Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

MAY 2022 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal
Christa SCHWENG

Editorjal

Niċċelebraw l-unità u nuru solidarjetà

Din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju kienu differenti. L-aggressjoni Russa mhux ġustifikata u mhux provokata kontra l-Ukrajna tfakkarna brutalment dwar ir-raġuni għaliex inħolqot l-UE u l-importanza tal-paċi u s-solidarjetà. Din is-sena aktar minn qatt qabel, niċċelebraw l-unità tagħna u l-kisbiet tal-UE. Barra minn hekk, għandna nkomplu nuru s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna.

 

Read more in all languages

Niċċelebraw l-unità u nuru solidarjetà

Din is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju kienu differenti. L-aggressjoni Russa mhux ġustifikata u mhux provokata kontra l-Ukrajna tfakkarna brutalment dwar ir-raġuni għaliex inħolqot l-UE u l-importanza tal-paċi u s-solidarjetà. Din is-sena aktar minn qatt qabel, niċċelebraw l-għaqda tagħna u l-kisbiet tal-UE. Barra minn hekk, għandna nkomplu nuru s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna.

Fid-9 ta’ Mejju, rajna wkoll l-avveniment marbut mal-għeluq tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. L-ambitu inizjali tagħha twessa’ biex tindirizza sfida ġdida: il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra fl-Ukrajna f’ambjent ta’ wara l-pandemija li diġà huwa diffiċli.

Wara kważi sena, nista’ ngħid li l-esperiment tal-Konferenza pjuttost kien suċċess. B’mod ġenerali, il-proċess kien trasparenti u l-eżitu huwa pjuttost pożittiv. Iżda x-xogħol għadu ’l bogħod milli mitmum. Issa, irridu nissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini.

Bħala l-ewwel pass, għandu jinħoloq dashboard biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jaraw x’azzjonijiet ittieħdu bi tweġiba għal kull rakkomandazzjoni. Din l-għodda tiżgura segwitu strutturat u trasparenti. Fil-fatt, it-trasparenza kif ukoll rappreżentanza ġusta huma fatturi importanti f’demokrazija parteċipattiva.

Riżultat ieħor li jista’ jkun possibbli huwa l-ħolqien ta’ skambju permanenti maċ-ċittadini abbażi tat-tagħlimiet misluta mill-Konferenza, li fih il-KESE jaġixxi bħala l-intermedjarju istituzzjonali.  

Fil-kuntest tal-Konferenza, nixtieq għal darb’oħra nenfasizza l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fit-tiswir tal-politika. Il-Kumitat se jkompli jaħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE lejn għanijiet komuni li għandhom jagħmlu s-soċjetajiet tagħna aktar b’saħħithom.

Se niżguraw li l-kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata jkun fil-qalba ta’ demokrazija parteċipattiva msaħħa. Li nkunu lkoll involuti, b’mod awtomatiku, għandu jkun il-bażi għal Unjoni Ewropea li tkun post ideali li wieħed jgħix fih u jirnexxi.

Christa Schweng
, President tal-KESE

Dati tad-Djarju

31 ta’ Mejju‑1 ta’ Ġunju 2022, Marrakesh

Summit tal-Euromed 2022 tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili

2 ta’ Ġunju 2022, Brussell

Jum l-IĊE 2022

8 ta’ Ġunju 2022, Brussell

L-20 Anniversarju tas-CCMI

15-16 ta’ Ġunju, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

Dritt għall-punt

Fil-kolonna “Dritt għall-punt”, aħna niffukaw fuq Opinjonijiet u inizjattivi tal-KESE li jistgħu jagħmlu differenza. F’din l-edizzjoni, il-membru tal-KESE Tatjana Babrauskienė tenfasizza l-elementi prinċipali ta’ Opinjoni ġdida dwar Appoġġ għas-settur tal-midja indipendenti fil-Belarussja. Hija tindika l-perikli li jiffaċċjaw il-ġurnalisti indipendenti fil-Belarussja u fi stati awtoritarji oħra fejn il-prinċipji demokratiċi huma mkasbra, u titlob il-protezzjoni tagħhom. (ehp)

Read more in all languages

Fil-kolonna “Dritt għall-punt”, aħna niffukaw fuq Opinjonijiet u inizjattivi tal-KESE li jistgħu jagħmlu differenza. F’din l-edizzjoni, il-membru tal-KESE Tatjana Babrauskienė tenfasizza l-elementi prinċipali ta’ Opinjoni ġdida dwar Appoġġ għas-settur tal-midja indipendenti fil-Belarussja. Hija tindika l-perikli li jiffaċċjaw il-ġurnalisti indipendenti fil-Belarussja u fi stati awtoritarji oħra fejn il-prinċipji demokratiċi huma mkasbra, u titlob il-protezzjoni tagħhom. (ehp)

Tatjana Babrauskienė: L-UE għandha tappoġġja l-midja indipendenti fil-Belarussja

Il-KESE jemmen li s-sitwazzjoni fil-Belarussja hija kwistjoni Ewropea u għandha tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. L-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jgħinu biex iwasslu u jxerrdu aħbarijiet indipendenti mill-Belarussja madwar l-Ewropa billi jagħmluhom disponibbli b’lingwi oħra.

Read more in all languages

Il-KESE jemmen li s-sitwazzjoni fil-Belarussja hija kwistjoni Ewropea u għandha tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. L-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jgħinu biex iwasslu u jxerrdu aħbarijiet indipendenti mill-Belarussja madwar l-Ewropa billi jagħmluhom disponibbli b’lingwi oħra. 

Wara l-elezzjoni presidenzjali ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, li l-oppożizzjoni u d-demokraziji tal-Punent raw bħala mbagħbsa, ir-reġim awtoritarju ta’ Aleksandr Lukashenko ħa passi krudili biex joħnoq moviment ta’ protesti bla preċedent fil-pajjiż, bit-tnedija ta’ attakk tal-massa fuq is-soċjetà ċivili u l-media tal-aħbarijiet. Aktar minn 35 000 persuna ġew arrestati, eluf ġew imsawta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u diversi dimostranti nqatlu. 

Matul dan iż-żmien kollu, il-ġurnalisti, il-bloggers u l-kittieba koprew il-protesti, iddokumentaw il-brutalità tal-pulizija u pprovdew informazzjoni dwar il-verità, huma u jfittxu konnessjonijiet tal-internet li jaħdmu biex ittellgħu filmati, u fl-istess ħin jippruvaw jevitaw li jiġu arrestati. Huwa bis-saħħa tagħhom li d-dinja kollha saret taf dwar il-kriżi bla preċedent tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja. Huwa importanti li tiġi rikonoxxuta l-ħidma inkredibbli tal-ġurnalisti Belarussi u l-isforzi tagħhom, u saħansitra rriskjaw ħajjithom u xi drabi kienu qed ipoġġu lill-familji tagħhom f’riskju biex iwasslu l-verità, u li nagħtu ġieħ lid-dimostranti kuraġġużi u paċifiċi kollha, li rnexxielhom isibu l-aktar modi kreattivi biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom.

