagħmilhom aktar faċli biex jinftiehmu minn udjenza usa’. Meta bdejt naħdem fuq “Until the Last Drop”, indunajt li kien hemm għadd mhux ħażin ta’ produtturi tal-films li diġà ttrattaw il-kwistjonijiet relatati mal-ilma fil-films tagħhom. Minn naħa waħda dan serraħli moħħi, iżda kien ukoll ta’ sfida interessanti għalija biex noħroġ b’idea li kienet ġdida u mhux esplorata. Il-films maħduma tajjeb dwar kwistjonijiet importanti għandhom il-potenzjal mhux biss li jedukaw iżda wkoll li jġiegħlu lin-nies jieħdu azzjoni. Il-film tagħna diġà ntwera diversi drabi u wara jkun hemm individwi li jiġu fuqna u jistaqsuna x’jistgħu jagħmlu. Dan huwa ta’ sodisfazzjon kbir.

X’ispirak biex tiffoka fuq l-ilma?
Fl-2017 ħdimt fuq film dwar kif l-industrija taż-żejt teqred il-foresta pluvjali. Aħna u niffilmjaw fil-parti Ekwadorjana tal-foresta pluvjali tal-Amażonja, mexxej ta’ komunità lokali ħadni sax-xmara tagħhom. Meta mess wiċċ l-ilma b’idu, l-ingwanta bajda tal-latex li kien liebes swiedet. L-ingwanta kollha tgħattiet b’saff oħxon u żejtni. Dak li rajt affettwani ħafna. Naħseb li dakinhar nibtet fija l-idea ta’ dokumentarju dwar l-ilma.

Għaliex id-diskussjoni dwar l-ilma mhijiex parti mid-dibattitu pubbliku?
Raġuni minnhom hija sempliċi ħafna. L-ilma għadu disponibbli b’mod wiesa’ u nqisuh bħala fatt. Huwa minnu li l-ilma jkopri l-biċċa l-kbira tal-wiċċ tal-pjaneta tagħna, iżda x-xmajjar – is-sors ewlieni ta’ ilma ħelu nadif – huma inqas minn wieħed fil-mija tar-riżorsi kollha tal-ilma. L-aħbarijiet dwar il-miljuni ta’ persuni li jsofru minn nuqqas ta’ ilma huma primarjament irrappurtati fil-livell lokali. B’xi mod, għandna t-tendenza li nemmnu li l-problemi tal-ilma jaffettwaw pajjiżi mbiegħda u mhumiex ta’ tħassib għalina. Nittama li bil-film tagħna n-nies jindunaw bir-realtà xokkanti li tali twemmin huwa kompletament ħażin. Raġuni oħra hija li l-lobbies b’saħħithom li huma responsabbli għat-tniġġis tal-ilma u l-isfruttar imprudenti tar-riżorsi tal-ilma jaffettwaw l-għażliet politiċi u jeżerċitaw influwenza kbira fuqhom.

B’xorti tajba, hemm ukoll xi sinjali pożittivi li juru li qed nindunaw li jeħtieġ li nbiddlu l-mod kif niġġestixxu r-riżorsi tal-ilma.  F’Marzu li għadda, saret l-ewwel konferenza f’ġenerazzjoni tan-NU dwar l-ilma. Kien rikonoxximent ċar li għadna ’l bogħod b’mod allarmanti milli nindirizzaw il-problemi tal-ilma u l-għanijiet relatati mal-ilma, u b’hekk qed inpoġġu f’riskju l-eżistenza tagħna stess. Kull sena, niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ilma biex infakkru lilna nfusna li jeħtieġ li nieħdu azzjoni biex insolvu l-kriżi tal-ilma, u peress li l-ilma huwa fattur li jgħaqqad il-bnedmin kollha, jeħtieġ li kulħadd jieħu azzjoni. Ejjew nittamaw li dawn l-inizjattivi jibqgħu jikbru.

X’inhi l-aktar ħaġa importanti li n-nies għandhom ikunu jafu dwar il-kriżi tal-ilma?
Il-kriżi tal-ilma teżisti; hija kriżi ġenwina u qed tkompli tikber. Għandu jkun hemm għarfien kollettiv li ma tantx fadal żmien. Sakemm ma nbiddlux radikalment il-mod kif nimmaniġġjaw l-ilma, nistgħu nkunu mexjin lejn qawmien bla ħniena. Dan huwa wieħed mill-messaġġi tal-film tagħna. Nittama li dawk li jinsabu f’pożizzjoni li jikkontrollaw il-kriżi qabel ma jkun tard wisq jagħtu widen għal dan il-messaġġ. Persuna li dehret fil-film staqsiet: “Il-pjaneta se tistennina nqumu mir-raqda?”

X’messaġġ qed tibgħat lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri? U liċ-ċittadini, speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa?
Din hija mistoqsija verament wiesgħa! L-ewwel nett, nixtieq li kemm jista’ jkun nies fl-UE u fl-Istati Membri jaraw “Until the Last Drop”. U mhux għall-vanità tiegħi! Nara b’għajnejja stess l-impatt li dan il-film joħloq kull darba li jintwera fil-pubbliku. Nixtieq nemmen li dan il-film se jispira lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jgħinu lill-attivisti kollha li qed jiġġieldu għal xmajjar nodfa u b’saħħithom. Huwa tal-mistħija li qed nippermettu sitwazzjoni li fiha l-Ewropa għandha l-aktar sistema frammentata tax-xmajjar. Huwa tal-mistħija li l-aktar xmara mniġġsa fil-kontinent tagħna tinsab fl-Italja, il-pajjiż li tant ikkontribwixxa għaċ-ċivilizzazzjoni Ewropea. Anke x-xmara Sarno, li darba kienet meqjusa bħala Alla, hija kklassifikata bħala t-tielet l-aktar xmara mniġġsa fid-dinja. Fi triqitna lejn il-progress u l-iżvilupp biddilna din ix-xmara f’katavru jinten.

Hemm xaqq ta’ tama?
Hemm tama, u nitkellmu dwar dan fil-film. In-nies qed isiru konxji li m’għandniex ħafna żmien qabel ma jkun tard wisq biex inbiddlu l-mod kif niġġestixxu l-ilma. Dawn in-nies huma l-attivisti li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiġġieldu l-ħsara li l-bniedem diġà kkawża lill-ilma. Għandi tama f’dawn l-attivisti li raw b’għajnejhom il-gravità ta’ dawn il-problemi. Dawn huma l-persuni li jgħixu max-xmajjar, jgħixu mix-xmajjar u huma l-ewwel li jiġu affettwati mid-deċiżjonijiet li jieħdu l-politiċi. Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom jitgħallmu minnhom. Irridu li dan id-dokumentarju jsir għodda ta’ tagħlim biex nedukaw dwar l-ilma. Piotr Nieznański, koawtur u preżentatur tal-film, għandu programm imsejjaħ “CodeForBlue” indirizzat lill-għalliema u liż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ tal-lum dalwaqt se jkunu dawk li jiddeċiedu kif jimmaniġġjaw ir-riżorsi tal-ilma. Is-sistema edukattiva attwali ma tgħidilhomx l-istorja kollha dwar il-kriżi tal-ilma. Irridu nimlew din il-lakuna. Bdejna naħdmu biex inniedu l-programm fil-Polonja.

