Dritt għall-punt

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, il-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda Ewropea. Din id-darba staqsejna lil Maurizio Mensi, membru tal-KESE, ir-relatur tal-Opinjoni dwar L-implikazzjonijiet tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep għad-difiża u l-manifattura ajruspazjali, adottata mill-KESE fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Ġunju, biex jgħidilna fil-qosor għaliex din hija kwistjoni importanti.

Huwa spjegalna x’inhuma dawn l-implikazzjonijiet għal żewġ setturi industrijali strateġikament importanti, id-difiża u l-ajruspazju.