Il-KESE jenfasizza li s-sitwazzjoni fil-Belarussja hija kwistjoni Ewropea u għandha tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. L-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jgħinu fit-twassil tal-aħbarijiet mill-Belarussja lil udjenza usa’ billi jingħaqdu ma’ aġenziji tal-aħbarijiet indipendenti differenti mill-Belarussja u jagħmlu l-kontenut tagħhom disponibbli b’lingwi oħra. 

F’rapport ta’ informazzjoni reċenti, il-KESE jiddeskrivi l-passi kruċjali li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri tal-UE għall-appoġġ tal-midja indipendenti fil-Belarussja u potenzjalment anke f’pajjiżi oħra:

  • billi jagħtu eżempju globali ta’ appoġġ għal-libertà tal-midja li tinsab fi kriżi billi jipprovdu assistenza u joffru kenn ta’ emerġenza u eżenzjonijiet mill-ħtieġa ta’ viża lill-ġurnalisti Belarussi li jfittxu rifuġju mir-repressjoni;
  • billi jistabbilixxu fondi Ewropej u nazzjonali biex jappoġġjaw lill-midja indipendenti u lill-ġurnalisti Belarussi – mudell li jista’ potenzjalment jiġi estiż għal pajjiżi oħra li jgħixu taħt dittatorjat. Dan għandu jinkludi għajnuna ta’ emerġenza għal ġurnalisti ripressi u rilokati, li jeħtieġu appoġġ legali, finanzjarju u psikoloġiku;
  • billi jiżviluppaw strateġija bil-għan li l-appoġġ jiġi pprovdut b’mod li jgħin biex il-ħidma tal-ġurnalisti tkun sostenibbli; 
  • jeżaminaw modi ġurnalisti indipendenti Belarussi jkunu jistgħu jiġu integrati fl-istabbilimenti tal-midja nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE jew billi joffrulhom opportunitajiet ta’ fellowships;
  • billi jżidu l-assistenza u jiżguraw flessibilità billi titnaqqas il-burokrazija b’rabta mal-ksib tal-appoġġ finanzjarju tal-UE;
  • billi jeżaminaw modi alternattivi biex jipprovdu konnessjonijiet tal-internet mill-UE fejn il-fornitur tal-Istat jaqta’ l-aċċess; 
  • billi jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-trasferimenti tal-informazzjoni; 
  • billi jwaqqfu l-kunsinni tat-tagħmir jew is-software li jista’ jintuża biex jiġu ċċensurati l-internet u s-siti web fil-Belarussja, u jissanzjonaw lill-kumpanija nazzjonali tat-telekomunikazzjoni Beltelecom, li għandha l-monopolju tat-trasport tat-traffiku internazzjonali tal-web u li kienet responsabbli għall-qtugħ tal-internet tal-pajjiż;
  • billi jiġġieldu s-sorveljanza tal-internet, u jagħtu lill-ġurnalisti Belarussi l-għodod biex jevitaw iċ-ċensura, u biex isaħħu l-kompetenza diġitali tagħhom. 

Il-KESE huwa wkoll tal-fehma li, b’mod urġenti, l-UE għandha żżid lill-imħallfin, lill-prosekuturi u lill-persunal tal-pulizija kollha involuti fil-prosekuzzjoni tal-ġurnalisti u tal-attivisti mal-lista tas-sanzjonijiet.

Tatjana Babrauskienė, membru tal-KESE

Mill-Ukrajna fit-triq lejn...

L-istorja traġika tal-Ukrajna qed tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna. Wieħed minnhom, Sławek Kamiński, fotografu Pollakk, għamel donazzjoni ta’ ritratti mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, mill-belt Pollakka ta’ Rzeszów u minn Medyka-Shehyni fil-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja. Illum qed nippubblikaw it-tielet ritratt minn din is-serje. Grazzi kbira lis-Sur Kamiński talli qasam magħna l-mument maqbud fir-ritratt.

Ritratt: Sławek Kaminski/GW

Read more in all languages

L-istorja traġika tal-Ukrajna qed tiżvolġi quddiem għajnejna, bis-saħħa tal-ħidma bla heda u erojka tal-ġurnalisti, il-fotografi u l-operaturi tal-kameras li jmorru fejn ma nistgħux immorru aħna. Wieħed minnhom, Sławek Kamiński, fotografu Pollakk, għamel donazzjoni ta’ ritratti mill-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Polonja, mill-belt Pollakka ta’ Rzeszów u minn Medyka-Shehyni fil-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja. Illum qed nippubblikaw it-tielet ritratt minn din is-serje. Grazzi kbira lis-Sur Kamiński talli qasam magħna l-mument maqbud fir-ritratt.

Ritratt: Sławek Kaminski/GW

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil ...

Fil-kolonna tagħna “Mistoqsija lil...”, Jacques Glorieux, wieħed mill-aktar membri b’esperjenza fil-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) tal-KESE, jikkummenta dwar l-20 anniversarju li ġej tas-CCMI.

Read more in all languages

Fil-kolonna tagħna “Mistoqsija lil...”, Jacques Glorieux, wieħed mill-aktar membri b’esperjenza fil-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) tal-KESE, jikkummenta dwar l-20 anniversarju li ġej tas-CCMI.

Jacques Glorieux huwa fuq il-bord ta’ diversi kmamar tal-kummerċ fil-Belġju u fil-Lussemburgu u huwa l-Viċi President tal-Kmamar tal-Belġju. Mill-1998 sa Lulju 2002, huwa rrappreżenta lis-settur tal-faħam tal-Belġju fil-Kummissjoni Konsultattiva tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Huwa ngħaqad mal-KESE fis-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali li kienet għadha kif ġiet stabbilita fl-2002 u bħalissa huwa membru tal-korp ta’ tmexxija tagħha, il-Bureau. Huwa jipparteċipa b’mod attiv fl-attivitajiet kollha relatati mal-faħam tas-CCMI, bħar-round tables dwar il-faħam u l-inizjattiva “Reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni” bħala parti mill-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Kummissjoni Ewropea.

Għoxrin sena minn mindu twaqqfet, is-CCMI hija aktar rilevanti minn qatt qabel

KESE Info: Is-CCMI se tiċċelebra l-20 anniversarju tagħha fit-8 ta’ Ġunju. X’kien ir-rwol tagħha sal-lum il-ġurnata, kif kkontribwixxiet għall-aġenda tal-UE u kif qdiet is-soċjetà ċivili Ewropea? Se taqdi rwol essenzjali għall-futur tal-Ewropa?

Jacques Glorieux, Membru tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI): Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali twaqqfet fl-2002 fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala kummissjoni leġiżlattiva distint. Hija ħadet post il-kumitat konsultattiv tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), maħluqa mit-Trattat ta’ Pariġi fl-1952 għal perjodu ta’ ħamsin sena. Għalhekk hija l-eqdem korp iddedikat għall-antiċipazzjoni u l-appoġġ għat-tibdil industrijali.