X’għandna nagħmlu issa biex insalvaw il-pjaneta?
Ilkoll kemm aħna rridu noħorġu mill-bużżieqa separata tagħna u ningħaqdu fl-isforzi tagħna biex nipproteġu l-aktar riżorsa komuni prezzjuża tagħna u niġġestixxuha b’mod għaqli: l-ilma ħelu, nadif u li jagħti l-ħajja. Persuna mix-xena politika tal-Muniċipalità tal-Kontea Reġjonali ta’ Mingaine f’Quebec, il-Kanada, li appoġġjat l-isforzi lokali biex tiġi protetta xmara u dehret fil-film tagħna, qalet: “In-nies iridu jkunu sinjuri, għax jaħsbu li b’hekk ikunu kuntenti. L-ekonomija fis-soċjetajiet tal-Punent hija bbażata fuq dan il-mod ta’ ħsieb. Jekk ma nbiddlux il-mod kif naħsbu dwar l-iżvilupp illum u fid-dawl tal-bidliet li naraw fir-reġjun tagħna u bnadi oħra fid-dinja, ilkoll kemm aħna se ngħosfru.”

Ewa Ewart hija ġurnalista u produttriċi tal-films li rebħet diversi premji u tispeċjalizza f’dokumentarji influwenti u rivoluzzjonarji. Twieldet u trabbiet fil-Polonja, iżda qattgħet il-biċċa l-kbira tal-karriera tagħha fil-BBC TV, f’Londra. Hija vvjaġġat u ħadmet f’ħafna pajjiżi, ipproduċiet u ddirezzjonat programmi li jvarjaw minn investigazzjonijiet sa dokumentarji ta’ osservazzjoni dwar temi politiċi u soċjali. Il-films tagħha żvelaw informazzjoni ġdida dwar kwistjonijiet bħall-korruzzjoni fir-Russja ta’ Boris Yeltsin, il-kampijiet sigrieti tal-priġunieri fil-Korea ta’ Fuq, il-gwerra ċivili fil-Kolombja u l-programm ta’ konsenja straordinarja sigriet u illegali tas-CIA għal persuni suspettati b’terroriżmu. Hija rrakkontat uħud mill-aktar stejjer memorabbli permezz tad-dokumentarji tagħha, bħal dak dwar it-traġedja f’Beslan, li ħareġ għall-ewwel anniversarju tal-attakk terroristiku li fih inqatlu aktar minn 170 tifel u tifla. Fit-tieni film hija enfasizzat it-trawma li għadhom isofru ħafna tfal superstiti ħames snin wara l-atroċità.

 

Aħbarijiet tal-KESE

Il-KESE jiċċelebra s-suċċess tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini “Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali”

Fl-20 ta’ Settembru 2023, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ospita diskussjoni li tenfasizza l-kisbiet tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali”. Fil-qalba tagħha, l-inizjattiva hija sejħa qawwija għal kontinent ħieles mill-pil tal-annimali, li tinsisti għal projbizzjoni totali tat-trobbija tal-annimali għall-pil u tal-bejgħ ta’ prodotti tal-pil fis-swieq Ewropej.

Read more in all languages

Fl-20 ta’ Settembru 2023, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ospita diskussjoni li tenfasizza l-kisbiet tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali”. Fil-qalba tagħha, l-inizjattiva hija sejħa qawwija għal kontinent ħieles mill-pil tal-annimali, li tinsisti għal projbizzjoni totali tat-trobbija tal-annimali għall-pil u tal-bejgħ ta’ prodotti tal-pil fis-swieq Ewropej.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali” ġabret l-appoġġ ta’ 1,5 miljun ċittadin Ewropew, li laħqu l-limiti meħtieġa fi 18-il Stat Membru f’inqas minn 10 xhur. Dawn iċ-ċifri jirriflettu l-eżitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-aktar stħarriġ speċjali reċenti tal-Ewrobarometru, li t-tnejn li huma approvaw b’mod qawwi standards ogħla tal-benessri tal-annimali.

“L-impenn attwali tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali matul il-mandat attwali tagħha huwa opportunità kruċjali biex tinkiseb Ewropa ħielsa mill-pil”, ħeġġet Elise Fleury, organizzatur tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u Kap tal-Kampanja, Eurogroup għall-Annimali.

Tilly Metz, membru tal-Parlament Ewropew u President tal-Intergrupp dwar il-Benesseri u l-Konservazzjoni tal-Annimali, tenna dan is-sentiment: “Is-suċċess rapidu tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali’ jenfasizza t-tħassib profond fost iċ-ċittadini għall-annimali sfruttati u jappella għal azzjoni deċiżiva tal-UE. Is-sempliċi titjib tal-istandards tal-benesseri tal-annimali mhux biżżejjed f’dan il-każ. Wasal iż-żmien li ntemmu dan in-negozju krudili u bla bżonn”.

Fit-12 ta’ Ottubru, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali” se tippreżenta l-inizjattiva tagħha waqt seduta pubblika organizzata mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew. Il-KESE se jipparteċipa b’mod attiv f’dan l-avveniment biex jestendi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva. Opinjoni li jmiss tal-KESE se tindirizza wkoll b’mod speċifiku l-proposti l-ġodda dwar il-benesseri tal-annimali u l-kundizzjonijiet tat-trasport tal-annimali mistennija mill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem l-2023.

Il-President tal-KESE Oliver Röpke faħħar din l-inizjattiva ta’ suċċess u enfasizza: “Irrid nagħti nifs ġdid lill-parteċipazzjoni attiva tal-KESE fl-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej u nipprovdilhom pjattaforma demokratika biex jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni tal-UE. Ibqgħu ċerti li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mhux talli se jsegwi b’attenzjoni l-iżviluppi ulterjuri dwar dan is-suġġett iżda se jikkontribwixxi wkoll b’mod attiv”.

