Fil-kolonna “Il-mistieden sorpriża” tal-bullettin tagħna nistiednu nies straordinarji mill-kultura, il-politika, ix-xjenza, il-media u l-ħajja pubblika li permezz tax-xogħol, l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni bl-istejjer u t-testimonjanzi tagħhom.

Il-mistieden tagħna għal Diċembru huwa Willem Vriesendorp, il-fundatur u CEO ta’ #SustainablePublicAffairs.  Huwa se jikkondividi l-fehmiet tiegħu dwar il-konferenza COP 28 f’Dubai li saret mit-30 ta’ Novembru sat-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena u dwar il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima. Konferenzi bħal dawn jistgħu jikkontribwixxu biex tinbidel il-mentalità tal-pubbliku dwar it-tibdil fil-klima, jew se jagħmluna aktar sensittivi u attenti għat-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu għall-pjaneta? Il-COP28 hija t-28 laqgħa annwali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima fejn il-gvernijiet se jiddiskutu kif jista’ jiġi limitat it-tibdil fil-klima u kif nistgħu nħejju għat-tibdil fil-klima fil-futur.

Willem intgħażel bħala wieħed mill-konsulenti ewlenin tal-Affarijiet Pubbliċi minn Best in Brussels u Mace Magazine. Din is-sena, huwa tħabbar bħala wieħed mill-akbar 40 influwenzaturi ta’ Politico fi Brussell.”