 

Read more in all languages

KESE Info: Is-CCMI se tiċċelebra l-20 anniversarju tagħha fit-8 ta’ Ġunju. X’kien ir-rwol tagħha sal-lum il-ġurnata, kif ikkontribwixxiet għall-aġenda tal-UE u kif qdiet is-soċjetà ċivili Ewropea? Se taqdi rwol essenzjali għall-futur tal-Ewropa?

Jacques Glorieux, Membru tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI): Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali twaqqfet fl-2002 fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala kummissjoni leġiżlattiva distint. Hija ħadet post il-kumitat konsultattiv tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), maħluqa mit-Trattat ta’ Pariġi fl-1952 għal perjodu ta’ ħamsin sena. Għalhekk hija l-eqdem korp iddedikat għall-antiċipazzjoni u l-appoġġ għat-tibdil industrijali.

Rajt din it-transizzjoni sseħħ personalment, peress li kont ir-rappreżentant Belġian tal-Grupp III – Faħam, Importaturi u Konsumaturi – fil-Kummissjoni Konsultattiva tal-KEFA fil-Lussemburgu mill-1998 sa Lulju 2002. Imbagħad ingħaqadt mal-KESE fis-CCMI – li kienet għadha kif ġiet stabbilita – u bħalissa jiena membru tal-Bureau tagħha (koordinatur tal-Kategorija III – Delegati).

F’dawn l-għoxrin sena, is-CCMI xeħtet dawl u tat pariri dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għas-soċjetà ċivili. Kienet, pereżempju, is-CCMI li ġibdet l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-obsolexxenza programmata fl-2013. Hija pproduċiet firxa wiesgħa ta’ Opinjonijiet, u għamlet l-aħjar użu mill-għarfien espert settorjali mhux biss tal-membri tagħha, iżda b’mod partikolari tad-delegati tagħha. Din is-sħubija doppja hija fattur uniku u b’saħħtu tas-CCMI.

L-attività prinċipali tas-CCMI hija bbażata fil-missjoni storika tagħha li tanalizza l-bidliet industrijali b’rabta mal-faħam u l-azzar, b’mod partikolari d-delokalizzazzjoni, ir-rilokazzjoni u r-ristrutturar tal-industriji. Madankollu, ninsab kburi ħafna ngħid li s-CCMI estendiet b’suċċess il-mandat tagħha biex tkopri l-ekosistemi industrijali kollha, inklużi, pereżempju, l-industriji li jużaw ir-riżorsi u l-enerġija b’mod intensiv, materja prima kritika, l-industriji tas-saħħa, is-settur tal-karozzi u l-industriji tal-bini tal-bastimenti, u tal-manifattura ajruspazjali u tal-manifattura tad-difiża.

Jiena fiduċjuż dwar il-futur tas-CCMI, għax il-missjoni tagħha hija iktar rilevanti llum il-ġurnata minn qatt qabel. Il-politika industrijali, li kienet fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-bidu nett bis-saħħa tal-KEFA, għadha fil-quċċata tal-aġenda Ewropea, b’mod partikolari fil-kuntest tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19, li kixfet dipendenzi kritiċi u affettwat ħafna s-Suq Uniku. Bl-istess mod, l-invażjoni reċenti tal-Ukrajna żvelat vulnerabbiltajiet li wasslu għal skarsezza ta’ ċerti materjali u komponenti kritiċi fl-Ewropa, u żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. F’dan il-kuntest volatili, li t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tirnexxi hija essenzjali u urġenti sabiex tingħata spinta lir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa .

Dawn it-trasformazzjonijiet qegħdin u se jkomplu jollhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħna b’mod li qatt ma deher qabel u l-KESE, u b’mod partikolari s-CCMI, jeħtieġ li jkollhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ Tranżizzjoni Ġusta għal futur li fih l-industrija tkun kompatibbli mal-ambjent, fejn l-ekonomija tiffjorixxi u fejn il ħaddiema jkunu mħarsa. Qabel is-sajf tal-2022, is-CCMI ser tadotta Opinjonijiet li jkopru l-Att dwar iċ-Ċipep mill-perspettiva settorjali tal-industriji ajruspazjali u tad-difiża, it-teknoloġiji kritiċi tad-difiża u s-sigurtà – suġġett fundamentali għall-ksib tal-awtonomija strateġika miftuħa – u t-teknoloġiji tad-dekarbonizzazzjoni.

Fit-8 ta’ Ġunju, se niċċelebraw l-20 anniversarju tas-CCMI, iżda se nkunu qed inħarsu ’l quddiem u nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet kollha, billi nirriflettu kif il-KESE jista’ jikkontribwixxi bl-aħjar mod biex jinstabu tweġibiet għall-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi industrijali Ewropej kollha sabiex jibqgħu kompetittivi. Il-Konferenza ser tkun opportunità biex jingħata leħen lis-soċjetà ċivili organizzata, attur ewlieni biex tiżgura li dawn it-trasformazzjonijiet isiru b’mod ġust u ekwu, u li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.  

Nistedinkom ilkoll issegwu dan l-avveniment permezz tas-sit web iddedikat għas-CCMI hawnhekk:https://www.eesc.europa.eu/mt/agenda/our-events/events/ccmi-20th-anniversary

 

 

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Kull xahar, f’din il-kolonna , nintroduċu personalità pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma sors ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ, u l-karattru sod ta’ dawn il-personalitajiet u d-determinazzjoni tagħhom li jaġixxu huma eżemplari, u l-qlubija tagħhom jistħoqqilha rispett. Il-mistiedna tagħna dan ix-xahar hija Nadija Afanasieva, Direttur tal-Istitut Ukren għall-Politika Internazzjonali fi Kiev, l-Ukrajna. Hija wkoll il-koordinatur tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna u qed tikkoordina l-Grupp ta’ Ħidma tal-Pjattaforma. Hija esperta fil-kooperazzjoni transfruntiera u l-istrateġiji makroreġjonali, il-fondi tal-UE, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ġestjoni tal-proġetti.

 

Read more in all languages

Kull xahar, f’din il-kolonna , nintroduċu personalità pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma sors ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ, u l-karattru sod ta’ dawn il-personalitajiet u d-determinazzjoni tagħhom li jaġixxu huma eżemplari, u l-qlubija tagħhom jistħoqqilha rispett. Il-mistiedna tagħna dan ix-xahar hija Nadija Afanasieva, Direttur tal-Istitut Ukren għall-Politika Internazzjonali fi Kiev, l-Ukrajna. Hija wkoll il-koordinatur tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna u qed tikkoordina l-Grupp ta’ Ħidma tal-Pjattaforma. Hija esperta fil-kooperazzjoni transfruntiera u l-istrateġiji makroreġjonali, il-fondi tal-UE, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ġestjoni tal-proġetti.