Il-QFP jeħtieġ aktar ambizzjoni u aktar flus

Il-KESE adotta Opinjoni dwar Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 propost mill-Kummissjoni f’Ġunju li għadda. Il-Kumitat iħoss li l-Proposta hija nieqsa mill-ambizzjoni li tindirizza b’mod adegwat għall-isfidi ewlenin tal-Ewropa. Hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet fuq perjodu qasir biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha. Id-dibattitu dwar il-QFP il-ġdid għandu jibda dalwaqt

 

Read more in all languages

Il-KESE adotta Opinjoni dwar Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 propost mill-Kummissjoni f’Ġunju li għadda. Il-Kumitat iħoss li l-Proposta hija nieqsa mill-ambizzjoni li tindirizza b’mod adegwat għall-isfidi ewlenin tal-Ewropa. Hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet fuq perjodu qasir biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha. Id-dibattitu dwar il-QFP il-ġdid għandu jibda dalwaqt

Il-Proposta tal-Kummissjoni tinkludi EUR 50 biljun għall-Faċilità għall-Ukrajna, EUR 15-il biljun għall-migrazzjoni u l-azzjoni esterna, pjattaforma ta’ investiment ta’ EUR 160 biljun imsejħa STEP, u faċilità addizzjonali biex jiġu indirizzati r-rati ta’ interessi dejjem telgħin. Il-KESE kkritika l-Proposta għan-nuqqas ta’ ambizzjoni u għan-nuqqas ta’ rabta mal-prospettiva strateġika. Huwa appella għal aktar involviment tas-soċjetà ċivili. Johannes Hahn, Kummissarju Ewropew għall-Baġit u l-Amministrazzjoni, faħħar l-influwenza tal-KESE u enfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni tal-UE.

Fir-rigward tal-Faċilità għall-Ukrajna, il-KESE huwa favur li jintużaw l-assi ffriżati tar-Russja għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u appella għal “impenn sostnut ewlieni”. Ġiet enfasizzata l-ħtieġa għall-istat tad-dritt u l-involviment tas-soċjetà ċivili. Il-KESE kien diżappuntat bl-allokazzjoni minima għall-pjattaforma STEP u n-nuqqas ta’ proposta għal Fond Ewropew għas-Sovranità. Il-KESE appella biex il-baġit ikun adattabbli u allinjat mal-ambizzjonijiet politiċi. Il-KESE jkompli jinsisti għal skema ta’ finanzjament aktar ambizzjuża għall-kompetittività tal-UE. (tk)
 

 

Ewropa ġusta tibda fil-fruntieri tagħha

F’Opinjoni adottata fil-plenarja tiegħu ta’ Settembru, il-KESE ħares aktar mill-qrib lejn l-Istrateġija ta’ Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, u appella għal strateġija kondiviża, koordinazzjoni mtejba, u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

Read more in all languages

F’Opinjoni adottata fil-plenarja tiegħu ta’ Settembru, il-KESE ħares aktar mill-qrib lejn l-Istrateġija ta’ Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, u appella għal strateġija kondiviża, koordinazzjoni mtejba, u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

L-iżgurar tal-effettività tal-ġestjoni tal-fruntieri Ewropej mhuwiex biss kwistjoni ta’ sigurtà. Huwa wkoll dwar l-iżgurar li nħarsu l-valuri li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuqhom. Il-KESE jemmen bis-sħiħ li neħtieġu pjan ċar biex intejbu l-proċess fil-fruntieri esterni tagħna.

Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-aġenziji u l-istrumenti tal-UE u dawk tal-Istati Membri inkarigati mir-responsabbiltajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri. Din trid tinkludi enfasi qawwija fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ kultura komuni tal-fruntieri u tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Waqt li l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-fruntieri jaqdu rwol ċentrali, il-KESE jqajjem tħassib sinifikanti li l-istrateġija tonqos milli tispeċifika l-impenji tal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-fruntieri. Cristian Pîrvulescu, ir-relatur għall-Opinjoni, u José Antonio Moreno Diaz, il-korelatur, iqisu li huwa importanti li l-qafas tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri jintuża biex kull Stat Membru jintalab pjan tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, li jikkomplementa l-attivitajiet tal-Frontex.

Il-Kumitat jiddispjaċih ukoll li fil-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, il-prattika tal-pushbacks mhijiex rikonoxxuta u indirizzata b’mod adegwat, u jappella sabiex il-Kummissjoni tfassal pjani ċari f’dan ir-rigward u tirrikjedi li l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-fruntieri jevitaw dawn il-prattiki inaċċettabbli. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa obbligu legali għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE u dawk nazzjonali, u għandu jiġi ttrattat b’mod adegwat. II-politika barranija jew il-politika ta’ kooperazzjoni tal-UE fl-ebda ċirkostanza ma għandha tiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini fil-proċessi ta’ ritorn u ta’ riammissjoni. (gb)

 

Ir-rebbieħa tal-KESE tal-premijiet tal-UE għall-produzzjoni organika 2023: mill-Irlanda, il-Ġermanja u l-Awstrija

Fil-25 ta’ Settembru, il-KESE ħabbar ir-rebbieħa tiegħu fit-tliet kategoriji tal-premijiet tal-UE għall-produzzjoni organika: L-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku, L-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku, u L-aħjar ristorant tal-ikel organiku.

Read more in all languages

Fil-25 ta’ Settembru, il-KESE ħabbar ir-rebbieħa tiegħu fit-tliet kategoriji tal-premijiet tal-UE għall-produzzjoni organika: L-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku, L-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku, u L-aħjar ristorant tal-ikel organiku.

Għat-tieni sena konsekuttiva, dan l-avveniment ġie organizzat mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra sabiex tiġi ppremjata l-eċċellenza fil-katina tal-valur tas-settur organiku Ewropew. Ir-rebbieħa tal-kategoriji kollha ħadu sehem f’ċerimonja speċjali li saret fil-Kummissjoni Ewropea u li kienet ospitata mill-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski.

Il-President tal-KESE Oliver Röpke qal: “Il-KESE ilu snin jirrakkomanda politika dwar l-ikel aktar sostenibbli u komprensiva fl-UE. Ninsab kburi li aħna parti minn din l-inizjattiva importanti li ġġib ikel ta’ kwalità eqreb lejn il-konsumaturi ta’ kuljum u li tkopri l-passi kollha tal-katina agroalimentari. Nixtieq nifraħ lir-rebbieħa tal-premijiet tal-UE għall-produzzjoni organika ta’ din is-sena u nirringrazzjahom talli qasmu magħna l-proġetti ta’ ispirazzjoni tagħhom”.

Ir-rebbieħa huma:

L-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku: The Merry Mill, Vicarstown, l-Irlanda

The Merry Mill huwa farm organiku mmexxi mill-familja li jipproduċi firxa ta’ ikel organiku mingħajr glutina fl-Irlanda. Il-missjoni tagħhom hija li jipprovdu prodotti ta’ kwalità għolja li mhux biss huma tajbin għall-ġisem iżda wkoll għar-ruħ, huma prodotti sostenibbli, għandhom togħma tajba ħafna u, fuq kollox, ma għandhom ebda impatt negattiv fuq l-ambjent.

