Biex jiċċelebra l-65 anniversarju tiegħu, il-KESE ser jorganizza dibattitu, u jospita kelliema mistiedna distinti u rappreżentanti ta’ livell għoli.

Id-dibattitu “EESC@65:Empowering Civil Society, Defending Democracy” ser issir nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2023, matul is-sessjoni plenarja tal-KESE fil-5.30 p.m. u jista’ jiġi segwit permezz ta’ webstream fuq is-sit web uffiċjali tal-KESE.