 

Nadija Afanasieva: Naħdmu flimkien biex nibnu Ukrajna b’saħħitha u sigura

Meta konna qed niċċelebraw is-Sena l-Ġdida mal-ħbieb u l-familja, u qed nagħmlu x-xewqat u l-pjani għall-2022, ħadd fid-dinja ma stenna li ħajjitna se tinbidel b’mod daqshekk drammatiku fi ftit xhur biss.

 

Read more in all languages

Meta konna qed niċċelebraw is-Sena l-Ġdida mal-ħbieb u l-familja, u qed nagħmlu x-xewqat u l-pjani għall-2022, ħadd fid-dinja ma stenna li ħajjitna se tinbidel b’mod daqshekk drammatiku fi ftit xhur biss.

Fl-2014 kien l-ewwel darba li l-Ukrajna saqfet wiċċha ma’ gwerra minn mindu ħadet l-indipendenza.

Matul ir-Revoluzzjoni tad-Dinjità, aktar minn 100 persuna nqatlu b’tir fil-pjazza prinċipali, il-Pjazza tal-Indipendenza. Imbagħad kien hemm l-invażjoni ta’ Donbas u l-annessjoni tal-Krimea. Fl-2014 is-soċjetà ċivili Ukrena nbidlet b’mod sinifikanti: il-voluntiera marru fejn l-aktar kien hemm bżonn, u għenu lill-persuni spostati internament kif ukoll appoġġjaw lis-suldati midruba. Ħsibna li dawk kienu l-agħar ġranet tal-istorja tagħna, iżda kellna żball.

Fl-2014, is-soċjetà tagħna prattikament ma baqgħetx maqsuma dwar jekk għandniex nissieħbu mal-UE jew le. L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni qabel l-invażjoni fi Frar 2022 wera li perċentwal sinifikanti tal-Ukreni, jiġifieri 68 %, kienu favur is-sħubija fl-UE għall-Ukrajna; l-appoġġ kiber għal 86 % eżatt wara l-invażjoni u laħaq il-91 % sal-aħħar ta’ Marzu – rekord assolut!

Dan l-appoġġ massiv huwa reazzjoni għal dak li kienet qed tagħmel is-soċjetà ċivili tal-UE biex tgħin. Hija mmobilizzat immedjatament u ħeġġet lill-gvernijiet tal-UE biex jieħdu deċiżjonijiet rapidi. Ir-rwol tal-voluntiera, li ilhom jaħdmu sa mill-ewwel sigħat tal-invażjoni, kien enormi. Is-superpotenza tagħhom hija li jistgħu jsibu soluzzjonijiet rapidi għal kwalunkwe problema, minn munizzjon u drones għal mediċini u ħwejjeġ għar-refuġjati. Il-mewġa ta’ dimostrazzjonijiet u l-għadd kbir ta’ bnadar sofor u blu mxejra fl-UE kollha kienu inkredibbli. Meta staħbejna fix-xelters, sibna s-saħħa fir-ritratti tan-nies madwar id-dinja kollha jappoġġjaw lill-Ukrajna.

Il-maġġoranza tal-imsieħba tagħna bdew iċemplulna eżatt wara l-aħbar tagħmel attakki massivi mill-ajru fuq l-Ukrajna kollha u staqsewna: “kif nistgħu ngħinu?”. Irċevejna ħafna għajnuna, iżda għandna bżonn iktar.

L-armata għandna bżonn soluzzjonijiet innovattibi u teknoloġiji biex tirbaħ il-battalja; it-tobba tal-ispeċjalizzazzjonijiet kollha għandhom bżonn tagħmir kontemporanju u persunal biex jgħinu lis-suldati u lin-nies ċivili midruba; il-voluntiera għandhom bżonn saħansitra iktar kuntatti madwar id-dinja kollha; eċċ.

Iżda neħtieġu wkoll viżjoni strateġika tal-proċess ta’ rkupru tal-Ukrajna, u hawnhekk jaqdu rwol kruċjali l-isforzi komuni tad-dinja demokratika biex jinbena stat b’saħħtu u sigur u jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi fil-kostruzzjoni, l-organizzazzjoni tal-infrastruttura, l-appoġġ lin-negozju u lix-xjenza, il-bini tal-kapaċità għall-istituzzjonijiet ta’ livelli differenti, eċċ.

Kemm l-Ukreni kif ukoll l-UE tgħallmu lezzjonijiet tassew ċari minn din il-gwerra:

- xi sitwazzjonijiet jeħtieġu soluzzjonijiet urġenti, speċjalment fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni ta’ sigurtà.
Il-gwerra bdiet fl-2014 u l-Ukreni ilhom 8 snin jispjegaw il-periklu ta’ relazzjonijiet mill-qrib mar-Russja, id-dipendenza mir-riżorsi tal-enerġija Russi u prodotti oħra minn pajjiż li jonfoq l-introjtu tiegħu fuq it-terroriżmu u atti ta’ massakru. Madankollu, la l-Ukrajna u lanqas l-UE ma kienu lesti għal tali invażjoni krudili u fuq skala sħiħa, inkella t-tnejn konna nuru aktar determinazzjoni. L-invażjoni kienet isseħħ kieku s-sanzjonijiet importi fl-2014 kienu daqstant ħorox bħal dawk tal-2022?

- Il-gwerra tal-2022 hija wkoll gwerra tal-innovazzjoni u t-teknoloġija. Ċertament, jekk inżidu l-effiċjenza enerġetika, niddeversifikaw is-sorsi tal-enerġija, insibu soluzzjonijiet diġitali ġodda, niżviluppaw it-teknoloġiji tal-ispazju u ntejbu l-mod kif niġġestixxu r-riżorsi naturali tagħna, eċċ., il-livell tagħna ta’ indipendenza u sigurtà kien ikun ogħla minn dak ta’ bħalissa, meta l-pajjiżi kollha qed jesperjenzaw kriżi serja.

Ir-rikonoxximent tal-importanza ta’ rispons immedjat mill-politiċi, id-diplomatiċi, il-forzi militari, il-voluntiera u s-soċjetà ċivili jpoġġina f’direzzjoni biex nirbħu l-battalja. Il-ħtieġa għall-appoġġ għadu enormi, iżda il-motivazzjoni ssir aktar b’saħħitha kull jum li jgħaddi.

Aħna, l-Ukreni, urejna li l-valuri prinċipali tagħna huma d-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Qatt ma kien hemm xi proċedura rapida għas-sħubija fl-UE, iżda s-sitwazzjoni tal-Ukrajna hija eċċezzjonali, u probabbilment wasal iż-żmien li l-proċedura terġa’ tiġi evalwata.

L-Ukreni huma kompletament konxji bil-volum ta’ ħidma li jridu jwettqu biex jingħaqdu mal-UE. Is-saħħa tagħna hija l-motivazzjoni tagħna biex nibnu stat ħieles u niffurmaw sħubijiet ma’ dawk li żammew magħna fl-agħar żminijiet. U għalhekk nittamaw, b’fiduċja fil-forzi armati tagħna u l-viżjoni ta’ pajjiż prosperuż.