L-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku: Gut Wulksfelde (Bioland), Tangstedt, il-Ġermanja

Gut Wulksfelde (Bioland) għandhom ħanut agrikolu ta’ 600m2 li fih ibigħu l-prodotti mill-farm organiku tagħhom. Huma għandhom 450 ettaru ta’ art li fihom ikabbru ’l fuq minn 50 varjetà ta’ ħaxix differenti. Huma jipproċessaw ukoll il-laħam, jipproduċu l-bajd u għandhom ukoll forn li jaħmi l-ħobż għall-ħanut agrikolu tagħhom.

L-aħjar ristorant/servizz tal-ikel organiku: Restaurant Luftburg  Kolarik im Prater GmbH, Vjenna, l-Awstrija

Sa mill-2021, Luftburg Kolarik huwa l-akbar ristorant tal-ikel organiku li huwa kompletament iċċertifikat fid-dinja, li jesa 1,200 ruħ. Ir-ristorant twaqqaf fl-1992 bis-sostenibbiltà ekoloġika u soċjali fil-qalba tal-filosofija tiegħu. (ks)

EESC rapporteurs María del Carmen Barrera Chamorro and David Sventek

Politika ta’ koeżjoni 2.0: lejn Ewropa aktar b’saħħitha u aktar inklużiva

Fuq talba tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE, il-KESE jipprovdi għarfien dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni, u fl-istess ħin jipproponi rakkomandazzjonijiet għal “politika ta’ koeżjoni 2.0” aktar adattabbli u ffukata mil-lat soċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jevolvu bħall-pandemija, it-tibdil fil-klima u t-trasformazzjoni diġitali.

Read more in all languages

Fuq talba tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE, il-KESE jipprovdi għarfien dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni, u fl-istess ħin jipproponi rakkomandazzjonijiet għal “politika ta’ koeżjoni 2.0” aktar adattabbli u ffukata soċjalment biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jevolvu bħall-pandemija, it-tibdil fil-klima u t-trasformazzjoni diġitali.

Fil-qalba tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea hemm impenn sod lejn il-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. “Nappellaw sabiex dan jiġi ppreservat, minkejja kwalunkwe imperfezzjoni”, tgħid ir-relatur tal-KESE María del Carmen Barrera Chamorro. “L-imsieħba tas-soċjetà ċivili huma lesti li jallinjaw l-isforzi tagħhom ma’ politika robusta ta’ investiment tal-UE li żżomm dan il-prinċipju fil-qalba tagħha. Hekk kif l-Ewropa qed tiffaċċja xenarju li qed jinbidel, dan il-prinċipju sod jibqa’ jdawwal it-triq lejn futur aktar ekwu”. Il-korelatur David Sventek iżid jgħid: “Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-koeżjoni, huwa essenzjali li tiġi promossa l-interazzjoni bejn il-politiki trasversali tal-UE u l-politika ta’ koeżjoni, sabiex il-politiki kollha jsiru konformi mal-objettivi fundamentali tal-UE u jinkisbu s-sinerġiji”.

Il-KESE jappella għal politika ta’ koeżjoni tal-UE ffukata u adattabbli, u jenfasizza l-impatt tal-inugwaljanza fuq it-tkabbir u l-kompetittività. Huwa jħeġġeġ l-indirizzar tad-disparitajiet bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, b’enfasi fuq iż-żoni milquta ħażin. L-appoġġ imfassal apposta għal gruppi differenti u l-involviment mal-imsieħba soċjali huma kruċjali. Il-KESE jirrakkomanda politika ta’ koeżjoni modernizzata u flessibbli li tippreserva s-sostenibbiltà tal-SMEs u tappoġġja teknoloġiji strateġiċi f’kumpaniji kbar. Il-kisba ta’ konverġenza reali tinvolvi t-tisħiħ tar-reżiljenza reġjonali, l-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp b’mod immirat u t-trawwim ta’ sħubijiet għal Ewropa aktar inklużiva u adattabbli.

 

Nagħtu ħajja ġdida lill-governanza ekonomika tal-UE: il-viżjoni tal-KESE għas-suċċess

Il-KESE ppreżenta sett ta’ rakkomandazzjonijiet kruċjali bħala tweġiba għall-pakkett leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni li jirriforma l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-KESE japprezza l-intenzjoni li jiġi ssemplifikat il-qafas, huwa jirrakkomanda aġġustamenti kritiċi għall-proposta. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jaslu f’mument kruċjali, u jenfasizzaw il-ħtieġa għal approċċ bilanċjat, adattabbli u sostenibbli għall-governanza ekonomika fl-UE.

Read more in all languages

Il-KESE ppreżenta sett ta’ rakkomandazzjonijiet kruċjali bħala tweġiba għall-pakkett leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni li jirriforma l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-KESE japprezza l-intenzjoni li jiġi ssemplifikat il-qafas, huwa jirrakkomanda aġġustamenti kritiċi għall-proposta. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jaslu f’mument kruċjali, u jenfasizzaw il-ħtieġa għal approċċ bilanċjat, adattabbli u sostenibbli għall-governanza ekonomika fl-UE.

Fost l-isfidi tal-UE bħall-pandemija, il-kumplessitajiet ġeopolitiċi u l-għanijiet klimatiċi, ir-relatur tal-KESE Javier Doz Orrit jirrakkomanda pjani fiskali u strutturali aktar flessibbli li jinvolvu lill-istituzzjonijiet demokratiċi nazzjonali u lis-soċjetà ċivili, u jissuġġerixxi kapaċità fiskali permanenti għall-UE u governanza ekonomika aktar profonda. Filwaqt li l-KESE japprezza ċerti aspetti tal-pakkett leġiżlattiv, jitlob aġġustamenti sostanzjali.

Il-korelatur Luca Jahier iħeġġeġ negozjati fil-pront għal qafas ekonomiku bilanċjat u infurzabbli. Il-proposti ewlenin jinkludu s-sostituzzjoni ta’ regoli riġidi għat-tnaqqis tad-defiċit b’approċċ aktar personalizzat, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet awtomatiċi, u l-għoti ta’ vuċi lill-gvernijiet nazzjonali fil-pjani fiskali. Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li l-investimenti ekoloġiċi u tad-difiża jiġu ttrattati b’mod differenti, li titwessa’ d-definizzjoni tal-investiment pubbliku, u li tiġi stabbilita kapaċità fiskali tal-UE sal-2026. Governanza inklużiva li tinvolvi lill-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-parlamenti hija enfasizzata matul il-proċess kollu.

