Il-Mistieden Sorpriża

Fil-kolonna Il-Mistieden Sorpriża se ssib opinjonijiet u kummentarju minn persuni li l-attitudnijiet, l-azzjonijiet u l-involviment tagħhom ta’ min jinnotahom u jikkondividihom mal-pubbliku. F’din l-edizzjoni, qed nippubblikaw artiklu minn Jowita Kiwnik-Pargana, ġurnalista Pollakka u korrispondent tal-Unjoni Ewropea.

Il-ġurnalista Pollakka Jowita Kiwnik-Pargana ħadmet mal-gazzetta Gazeta Wyborcza u mal-Aġenzija tal-Istampa Pollakka, u temmet l-istudji tagħha fl-Iskola Pollakka tar-Rappurtaġġ. Hija ilha korrispondent akkreditat għall-Unjoni Ewropea għal diversi snin u taħdem fl-uffiċċju Pollakk ta’ Deutsche Welle fi Brussell. Hija kitbet bosta artikli fl-oqsma tal-kwistjonijiet soċjali, il-kultura u l-affarijiet internazzjonali. Minn Frar 2022 bdiet tivvjaġġa regolarment lejn l-Ukrajna biex tiddokumenta l-avvenimenti relatati mal-gwerra hemmhekk u tirrapporta dwar il-ħajja tal-Ukreni.