Minkejja li hija mexxejja dinjija fil-provvista ta’ isotopi radjuattivi mediċi, l-Ewropa tiddependi ħafna minn pajjiżi terzi għal materjali ta’ sors ewlenin u operazzjonijiet ta’ pproċessar speċifiċi. Dan għandu l-potenzjal li jfixkel il-ktajjen tal-provvista u jhedded l-aċċess ta’ ħafna Ewropej għal dijanjożi u trattament li jsalvaw il-ħajja. Biex inreġġgħu lura din it-tendenza u nilħqu d-domanda dejjem tikber mill-pazjenti, neħtieġu investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-iżvilupp u f’infrastruttura ġdida tal-produzzjoni, regolamentazzjoni soda u deċiżjonijiet politiċi kuraġġużi, tenfasizza r-relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar il-provvista ta’ isotopi radjuattivi mediċi, Alena Mastantuono.