 

L-evalwazzjoni tal-KESE titfa’ dawl fuq il-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-KESE adotta Rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-UE – strument vitali ta’ EUR 723,8 biljun li ġie introdott fi Frar 2021 biex jgħin lill-Istati Membri jirkupraw mill-pandemija tal-COVID-19. Dan ir-Rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet ewlenin li saru mill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanija rigward l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Read more in all languages

Il-KESE adotta Rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-UE – strument vitali ta’ EUR 723,8 biljun li ġie introdott fi Frar 2021 biex jgħin lill-Istati Membri jirkupraw mill-pandemija tal-COVID-19. Dan ir-Rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet ewlenin li saru mill-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanija rigward l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

L-evalwazzjoni tal-KESE tidentifika kwistjonijiet li jikkonċernaw l-effettività tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u tirreferi għad-dewmien u t-tħassib dwar l-implimentazzjoni fit-tul minħabba l-assorbiment tal-fondi, id-durata limitata tal-pjani u l-kapaċità amministrattiva limitata. Ir-rekwiżiti eċċessivi jfixklu l-aċċess tal-SMEs. Għalkemm is-soċjetà ċivili tqis li l-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma rilevanti, l-allinjament mal-istrateġiji nazzjonali jirrikjedi koordinazzjoni mtejba.

“Is-soċjetà ċivili organizzata tiddeplora n-nuqqas ta’ trasparenza fil-proċess tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan, u titlob għal djalogu strutturat u trasparenti, ċirkwiti ta’ feedback u involviment proattiv permezz ta’ kumitat ta’ monitoraġġ attiv”, tispjega Elena Calistru, relatur tal-KESE.

Ir-Rapport jirrakkomanda t-titjib tal-aċċess għal informazzjoni f’waqtha u dettaljata dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett, it-titjib tal-flessibbiltà fl-għażla tal-proġetti u l-allokazzjoni tal-fondi, u l-istabbiliment ta’ monitoraġġ aktar effettiv u obbligatorju u ta’ mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bil-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili.

L-UE jeħtiġilha tiżgura li s-soċjetà ċivili tiġi protetta, mhux attakkata

Il-KESE kkritika bil-qawwa lill-UE talli naqset milli tiżgura appoġġ u finanzjament adatti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija.

Read more in all languages

Il-KESE kkritika bil-qawwa lill-UE talli naqset milli tiżgura appoġġ u finanzjament adatti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija.

F’dibattitu mal-President ta’ Civil Society Europe, Gabriella Civico, li sar matul is-sessjoni plenarja tiegħu tal-21 ta’ Settembru, il-KESE wissa dwar is-sitwazzjoni mwiegħra għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa, li kulma jmur huma soġġetti għal firxa ta’ pressjonijiet, minn restrizzjonijiet finanzjarji sa kampanji ta’ malafama u attakki mmirati lejn il-ħidma u l-kredibbiltà tagħhom minn diversi atturi.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq l-aktar kwistjonijiet soċjali u politiċi diffiċli, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ sorveljanza u dawk li jippromovu l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, għandhom it-tendenza li jkollhom l-aktar problemi serji ta’ finanzjament u dan qed jipperikola serjament il-missjoni kritika tagħhom li jżommu responsabbli lil dawk fil-poter u li jippreservaw id-demokrazija fl-Ewropa.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar L-appoġġ u l-finanzjament tas-soċjetà ċivili fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja, il-KESE qal li jeħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata immedjatament.

Għal dan il-għan, il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit strument finanzjarju dedikat speċifikament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-UE. Għanda tiġi stabbilita wkoll pjattaforma simili għall-Mekkaniżmu tal-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem għal dawk li jaħdmu f’dan il-qasam fl-Istati Membri tal-UE.

Trid issir enfasi speċjali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol inadegwati u l-introjtu baxx tal-persuni impjegati fis-settur tas-soċjetà ċivili, li sikwit jaħdmu f’kundizzjonijiet stressanti ħafna, li huwa ta’ riskju enormi għas-saħħa mentali tagħhom.

“Fi żmien meta d-demokrazija tinsab fi kriżi, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom responsabbiltà kbira. Neħtieġu aktar minn intenzjonijiet tajbin biss. Neħtieġu azzjonijiet konkreti li jgħinu biex tiġi żviluppata s-soċjetà ċivili Ewropea, anke fil-pajjiżi kandidati,” qal ir-relatur tal-Opinjoni Cristian Pîrvulescu.

Il-President tal-KESE, Oliver Röpke, ħabbar li, f’konformità mad-deċiżjoni reċenti tiegħu li jintegra lill-membri kandidati tat-tkabbir f’ħidmietu, il-KESE issa se jimmonitorja l-iżviluppi li jolqtu lis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE. Biex jagħmel dan, beħsiebu jestendi l-mandat tal-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (DFID) – li mill-2018 ’il hawn wettaq bosta missjonijiet fl-Istati Membri biex jiċċekkja s-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili – biex ikopri wkoll il-pajjiżi kandidati tal-UE.

“Ma nistgħux nippermettu li d-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija jiefqu mal-fruntiera tal-UE!”, qal is-Sur Röpke. (ll)

 

Reviżjoni tad-Direttivi Ewropej dwar l-Ikel: nipproteġu l-konsumaturi u nippromovu t-trasparenza

Il-KESE jenfasizza r-rwol ċentrali tal-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fit-tisħiħ tas-saħħa tal-bniedem, il-preservazzjoni tal-ekosistemi, it-tisħiħ tas-soċjetà u l-appoġġ għall-komunitajiet rurali.

Read more in all languages

Il-KESE jenfasizza r-rwol ċentrali tal-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fit-tisħiħ tas-saħħa tal-bniedem, il-preservazzjoni tal-ekosistemi, it-tisħiħ tas-soċjetà u l-appoġġ għall-komunitajiet rurali.

Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu hemm bżonn ta’ approċċ multidimensjonali, inkluż billi tiżdied id-disponibbiltà ta’ prodotti sostenibbli, l-individwi jiġu edukati biex jagħmlu għażliet djetetiċi tajbin għas-saħħa, tiġi promossa r-riformulazzjoni tal-prodott u jiġi estiż it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal oġġetti speċifiċi. Dawn il-bidliet iridu jallinjaw mat-tħassibiet attwali tas-soċjetà u mal-esiġenzi tal-konsumatur waqt li fl-istess ħin jinżammu l-kompetittività u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol favorevoli fis-settur agroalimentari.

“L-Opinjoni tappoġġja l-Proposta tal-Kummissjoni ta’ tikkettar obbligatorju tal-oriġini għat-taħlitiet tal-għasel, iżda tagħmel iktar billi titlob ukoll il-perċentwali ta’ kull oriġini, abbażi tal-iżvilupp ta’ metodu affidabbli ta’ testjar. Fl-istess ħin, “għasel adulterat” jista’ jiġi identifikat faċilment; u din hija l-aktar miżuri urġenti biex jiġu mħarsa dawk li jrabbu n-naħal’ għall-protezzjoni ta’ dawk li jrabbu n-naħal fl-UE; tista’, u għandha, tiġi infurzata immedjatament”, qalet Kerli Ats, relatur ta’ rapport tal-KESE dwar din il-kwistjoni.