Nadija Afanasieva, Direttur tal-Istitut Ukren għall-Politika Internazzjonali fi Kiev, l-Ukrajna

 

Aħbarijiet tal-KESE

Il-KESE jiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka tal-UE u t-taħlita tal-enerġija t-tajba għall-futur tal-Ewropa

Mikuláš Bek, il-Ministru Ċek għall-Affarijiet Ewropej, żvela l-ħames prijoritajiet politiċi li aktarx se jkollha l-Presidenza Ċeka li jmiss tal-Kunsill tal-UE, f’diskors lill-membri tal-KESE li sar fi Praga fit-28 ta’ April 2022.

Read more in all languages

Mikuláš Bek, il-Ministru Ċek għall-Affarijiet Ewropej, żvela l-ħames prijoritajiet politiċi li aktarx se jkollha l-Presidenza Ċeka li jmiss tal-Kunsill tal-UE, f’diskors lill-membri tal-KESE li sar fi Praga fit-28 ta’ April 2022.

Is-Sur Bek żvela l-prijoritajiet politiċi mistennija tal-Presidenza Ċeka waqt laqgħa tal-Bureau tal-KESE, u saħaq li l-enfasi ser tkun fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali iżda wkoll, fid-dawl tal-avvenimenti reċenti, fuq is-sigurtà.

Bil-motto “L-Ewropa bħala kompitu”, meħud minn diskors tal-Kap tal-Istat Ċek Václav Havel f’Aachen, il-presidenza Ċeka tal-UE ser tiffoka fuq:

1) il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati u l-irkupru fl-Ukrajna;
2) is-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa;
3) it-tisħiħ tal-kapaċità tad-difiża Ewropea u tas-sigurtà taċ-ċiberspazju;
4) ir-reżiljenza strateġika tal-ekonomija Ewropea;
5) ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi.

B’referenza għall-iżviluppi fil-kriżi fl-Ukrajna, huwa qal li “l-iżgurar ta’ aċċess għal sorsi tal-enerġija affordabbli, sostenibbli iżda wkoll affidabbli ser ikun wieħed mill-akbar sfidi li l-UE qatt iffaċċjat”.

Fid-dibattitu, il-membri tal-KESE ħeġġew lill-ministru biex iżid l-appoġġ tal-UE u tal-gvernijiet nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u qalu li dawn l-organizzazzjonijiet jinsabu fil-linja ta’ quddiem fil-kriżi umanitarja li ġabet magħha l-invażjoni Russa fl-Ukrajna u għandhom bżonn appoġġ prattiku urġenti.

Is-solidarjetà Ewropea kienet element ewlieni ieħor fid-diskussjoni: il-membri enfasizzaw li jkun possibbli biss li jitwaqqfu l-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja jekk l-Istati Membri kollha tal-UE jingħaqdu flimkien u jaqsmu bejniethom is-sorsi tal-enerġija disponibbli.

Diversi kelliema wissew ukoll kontra nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-aspetti soċjali matul il-presidenza Ċeka tal-Kunsill fit-tieni nofs tal-2022. Biż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, il-faqar qed jiżdied u qed jhedded il-koeżjoni soċjali.

F’seminar li sar bħala parti mill-avveniment, dwar “Taħlita tal-enerġija ottimali għal enerġija sostenibbli u affordabbli”, il-President tal-KESE Christa Schweng irrimarkat li t-tnaqqis tad-dipendenza tal-enerġija tal-UE minn pajjiżi terzi huwa essenzjali. It-triq ’il quddiem hija li jiġu diversifikati s-sorsi tal-enerġija u jiżdied l-investiment fl-enerġija rinnovabbli.

Qalet li “Biex tiġi żgurata tranżizzjoni b’suċċess, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkollhom rwol ewlieni fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki”. (mp)

Inħallu l-għoqda tal-ġungla regolatorja: l-azzjoni tal-UE dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi għandha tgħin biex jiġi assigurat xogħol ġust u sikur għal kulħadd

Il-KESE laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. Huwa faħħar l-inizjattiva bħala pass tant meħtieġ lejn l-istabbiliment ta’ kriterji ċari u definiti sew għall-klassifikazzjoni tar-relazzjonijiet tal-impjieg u għar-regolamentazzjoni tal-użu tal-algoritmi fir-reklutaġġ u l-impjegar ta’ ħaddiema fuq il-pjattaformi.

Read more in all languages

Il-KESE laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. Huwa faħħar l-inizjattiva bħala pass tant meħtieġ lejn l-istabbiliment ta’ kriterji ċari u definiti sew għall-klassifikazzjoni tar-relazzjonijiet tal-impjieg u għar-regolamentazzjoni tal-użu tal-algoritmi fir-reklutaġġ u l-impjegar ta’ ħaddiema fuq il-pjattaformi.

Il-KESE qal li kien ġustifikat l-użu ta’ strument legali vinkolanti, direttiva, sabiex jiġi regolat ix-xogħol fuq il-pjattaformi, billi d-diversità kbira ħafna bejn kundizzjonijiet tax-xogħol u l-liġijiet f’kull Stat Membru sikwit twassal għat-trattament ħażin tal-ħaddiema fuq il-pjattaformi u fi standards għall-protezzjoni tal-ħaddiema dejjem jonqsu fil-livell nazzjonali u tal-UE. L-Opinjoni ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE f’Marzu, b’149 vot favur, 80 vot kontra u 17-il astensjoni.

Ir-relatur għall-Opinjoni, Cinzia del Rio, qalet: Naraw eżempji ċari ta’ diskriminazzjoni u trattament mhux ugwali tal-ħaddiema fuq il-pjattaformi madwar l-UE. Is-sitwazzjoni fl-Istati Membri hija estremament diversa – hija ġungla regolatorja li jeħtieġ li tinħall. Id-direttiva proposta għandha l-għan li tipprovdi qafas regolatorju flessibbli, li jista’ jiġi adattat fil-livell nazzjonali u li jqis id-disparitajiet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nies.

Il-kwistjoni l-iktar importanti hija bla dubju l-klassifikazzjoni legali tar-relazzjoni tal-impjieg u d-distinzjoni ċara tagħha minn impjieg indipendenti ġenwin. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi identifikat b’mod ċar l-impjegatur legalment responsabbli, kemm biex jiġi żgurat il-ħlas xieraq tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali kif ukoll biex ikun jista’ jsir negozjar kollettiv. Fil-fehma tal-KESE, madankollu, it-test tal-proposta tal-Kummissjoni huwa wisq ġeneriku u vag dwar din il-kwistjoni, kif ukoll dwar għadd ta’ punti oħrajn, bħad-dritt kemm tal-ħaddiema kif ukoll tar-rappreżentanti tal-unions għal informazzjoni u konsultazzjoni.

Dawn l-inċertezzi legali f’xi sitwazzjonijiet jistgħu jiffavorixxu l-ħolqien u l-proliferazzjoni ta’ forom ta’ xogħol mhux iddikjarati u sitwazzjonijiet deplorabbli ta’ sfruttament u kompetizzjoni bejn il-ħaddiema stess, li jistgħu jkunu taħt xi prattiki ta’ sottokuntrattar illegali, qal il-KESE. 

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE ressaq kontroopinjoni, li kisbet aktar minn 30% tal-voti mitfugħa u ġiet ippubblikata bħala Appendiċi għall-Opinjoni adottata. Il-Grupp ta’ Min Iħaddem oppona l-użu ta’ direttiva li tirregola x-xogħol fuq il-pjattaformi, bil-biża’ li tali leġiżlazzjoni vinkolanti tkun tirrappreżenta soluzzjoni “waħda tajba għal kulħadd”. Dan jista’ jsir ostaklu għall-innovazzjoni u l-investiment fit-twaqqif u l-iżvilupp tal-pjattaformi diġitali fl-UE.

Ma jaqblux ukoll dwar l-introduzzjoni ta’ definizzjoni legali tal-UE dwar min hu ħaddiem u minn hu impjegat indipendenti fuq il-pjattaformi, billi ma tkunx tista’ tirrispetta l-mudelli differenti użati fil-pajjiżi differenti jew iżżomm il-pass ma’ żviluppi dinamiċi li jseħħu fis-swieq tax-xogħol. (ll)
 

Il-KESE jappella għal sanzjonijiet konsistenti u ibsin fuq l-impjegaturi ta’ migranti b’residenza illegali

Il-KESE appella lill-Istati Membri tal-UE biex iżidu l-isforzi tagħhom u jimplimentaw id-Direttiva tal-UE li tipprevedi sanzjonijiet kontra l-impjegaturi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza irregolari. F’Opinjoni adottata reċentement, il-KESE wissa dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni difettużi tad-Direttiva fl-UE kollha.

Read more in all languages

Il-KESE appella lill-Istati Membri tal-UE biex iżidu l-isforzi tagħhom u jimplimentaw id-Direttiva tal-UE li tipprevedi sanzjonijiet kontra l-impjegaturi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza irregolari. F’Opinjoni adottata reċentement, il-KESE wissa dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni difettużi tad-Direttiva fl-UE kollha.

Peress li ħafna drabi huwa sors ta’ sfruttament tal-ħaddiema, l-impjieg ta’ migranti b’residenza illegali huwa wkoll fattur ta’ attrazzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali; kull sena, dan jaħsad il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni li jibdew vjaġġi perikolużi biex jaslu fl-Ewropa. Il-KESE jgħid li ż-żewġ prattiki kriminali għandhom jiġu indirizzati b’azzjoni deċiżiva fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE enfasizza li s-severità tas-sanzjonijiet tvarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ftit li xejn jiskoraġġixxu lill-imjegaturi milli jimpjegaw ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali. 

Nuqqas ieħor tad-Direttiva huwa l-inabbiltà tagħha li tħeġġeġ lill-migranti jressqu lmenti uffiċjali kontra l-impjegaturi. Dan huwa minħabba l-biża’, ħafna drabi ġustifikata u leġittima, tal-migranti li jintbagħtu lura lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Aħna nappoġġjaw bil-qawwa lill-Kummissjoni meta tgħid li se tniedi proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri jekk dawn xorta jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi ewlenin li jirriżultaw mid-Direttiva fir-rigward tas-sanzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Carlos Manuel Trindade. 

F’Opinjoni oħra, il-KESE analizza l-Pjan ta’ azzjoni tal-UE mġedded kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali (2021-2025). Huwa laqa’ l-approċċ komprensiv tiegħu għal din il-kwistjoni, u faħħru bħala l-kontinwazzjoni tal-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra din l-attività perikoluża u kriminali. Skont ċifri tal-Europol, aktar minn 90 % ta’ dawk li daħlu fl-UE b’mod illegali, f’xi punt vjaġġaw permezz tan-networks għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali hija meqjusa bħala prijorità taħt il-Patt il-Ġdid tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, peress li ħasdet il-ħajja ta’ migranti nisa, tfal u rġiel. Din tikser id-drittijiet tagħhom u tieħu vantaġġ minn dawk li jippruvaw jidħlu fl-UE. Hija wkoll theddida għas-sigurtà Ewropea.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali qatt ma tista’ tiġi diretta kontra l-migranti nfushom jew kontra l-għajnuna li jingħataw u dik umanitarja. Ma jridx ikun hemm kriminalizzazzjoni tas-solidarjetà, qal ir-relatur tal-Opinjoni José Antonio Moreno Diaz. Aħna nifhmu li s-salvagwardja tal-fruntieri esterni tal-UE hija prijorità, iżda dawn għandhom dejjem jiġu mħarsa b’rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

L-UE u l-ambjent: wasal iż-żmien għal rigorożità fid-dritt kriminali

Fl-Opinjoni tiegħu dwar It-titjib tal-protezzjoni ambjentali permezz tad-dritt kriminali, adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, il-KESE ssuġġerixxa li l-UE għandha timponi sanzjonijet kriminali għall-akbar numru possibbli ta’ reati ambjentali.

Read more in all languages

Fl-Opinjoni tiegħu dwar It-titjib tal-protezzjoni ambjentali permezz tad-dritt kriminali, adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, il-KESE ssuġġerixxa li l-UE għandha timponi sanzjonijet kriminali għall-akbar numru possibbli ta’ reati ambjentali.

Ir-rapport analizza d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali l-ġdida u ta suġġerimenti dwar metodi prattiċi biex din issir tassew effettiva, proporzjonata u dissważiva.

Il-KESE laqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-lista ta’ reati kriminali ambjentali minn disgħa għal tmintax, iżda jemmen li d-direttiva għandha tkopri l-akbar għadd possibbli ta’ reati ambjentali. Huwa wkoll tal-opinjoni li, biex ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, il-limiti massimi għas-sanzjonijiet għandhom ikunu ogħla sostanzjalment.

Proposta oħra li hemm fir-rapport hija biex ir-reati ambjentali jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, peress li ħafna minnhom huwa magħruf li għandhom konnessjonijiet mal-kriminalità organizzata.

Il-KESE qed jitlob ukoll li r-reat ta’ ekoċidju jiġi minqux fid-direttiva, u jiġi ddefinit bħala “atti illegali jew malizzjużi mwettqa fl-għarfien sħiħ li hemm probabbiltà sostanzjali li dawn l-atti jagħmlu ħsara serja u mifruxa jew fit-tul lill-ambjent”. Il-KESE jinnota li l-kunflitti armati huma prattikament dejjem, min-natura tagħhom stess, ekoċidji. 

