European Economic
and Social Committee
Breadcrumb
- Home
- Current: Pubblikazzjoni ġdida: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Spanjola: Lulju – Diċembru 2023
Pubblikazzjoni ġdida: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Spanjola: Lulju – Diċembru 2023
Pubblikazzjoni ġdida: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Spanjola: Lulju – Diċembru 2023
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaqdi rwol ewlieni matul il-Presidenza Spanjola l-ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ġie mitlub mill-Presidenza biex iħejji għadd konsiderevoli ta’ Opinjonijiet.
Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed isseħħ f’mument kritiku għall-Ewropa. Wasal iż-żmien li l-UE ssir aktar reżiljenti.
L-Ewropa ilha tħabbat wiċċha ma’ għadd kbir ta’ kriżijiet matul dawn l-aħħar snin: dan ħareġ fid-dieher il-vulnerabbiltajiet tagħna u kkonferma li l-Unjoni Ewropea teħtieġ tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha. Għalhekk, awtonomija strateġika miftuħa, komponent ewlieni li se jżid ir-reżiljenza għall-objettivi tal-UE ta’ Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u soċjali, tinsab fil-qalba tal-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola.
F’Ġunju 2024, iċ-ċittadini tal-UE se jipparteċipaw fl-akbar eżerċizzju demokratiku li se jsir f’dan il-kontinent: l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Fid-dawl ta’ dan, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li s-salvagwardji meħtieġa għad-difiża tad-demokrazija tagħna jkunu fis-seħħ: dan huwa partikolarment rilevanti fil-ġlieda kontra l-indħil barrani, sabiex l-elezzjonijiet ma jkunux art fertili għad-diżinformazzjoni, il-propaganda u l-attakki ċibernetiċi.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaħdem mill-qrib mal-Presidenza Spanjola, u se jwassal il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili. Fuq talba tal-Presidenza Spanjola, il-KESE se jfassal mhux inqas minn 22 Opinjoni esploratorja dwar firxa ta’ suġġetti, inkluża t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, id-dimensjoni soċjali tal-UE u l-futur tal-Ewropa. Dawn l-Opinjonijiet dettaljati u ambizzjużi, flimkien ma’ għadd ta’ avvenimenti u konferenzi dwar suġġetti bħall-faqar enerġetiku, il-mard rari u l-ekonomija soċjali, se jippermettu lill-KESE jikkontribwixxi għad-dibattiti tal-Presidenza Spanjola.
Il-Kumitat jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Presidenza biex niksbu Ewropa aktar reżiljenti, aktar inklużiva u aktar sikura, Ewropa li taħdem għaċ-ċittadini tagħha u li tilqa’ l-isfidi li għandna quddiemna.
Dan il-fuljett huwa disponibbli bl-EN, il-FR, il-DE u l-ES fis-sit web tal-KESE. (af)