Dawk li jrabbu n-naħal fl-Ewropa u l-partijiet ikkonċernati fil-katina tal-provvista tal-għasel qed jiffaċċjaw sfidi formidabbli dwar it-trasparenza tal-oriġini tat-taħlitiet tal-għasel. Dawn l-isfidi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-introjtu tagħhom u s-sitwazzjoni usa’ tas-suq Ewropew. L-isforzi attwali għall-ġlieda kontra l-frodi u l-kompetizzjoni inġusta għadhom insuffiċjenti. Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-Proposta li tiġi riveduta d-Direttiva dwar l-Għasel, billi jiġi introdott tikkettar obbligatorju tal-oriġini, huwa għandu dubji dwar in-nuqqas ta’ ambizzjoni biex jiġu implimentati miżuri addizzjonali biex il-frodi jiġi miġġieled b’mod effettiv.

Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwi l-adozzjoni ta’ miżuri aktar ambizzjużi sabiex jiġu ssalvagwardati l-produtturi Ewropej tal-għasel, jiġu infurzati standards rigorużi tal-kummerċjalizzazzjoni, jiġu stabbiliti testjar u kontrolli tat-traċċabbiltà sistematiċi fuq l-għasel importat lejn l-UE, u jiġi impost l-obbligu tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għat-taħlitiet tal-għasel. It-tikkettar propost għandu jagħti dettalji dwar is-sehem perċentwali rispettiv ta’ kull oriġini tal-għasel, ippreżentati f’ordni dixxendenti.

Huwa importanti li jiġu indirizzati l-isfidi fl-ikkwantifikar tas-sehem perċentwali ta’ kull oriġini ta’ għasel fit-taħlitiet. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal metodu analitiku prattiku u aċċessibbli, biex tiġi żgurat l-integrità tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini sabiex il-konsumaturi jiġu protetti mill-frodi.

L-isforzi għandhom jiffukaw ukoll fuq l-iżvilupp ta’ sistema ta’ traċċabbilità li tagħti kodiċi unika ta’ identifikazzjoni lill-għasel kollu mibjugħ kummerċjalment, kemm jekk hu prodott fl-UE kif ukoll jekk importat. Din is-sistema tagħmilha possibbli li l-għasel jiġi traċċat lura għand min irabbi n-naħal responsabbli għall-ħsad tiegħu. Madankollu, huwa imperattiv li jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jkunux ta’ piż żejjed fuq il-kumpaniji, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bi spejjeż eċċessivi.

 

L-UE teħtieġ multilateraliżmu aktar effettiv biex tindirizza r-riskji għas-sigurtà marittima, jgħid il-KESE

Il-KESE jappella għal aktar azzjonijiet konġunti fl-ambitu tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-għan li tippreserva s-sovranità, is-sigurtà u l-kompetittività tal-UE. Il-Kumitat jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar is-sigurtà marittima u jindika l-importanza ta’ involviment b'saħħtu mal-imsieħba internazzjonali biex jiġu indirizzati b’mod kollettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikar tal-bnedmin.

Read more in all languages

Il-KESE jappella għal aktar azzjonijiet konġunti fl-ambitu tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-għan li tippreserva s-sovranità, is-sigurtà u l-kompetittività tal-UE. Il-Kumitat jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar is-sigurtà marittima u jindika l-importanza ta’ involviment b'saħħtu mal-imsieħba internazzjonali biex jiġu indirizzati b’mod kollettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikar tal-bnedmin.

Fis-sessjoni plenarja ta’ Settembru, il-KESE adotta Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, u enfasizza l-importanza tal-mulilateraliżmu bħala politika ewlenija tal-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tas-sigurtà marittima.

Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO għandha tissaħħaħ aktar sabiex ikun hemm koordinazzjoni aktar effettiva f’oqsma differenti ta’ interess komuni, fosthom l-infrastruttura kritika.

Anastasis Yiapanis, membru tal-KESE u r-relatur tal-Opinjoni, qal: “L-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE hija konformi mal-Boxxla Strateġika tal-UE. Is-settur marittimu għandu jiġi pprijoritizzat u jinftiehem b’mod wiesa’, speċjalment fil-kuntest tat-theddid ibridu li qed jiżdied”.

Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-UE żżid l-involviment mal-imsieħba internazzjoni biex tindirizza kwistjonijiet ta’ tħassib reċiproku, bħall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikar tal-bnedmin.

Mateusz Szymański, membru tal-KESE u korelatur tal-Opinjoni, qal: “Is-sigurtà tal-ekwipaġġ għandha tkun prijorità għall-UE”.

Sfortunament, il-proposta għal Strateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE ma tagħmel ebda referenza għar-rwol tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jenfasizza li huma meħtieġa kollaborazzjoni kontinwa u diskussjonijiet kostruttivi mas-soċjetà ċivili tal-UE, sabiex jiġi żgurat l-appoġġ pubbliku għall-proposta tal-Kummissjoni u l-azzjoni futura. (at)

 

Aġġornat: Skopri x’jista’ jagħmel għalik il-KESE!

Għadna kif ippubblikajna edizzjoni aġġornata ta’ wieħed mill-aktar fuljetti popolari tagħna dwar il-KESE! Kif tafu, m’aħniex bħal korpi oħra tal-UE. Aħna forum uniku għall-konsultazzjoni, id-djalogu u l-kunsens bejn ir-rappreżentanti minn partijiet differenti tas-“soċjetà ċivili organizzata”.
 

Read more in all languages

Għadna kif ippubblikajna edizzjoni aġġornata ta’ wieħed mill-aktar fuljetti popolari tagħna dwar il-KESE! Kif tafu, m’aħniex bħal korpi oħra tal-UE. Aħna forum uniku għall-konsultazzjoni, id-djalogu u l-kunsens bejn ir-rappreżentanti minn partijiet differenti tas-“soċjetà ċivili organizzata”.
L-organizzazzjonijiet tal-membri tagħna huma intermedjarji bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-pubbliku. Huma joffru mezz kif in-nies ikunu jistgħu jaffettwaw bidliet jew jappoġġjaw kawżi li huma għal qalbhom.
Fi 12-il paġna tista’ ssir taf dwarna, ir-rwol u l-biżjoni tagħna, il-membri tagħna u kif jaħdmu, kif ukoll uħud mill-istejjer ta’ suċċess tagħna. Tista’ tiskopri wkoll aktar tagħrif dwar il-Presidenza l-ġdida tal-KESE li bdiet il-mandat tagħha din is-sena.
U huwa disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE!
Niżżel il-kopja tiegħek minn hawn:
https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/publications-other-work/publications/discover-what-eesc-can-do-you-2023-edition  (cw)

Aħbarijiet mill-Gruppi

In-negozji jappellaw għal azzjoni rapida biex terġa’ tinkiseb il-kompetittività

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Wara l-aħħar diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, l-impjegaturi jinnutaw bi pjaċir li l-kompetittività tinsab lura fuq l-aġenda wara snin fejn din ġiet imwarrba.

