European Economic
and Social Committee
Il-KESE jniedi programm ta’ skambju mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali madwar l-UE
Il-KESE nieda programm ġdid biex ikompli jibni r-relazzjonijiet tiegħu mal-komunità tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tippermetti skambji aktar regolari dwar suġġetti prijoritarji, dwar opinjonijiet u rapporti ppjanati, kif ukoll dwar prattiki tajba.
L-ewwel skambju ta’ dan it-tip sar f’Marzu li għadda fi Franza mal-President tal-Grupp taż-Żgħażagħ tal-KESE Katrīna Leitāne waqt żjara ta’ jumejn fil-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Ambjentali ta’ Franza biex isir skambju ta’ fehmiet dwar il-politiki taż-żgħażagħ. Ir-riżultat? Ideat ġodda biex tiġi promossa l-aġenda taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, jiġu integrati l-aspettattivi taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tal-KESE u u jkun hemm laqgħat ma’ kollegi ġodda li jaħdmu fuq l-istess suġġett fi Stat Membru ieħor.
F’dan il-filmat, Katrīna Leitāne taqsam l-impressjonijiet tagħha dwar iż-żjara ta’ ħidma tagħha u l-iskambji produttivi li kellha mal-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Ambjentali fi Franza.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm ta’ skambju ara l-paġna web tagħna hawnhekk.
Għal kull informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-segretarjat tal-Unità tar-Relazzjonijiet mal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali Nazzjonali u mas-Soċjetà Ċivili (EESC-ESCS-relations@eesc.europa.eu).