Il-KESE ospita workshop waqt l-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ fi Strasburgu nhar id-9 ta' Ġunju 2023.

Il-workshop tal-KESE kien l-okkażjoni biex jiġu ppreżentati r-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-istudenti li ħadu sehem fl-avveniment annwali ewlieni taż-żgħażagħ organizzat mill-KESE, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! li sar fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2023.

Żewġ studenti li attendew l-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, appoġġjati minn membru tal-KESE, ippreżentaw is-suġġerimenti rebbieħa tal-assemblea taż-żgħażagħ u komplew jesploraw il-potenzjal tagħhom li jiġu implimentati waqt dibattitu miftuħ mal-udjenza.  

L-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, li jiffoka fuq il-politiki taż-żgħażagħ u l-inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ, ipprovda opportunità oħra biex juri lill-parteċipanti tal-avveniment u liż-żgħażagħ in ġenerali li fehmiethom jitqiesu fil-livell tal-UE.

Afgħas hawnhekk biex taqra aktar dwar l-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” u r-rakkomandazzjonijiet li nsiltu mill-edizzjoni tal-2023. (sp)