 

Read more in all languages

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Wara l-aħħar diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, l-impjegaturi jinnutaw bi pjaċir li l-kompetittività tinsab lura fuq l-aġenda wara snin fejn din ġiet imwarrba.

Hija tabilħaqq aħbar tajba li Mario Draghi ntalab iħejji rapport dwar il-futur tal-kompetittività sabiex in-negozju jsir aktar faċli fl-Ewropa u li jerġa’ jinkiseb l-vantaġġ kompetittiv. Is-sehem tal-UE tal-ekonomija globali ilu snin twal jonqos, u huwa previst li jkun inqas minn 10% sal-2050.

Biex insemmi xi ftit eżempji: l-Ewropa għandha uħud mill-aktar bejjiegħa bl-imnut produttivi iżda ma għandhiex pjattaforma ta’ bejgħ online li tqabbilha mad-daqs tal-bejjiegħa bl-imnut online Amerikani u Ċiniżi. L-Ewropa hija b’saħħitha fis-software wkoll, iżda mhux qed tingrana l-pożizzjoni tagħha biex tistabbilixxi kumpanija tas-software minn negozju għal negozju ewlenija fid-dinja.

Ir-realtà hija li meta mqabbel mal-kompetituri tagħna, in-negozji tal-UE huma mtaqqla b’ostakli amministrattivi sinifikanti li jfixxklu l-abbiltà tagħhom li jinvestu u li jgħaddu b’mod effettiv mit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali.

Ħafna mill-inizjattivi l-ġodda msemmija minn von der Leyen huma fil-qalba tal-ħidma tagħna, bħal li jkun hemm il-kontroll tal-kompetittività, li jitħaffu l-permessi għall-enerġija mir-riħ, djalogi settorjali bil-għan li jiġu appoġġjati mudelli tan-negozju għat-tranżizzjoni, is-Summit tal-Imsieħba Soċjali f’Val Duchesse, u fl-aħħar u mhux l-inqas ir-rapport ta’ Draghi dwar il-kompetittività, li jrid jinkludi wkoll ħarsa lejn is-suq uniku, aspett li kien kompletament nieqes mid-diskors ta’ von der Leyen.

Peress li din il-leġiżlatura dalwaqt se tkun qiegħda f’ambjent ta’ kampanja elettorali fil-bidu tal-2024 għall-elezzjonijiet Ewropej, ippermettuli nkun xi ftit pessimist, minkejja t-ton pożittiv ta’ dan id-diskors importanti. Iż-żmien huwa qasir. Biex nerġgħu niksbu l-kompetittività għandna bżonn rieda politika issa. Hemm bżonn urġenti li nnaqqsu d-distakk bejn ir-retorika u r-realtà. Iż-żmien mhux favurina.

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem se jorganizza laqgħa straordinarja f’Valencia fl-aħħar ta’ Novembru biex preċiżament jiddiskuti l-isfidi u l-opportunijiet li qed niffaċċjaw.

 

 

Għaliex irridu li s-sewwieqa tax-xarabank tagħna jistrieħu – apparti r-raġunijiet ovvji

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex temenda r-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri.

Read more in all languages

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex temenda r-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-settur tat-trasport okkażjonali tal-passiġġieri.

Peress li lkoll kemm aħna nitolbu li naslu fid-destinazzjoni tagħna b’wiċċ il-ġid, li s-sewwieq li jkun qed isuq ix-xarabank ikun mistrieħ sew hija idea pjuttost intuwittiva. Madankollu, dan mhux dejjem ikun il-każ. Minkejja t-terminu “okkażjonali”, ix-xogħol spiss la jkun staġjonali u lanqas okkażjonali, iżda pjuttost kontinwu. Il-bidla proposta tippermetti li s-sewwieqa tat-trasport tal-passiġġieri mhux internazzjonali jkunu jistgħu jaħdmu 12-il jum konsekuttiv mingħajr mistrieħ, kif inhu l-każ bħalissa fil-każ tat-trasport internazzjonali – li huwa settur ieħor li qed ibati minn nuqqas kroniku ta’ ħaddiema.

Dan l-approċċ flessibbli fir-rigward tal-ħinijiet ta’ mistrieħ, li suppost jindirizza n-nuqqas ta’ sewwieqa, mhux biss jipperikola s-sikurezza fit-toroq iżda x’aktarx se jaggrava wkoll l-istess problema li qed jipprova jsolvi, anke peress li l-biċċa l-kbira tas-sewwieqa fis-settur għandhom ħamsin sena jew aktar u livell ogħla ta’ stress jirrappreżenta riskju kbir. Li l-kundizzjonijiet tax-xogħol imorru għall-agħar żgur se jnaqqas l-attraenza tal-impjieg, peress li s-sewwieqa f’dawn il-pożizzjonijiet sikwit iwettqu kompiti oħra relatata mal-ġestjoni tal-gruppi.

Ta’ min nikkunsidraw li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u nappoġġjaw lin-nies li jixtiequ jidħlu fis-settur permezz ta’ liċenzji u permessi, billi nipprovdu infrastruttura sikura, inklużi faċilitajiet ta’ mistrieħ, u b’hekk nattiraw aktar sewwieqa.

 

Konferenza dwar is-sovranità tal-ikel tal-UE tenfasizza r-rwol ewlieni tal-agrikoltura, is-sajd u l-konsumaturi, u tappella għal politiki tal-ikel inklużivi u sostenibbli b’viżjoni fit-tul

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Prezzijiet ġusti kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-konsumaturi u informazzjoni veritiera u trasparenti huma essenzjali biex is-settur primarju u l-konsumaturi jaqdu r-rwol ewlieni tagħhom biex jiggarantixxu l-awtonomija strateġika fil-produzzjoni Ewropea tal-ikel. Din is-sovranità trid tkun konformi mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li tirrikjedi aġġustament tal-politiki attwali dwar l-ikel.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Prezzijiet ġusti kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-konsumaturi u informazzjoni veritiera u trasparenti huma essenzjali biex is-settur primarju u l-konsumaturi jaqdu r-rwol ewlieni tagħhom biex jiggarantixxu l-awtonomija strateġika fil-produzzjoni Ewropea tal-ikel. Din is-sovranità trid tkun konformi mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li tirrikjedi aġġustament tal-politiki attwali dwar l-ikel.

Dawn kienu l-konklużjonijiet ewlenin tal-konferenza dwar Is-sovranità tal-ikel tal-UE: ir-rwol tal-agrikoltura, is-sajd u l-konsumaturi, organizzata mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, mal-Ministru tal-Affarijiet Rurali u l-Ministru tal-Baħar tal-Gvern Reġjonali tal-Galicia, fis-26 ta’ Settembru 2023 f’Santiago de Compostela, il-Kapitali tal-Kultura ta’ Galicia.