Il-kriminalità ambjentali hija r-raba’ kategorija ta’ kriminalità li tħalli l-aktar qligħ globalment u qed tiżdied fl-UE. Filwaqt li l-għadd ta’ sentenzi transfruntiera ma żdidux b’mod sostanzjali, ir-rata ta’ reati ambjentali mwettqa fl-Ewropa kibret.
Madankollu, il-KESE jisħaq li r-riformulazzjoni tad-direttiva mhix biżżejjed. Waħda mid-dgħufijiet indikati fil-valutazzjonijiet tad-direttiva attwali hija l-implimentazzjoni fl-Istati Membri. Il-KESE għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-katina tal-infurzar u jissuġġerixxi li l-Istati Membri tal-UE għandhom jistabbilixxu forzi tal-pulizija speċjalizzati, prosekuturi, imħallfin u qrati fil-qasam tar-reati ambjentali.

Id-Direttiva tal-2008 dwar il-Kriminalità Ambjentali hija l-istrument vinkolanti prinċipali fis-seħħ fl-UE biex tindirizza r-reati kriminali. Evalwazzjoni mwettqa fl-2019 u fl-2020 turi li din ma kellhiex wisq effett fil-prattika. Matul l-aħħar għaxar snin, l-għadd ta’ każijiet ta’ kriminalità ambjentali investigati u kkundannati b’suċċess baqa’ baxx, is-sanzjonijiet imposti ma kinux dissważivi biżżejjed, u ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni transfruntiera sistematika. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibdilha b’Direttiva ġdida tal-UE. (mr)
 

L-antisemitiżmu huwa test tal-idea Ewropea

L-Unjoni Ewropea għandha obbligu li tiddefendi l-valuri fundamentali tagħna, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Għal din ir-raġuni, il-KESE appoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu.

Read more in all languages

L-Unjoni Ewropea għandha obbligu li tiddefendi l-valuri fundamentali tagħna, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Għal din ir-raġuni, il-KESE appoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u t-trawwim tal-ħajja Lhudija fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu.

Il-KESE huwa konvint li l-antisemitiżmu huwa test tal-idea Ewropea, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija, jispjega r-relatur Ákos Topolánszky.

Il-Kumitat ifaħħar l-istrateġija li għandha l-għan mhux biss li tindirizza l-antisemitiżmu, iżda wkoll li tippromovi l-ħajja Lhudija, u li tistabbilixxi politiki pubbliċi u kooperazzjoni fil-livell komunitarju għall-promozzjoni tal-aċċettazzjoni reċiproka.

Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġu mifhuma l-għeruq u l-kawżi tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra l-persuni u l-komunitajiet Lhud, sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni effettiva mhux biss permezz tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, iżda wkoll permezz ta’ sistema aktar effettiva ta’ azzjoni mill-komunità u s-soċjetà. 

Barra minn hekk, bħala parti integrali mill-identità Ewropea, il-kultura Lhudija għandha ssir aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-pubbliku inġenerali. Il-Kumitat jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jippreżentaw u jiċċelebraw kif imiss ir-rwol tal-komunità Lhudija fl-UE bħala parti integrali u inaljenabbli ta’ kultura komuni.

Il-Kumitat jemmen li l-istrumenti kostituzzjonali u legali tal-UE kollha għandhom jintużaw b’mod sistematiku biex jiġġieldu l-kontenut antisemitiku fil-midja, u l-għarfien u l-fehim tal-ħajja Lhudija għandhom jittejbu permezz ta’ rapportar aktar bilanċjat u sensittiv. 

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ir-rappreżentanza tal-komunitajiet Lhud u tal-membri tagħhom fil-midja tradizzjonali u soċjali hija limitata ħafna, u tiffoka primarjament fuq l-impatt tal-vjolenza u t-terroriżmu antisemitiċi. Madankollu, hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi ppreżentat kontenut pożittiv lil hinn minn dan kollu bħala rikonoxximent tal-importanza tal-koeżistenza soċjali. 

Fl-aħħar nett, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tagħti lill-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u lill-aġenda strateġika favur il-promozzjoni tal-ħajja Lhudija dimensjoni esterna b’saħħitha, fl-aspetti kollha tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-politika tal-viċinat tagħna u l-istrumenti ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif ukoll l-istrumenti biex il-pajjiżi kandidati tal-UE jitqarrbu lejn l-UE, bħala mekkaniżmi adatti għall-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-promozzjoni tal-ħajja Lhudija. (gb)

Il-KESE jenfasizza l-partijiet neqsin fil-proposti tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-kumpaniji fittizji

Il-KESE jappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni biex jiġi miġġieled l-użu ħażin tal-kumpaniji fittizji u tiġi stabbilita tassazzjoni korporattiva minima effettiva, iżda jixtieq li dawn jissaħħu. F’żewġ Opinjonijiet adottati fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE indika nuqqasijiet possibbli u ssuġġerixxa żidiet importanti. 

Read more in all languages

Il-KESE jappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni biex jiġi miġġieled l-użu ħażin tal-kumpaniji fittizji u tiġi stabbilita tassazzjoni korporattiva minima effettiva, iżda jixtieq li dawn jissaħħu. F’żewġ Opinjonijiet adottati fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE indika nuqqasijiet possibbli u ssuġġerixxa żidiet importanti. 

L-iżgurar ta’ tassazzjoni effettiva u ġusta fis-suq uniku kollu huwa kruċjali sabiex jiġi stimulat irkupru ġenwin wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-iffinanzjar tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika. Fiż-żewġ Opinjonijiet, il-KESE laqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi miġġieled l-użu tal-kumpaniji fittizji għall-evitar tat-tassazzjoni u tiġi introdotta tassazzjoni effettiva minima tal-kumpaniji, iżda indika lakuni possibbli u ssuġġerixxa miżuri addizzjonali ewlenin. 

Benjamin Rizzo, relatur tal-Opinjoni dwar il-ġlieda kontra l-użu ta’ entitajiet fittizji qal: “Il-kumpaniji fittizji li ġew stabbiliti fl-Istati Membri jeħtieġ li jinġiebu f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni, u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri hija aktar prijoritarja minn qatt qabel biex jiġi evitat it-tnaqqis tas-setgħat fiskali tal-UE.” 

Javier Doz Orrit, il-korelatur tal-Opinjoni, qal: “Jekk id-Direttiva kontra l-kumpaniji fittizji tikkomplementa l-pakkett leġiżlattiv tal-Kummissjoni kontra l-ħasil tal-flus, regola kontra “abilitanti professjonali” li jimmaniġġjaw kumpaniji fittizji għandha tikkomplementaha aktar”. 

Krister Andersson, ir-relatur tal-Opinjoni dwar tassazzjoni minima effettiva tal-kumpaniji, qal: “L-OECD hija mistennija tippreżenta regoli importanti dwar portijiet sikuri, preżentazzjoni semplifikata ta’ dokumenti amministrattivi u punti importanti oħrajn. Anke dawn ir-regoli għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva. Huwa essenzjali li l-leġiżlazzjoni tiġi trasposta b’mod uniformi fl-UE u tiġi applikata bl-istess mod, u fuq livell globali.” 

