Fl-10 ta’ Mejju, idħol fil-qalba u d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fil-bini Jacques Delors, Rue Belliard 99, 1040 Brussell.

Jum l-Ewropa ta’ din is-sena huwa aktar speċjali hekk kif qed niċċellebraw il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, il-pedament storiku tal-għaqda u l-kooperazzjoni Ewropea. F’din l-okkażjoni hekk importanti, il-KESE jiftaħ il-bibien tiegħu għal jum sħiħ ta’ attivitajiet interattivi, informattivi u ta’ divertiment u għal żjara ta’ skoperta.
Għal dawk li huma entużjasti dwar il-politika u għal imħuħ żgħażagħ kurjużi, hemm xi ħaġa għal kulħadd.

Iġbor it-timbri matul iż-żjara ta’ skoperta tal-KESE:

  • Ipparteċipa fi sfidi divertenti fl-istands tematiċi kollha.
  • Iġbor timbru f’kull stand fuq il-passaport speċjali.
  • Irritorna l-passaport komplut tiegħek u ikseb il-premju speċjali tiegħek!

Titlifx l-opportunità li tiltaqa’ u titkellem mal-President tal-KESE Oliver Röpke fi stand speċjali! 
Huwa se jkun hemm biex jilqa’ lill-viżitaturi, iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek u jaqsam il-viżjoni tiegħu għas-soċjetà ċivili Ewropea – opportunità unika biex tiltaqa’ direttament mat-tmexxija tal-KESE.

Għal aktar divertiment se jkun hemm ukoll:

  • karikaturista li jpinġi karikatura ta’ wiċċek;
  • rokna ta’ animazzjoni għat-tfal;
  • kabina fotografika divertenti;
  • rota tal-fortuna mimlija sorpriżi;
  • u simulazzjoni tal-votazzjoni f’ħin reali fejn tista’ tidħol fiż-żarbun ta’ membru tal-KESE!

Barra minn hekk, skopri kif is-sezzjonijiet u l-gruppi tagħna jgħinu fit-tfassil tal-politika u l-valuri tal-UE.

Ejjew niċċelebraw l-ideat li jgħaqqdu lill-Ewropa. Ejja ma’ sħabek, ma’ familtek jew anke waħdek – iżda MHUX TA’ MIN JITLIFHA!

Din hija ħafna aktar minn sempliċi żjara – idħol kurjuż u oħroġ ispirat!

Għal aktar informazzjoni dwar il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet fil-KESE f’Jum l-Ewropa żur is-sit web: Ingħaqad magħna għal Jum l-Ewropa fl-10 ta’ Mejju! | KESE.

#EuropeDay (kk)