Il-president tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, Séamus Boland, qal li l-Ewropej kollha, inklużi l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi, jibbenefikaw minn katina tal-ikel ġusta, b’saħħitha, reżiljenti u sostenibbli. Madankollu, il-kriżijiet globali reċenti wrew il-ħtieġa għal sovranità tal-ikel Ewropea bi standards ta’ sigurtà globali għoljin ħafna. Barra minn hekk, huwa enfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni: “Il-futur tas-settur tal-ikel se jiddependi mill-ħidma flimkien bejn l-atturi, is-setturi u l-oqsma politiċi kollha biex jiġu indirizzati b’mod effettiv u rimedjati l-isfidi diversi. Għandna nimmiraw lejn politiki tal-ikel inklużivi u niżviluppaw viżjoni fit-tul għas-settur tas-sajd tal-UE.” Fil-fehma tiegħu, is-sovranità tal-ikel tal-Ewropa se tiddependi mid-deċiżjonijiet tal-individwi, il-komunitajiet u s-soċjetà ċivili organizzata.

Il-Ministru tal-Affarijiet Rurali, José González Vázquez, qies li (…)

Kompli aqra biex issib aktar dwar proposti speċifiċi mill-parteċipanti tal-konferenza tagħna u dwar il-wirja tal-fotografija Mariscadoras mill-artist mill-Galicia Adrián Baúlde, organizzata mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili b’kollaborazzjoni mal-Kapitali tal-Kultura ta’ Galicia fil-kuntest tal-konferenza. Il-wirja raddet ħajr lil dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra għar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ikel lokali. Hija kkomplementat u appoġġjat il-ħidma tal-Kumitat dwar sistemi tal-ikel Ewropej reżiljenti u sostenibbli.

Soon in the EESC/Cultural events

Nikkollegaw l-UE 2023: ejjew nitkellmu dwar l-elezzjonijiet

L-avveniment ewlieni ta’ komunikazzjoni tal-KESE, li jlaqqa’ flimkien professjonisti tal-komunikazzjoni mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, se jsir fi Bratislava fit-23 u l-24 ta’ Novembru. Fit-tħejjija għall-2024 li, bħama jgħidu xi wħud, tista’ tiġi deskritta bħala “it-Tazza tad-Dinja tal-elezzjonijiet” minħabba l-għadd ta’ elezzjonijiet li se jsiru madwar id-dinja, Nikkollegaw l-UE se jiffoka fuq il-votazzjoni għall-Parlament Ewropew il-ġdid.

Read more in all languages

L-avveniment ewlieni ta’ komunikazzjoni tal-KESE, li jlaqqa’ flimkien professjonisti tal-komunikazzjoni mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, se jsir fi Bratislava fit-23 u l-24 ta’ Novembru. Fit-tħejjija għall-2024 li, bħalma jgħidu xi wħud, tista’ tiġi deskritta bħala “it-Tazza tad-Dinja tal-elezzjonijiet” minħabba l-għadd ta’ elezzjonijiet li se jsiru madwar id-dinja, Nikkollegaw l-UE se jiffoka fuq il-votazzjoni għall-Parlament Ewropew il-ġdid.

B’mod partikolari, is-seminar intitolat “L-elezzjonijiet Ewropej 2024. Għalfejn għandi nivvota?”, għandu l-għan li jagħti spinta lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jgħinu fil-promozzjoni tal-importanza tal-elezzjonijiet tal-UE u biex tintlaħaq rata ta’ parteċipazzjoni ta’ votanti għolja f’kuntest ta’ llaxkar tad-demokrazija f’bosta Stati Membri u nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi li qed jolqot lill-pajjiżi kollha.
Is-seminar se janalizza speċifikament tliet temi, li jistgħu fil-fatt jiddominaw id-dibattiti fix-xhur li ġejjin:

  • Id-diżinformazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-elezzjonijiet tal-2024: jista’ jingħad b’ċertezza li l-aħbarijiet foloz u n-narrattivi foloz se jkunu numerużi ħafna fil-kampanji elettorali għas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Issa li l-IA qed issir il-fruntiera l-ġdida tad-diżinformazzjoni, se jkun saħansitra aktar diffiċli li tittieħed azzjoni kontriha? Ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar id-diżinformazzjoni jistgħu jgħinu biex iwaqqfu lill-armati tat-trolls tal-midja soċjali milli jxerrdu l-gideb? Jistgħu jgħinu biex jitrażżan l-indħil barrani fl-elezzjonijiet? X’jista’ jsir kontra d-dilluvju ta’ diżinformazzjoni li qed ifiġġ fl-orizzont?
  • Il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni b’rabta mal-elezzjonijiet: x’inhu effettiv u x’mhuwiex? – Bid-demokrazija li qed tingħata l-ġenb fl-Ewropa kollha, is-soċjetà ċivili hija lesta li tfiehem lill-Ewropej dwar l-importanza tal-elezzjonijiet Ewropej u tikkonvinċihom biex joħorġu jivvotaw f’numri kbar? Fix-xenarju l-ġdid tal-komunikazzjoni, bil-midja tradizzjonali li tidher qed titlef il-ħakma tagħha, il-battalja għall-qlub u l-imħuħ tal-votanti se tintrebaħ fuq il-midja soċjali jew inkella bil-preżenza fiżika, fil-laqgħat pubbliċi? X’għandu jsir u x’għandu jiġi evitat fil-komunikazzjoni mal-votanti prospettivi – se nagħtu ħarsa lejn l-elezzjonijiet riċenti biex niskopru aktar.
  • L-elezzjonijiet u ż-żgħażagħ – Kif jistgħu ż-żgħażagħ jikkonvinċu ruħhom dwar l-importanza li jivvotaw? Kif jista’ jiġi żgurat li l-maġġoranza tagħhom jitfgħu l-vot? Bil-polls reċenti li qed juru li aktar minn nofs iż-żgħażagħ Ewropej ta’ inqas minn 25 sena jħossuhom abbandunati mill-politiki ġenerali u mill-UE, x’se jkun hemm bżonn biex jibdlu l-perċezzjoni tagħhom?

Is-seminar huwa parti mis-serje “Nikkollegaw l-Ewropa”, li kull sena toffri pjattaforma fejn il-professjonisti tal-istampa u l-komunikazzjoni minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jinteraġixxu u jiddiskutu dwar kwistjonijiet attwali ta’ interess komuni għall-Ewropa. Is-seminar ilaqqa’ membri tal-KESE u rappreżentanti oħra tal-UE, organizzazzjonijiet imsieħba mill-Istati Membri, ġurnalisti u riċerkaturi biex jiddiskutu l-kwistjonijiet jaħarqu tal-ġurnata.
Il-programm sħiħ u l-lista tal-kelliema se jkunu disponibbli dalwaqt fis-sit web tal-KESE. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikteb lil: pressofficers@eesc.europa.eu.

 

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)
Laura Lui (ll)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma


Christian Weger (cw)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Millie Tsoumani (mt)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

October 2023
10/2023

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram