European Economic
and Social Committee
Il-mistiedna sorpriża
Iż-żgħażagħ fl-Albanija se jkollhom rwol importanti ħafna biex iqarrbu l-pajjiż iktar lejn l-UE. Madankollu, ir-rieda tagħhom li jsiru aġenti tal-bidla u l-entużjażmu tagħhom għall-UE spiss ma jkunux akkumpanjati minn riżorsi xierqa li jippermettulhom jipparteċipaw b’mod sinifikanti fi programmi, proġetti u teħid ta’ deċiżjonijiet. Dak li huwa meħtieġ huwa l-koordinazzjoni tal-partijiet interessati li tinkludi kollox u li tiffoka fuq iż-żgħażagħ, tikteb il-mistiedna sorpriża tagħna Dafina Peci, Direttur Eżekuttiv tal-Kungress Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Albanija.
Dafina Peci saret id-direttur eżekuttiv tal-Kungress Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Albanija fl-2016, wara li serviet bħala l-president tiegħu għal sentejn konsekuttivi. Mill-2017, Dafina għallmet ukoll fid-Dipartiment tax-Xjenzi Politiċi tal-Università ta’ Tirana. Hija kienet membru tal-grupp ta’ ħidma biex jitwaqqaf l-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ (RYCO), u sussegwentement irrappreżentat lill-Albanija fil-Bord tad-Direttorju tal-RYCO, kif ukoll kienet rappreżentanta taż-żgħażagħ fuq il-Bord tat-Tmexxija tiegħu. Għandha baċellerat fix-Xjenzi Politiċi u r-Relazzjonijiet Internazzjonali u Masters fix-Xjenzi fil-Politika u s-Sikurezza Reġjonali. Hija lestiet ukoll speċjalizzazzjoni postgradwatorja fis-Sigurtà wara Kunflitt, il-Bini taI-Istituzzjonijiet ta’ Paċi u Intermedjazzjoni.