Petru Sorin Dandea, korelatur tal-Opinjoni, qal: “il-KESE kien japprezza li kieku saret valutazzjoni tal-impatt tal-partijiet tad-Direttiva li jagħmluha konformi mad-dritt tal-Unjoni. Nappellaw sabiex issir din l-analiżi u li tkun disponibbli għall-pubbliku.” (tk)
 

Il-KESE huwa lest li jkun involut b’mod attiv fil-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tqiegħed dimensjoni kulturali u kreattiva fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-mewġa ta’ rinnovazzjoni, u tipprovdi punt tat-tluq għat-tranżizzjoni ekoloġika. B’dan il-kliem, il-President tal-KESE, Christa Schweng, ġabret fil-qosor il-pożizzjoni tal-KESE dwar din l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni meta ltaqgħet mal-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, fis-sessjoni plenarja tal-KESE fit-23 ta’ Marzu 2022.

Read more in all languages

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tqiegħed dimensjoni kulturali u kreattiva fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-mewġa ta’ rinnovazzjoni, u tipprovdi punt tat-tluq għat-tranżizzjoni ekoloġika. B’dan il-kliem, il-President tal-KESE, Christa Schweng, ġabret fil-qosor il-pożizzjoni tal-KESE dwar din l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni meta ltaqgħet mal-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, fis-sessjoni plenarja tal-KESE fit-23 ta’ Marzu 2022.

“Naqblu bis-sħiħ mal-għan li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal oġġetti ċirkolari u b’intensità inqas qawwija tal-karbonju fil-post tal-għajxien u tax-xogħol tagħhom, fil-bini pubbliku u fl-akkomodazzjonijiet tagħhom, permezz ta’ esperjenzi konkreti,” qalet is-Sinjura Schweng. Hija u tenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li nħarsu lejn il-futur, hija żiedet tgħid: “Il-KESE huwa lest li jkun involut b’mod attiv fl-approċċ parteċipattiv tal-moviment tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida sabiex jiġi żgurat djalogu produttiv maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, u b’hekk jinstabu soluzzjonijiet li jtejbu l-ħajja ta’ kuljum tagħhom.”

Mentri rreferiet għall-konsegwenzi serji tal-pandemija u l-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna, is-Sinjura Gabriel enfasizzat l-importanza ta’ proġetti bħal dawn illum il-ġurnata: “Naħseb li huwa aktar importanti minn qatt qabel li nkunu nistgħu naraw tama fil-futur tagħna, u li nkomplu naħdmu flimkien għal dan. U dan huwa eżattament dak li tirrappreżenta l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Il-KESE huwa msieħeb essenzjali għas-suċċess tagħha. Flimkien, se niżguraw li tiġi implimentata b’mod li tkun qrib kemm jista’ jkun tal-komunitajiet lokali, iċ-ċittadini Ewropej u darhom.”

Il-Kummissarju ġġudikat l-approċċ parteċipattiv bħala “element kruċjali li jżomm id-djalogu maċ-ċittadini,” u żidiet tgħid li “hija preċiżament din l-idea ta’ kokreazzjoni u kooperazzjoni li ispirat l-inizjattiva tagħna”. Hija faħħret il-proposti tal-KESE, bħas-suġġeriment li titwaqqaf pjattaforma tas-soċjetà ċivili biex tipprovdi appoġġ fil-livell lokali u l-intenzjoni li tiġi organizzata konferenza speċifika b’rabta mal-festival annwali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida mid-9 sat-12 ta’ Ġunju 2022. Pass importanti ieħor se jkun it-tnedija f’April 2022 tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, grupp ta’ riflessjoni u azzjoni dwar il-kokreazzjoni, il-ħolqien ta’ prototipi u l-ittestjar.

 

Bini effiċjenti fl-enerġija se jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD). Huwa laqa’ l-fatt li l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni tqis il-kwistjonijiet enfasizzati f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE.

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD). Huwa laqa’ l-fatt li l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni tqis il-kwistjonijiet enfasizzati f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE.

Huwa u jikkummenta dwar l-adozzjoni tad-dokument, ir-relatur Mordechaj Martin Salamon qal li “il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-approċċ tal-UE għaliex isaħħaħ ir-rinnovazzjoni, partikolarment tal-bini bl-agħar rendiment, u jwitti t-triq għall-Unjoni Ewropea lejn tisħin u tkessiħ dekarbonizzati: miżuri fil-livell tal-UE huma aktar effiċjent biex iħaffu t-tranżizzjoni neċessarja.”

Id-Direttiva aġġornata dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha l-għan li tgħin biex jintlaħaq ambjent mibni effiċjenti fl-enerġija, ta’ kwalità għolja u kompletament ħieles mill-fossili, u tipprovdi l-għodod biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-faqar fl-enerġija u tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ nuqqas strutturali għal żmien twil ta’ investiment fil-kostruzzjoni.

Iż-żidiet qawwija reċenti fil-prezzijiet għall-enerġija u l-prospettiva ta’ prezzijiet għoljin għallinqas għal żmien medju wrew li huwa saħansitra aktar importanti minn qatt qabel li tiġi stabbilita strateġija biex ittaffi u telimina l-faqar enerġetiku. 

Fl-2018, 6.8% tan-nies madwar l-UE (madwar 30.3 miljun) ma setgħux ilaħħqu mal-kontijiet tal-utilitajiet, u għalhekk kienu f’riskju li jkollhom il-provvista tagħhom maqtugħa; żviluppi reċenti aggravaw din il-problema. 

Biex tiżgura akkomodazzjoni deċenti, affordabbli u tajba għas-saħħa għal kulħadd, l-UE għandha timplimenta miżuri fit-tul biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża t-tneħħija sikura tal-asbestos. Dan huwa aktar u aktar urġenti minħabba li t-tisħin u t-tkessiħ ibbażati fuq il-fjuwils fossili se jsiru aktar għaljin bl-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-kwoti tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS). (mp)

It-tranżizzjoni tal-enerġija: il-fiduċja u proċeduri ġusti se jżidu l-aċċettazzjoni soċjali

Proċeduri ġusti u d-djalogu mal-komunitajiet lokali se jagħmlu lill-Ewropej konxji tal-benefiċċji tat-tranżizzjoni tal-enerġija, filwaqt li jimmotivawhom biex jipparteċipaw fiha, jgħid il-KESE f’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

Read more in all languages

Proċeduri ġusti u d-djalogu mal-komunitajiet lokali se jagħmlu lill-Ewropej konxji tal-benefiċċji tat-tranżizzjoni tal-enerġija, filwaqt li jimmotivawhom biex jipparteċipaw fiha, jgħid il-KESE f’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

Fl-Opinjoni tiegħu “Liema kundizzjonijiet huma meħtieġa biex titrawwem l-aċċettabbiltà soċjali tal-enerġija u t-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju?” il-KESE enfasizza li t-trawwim ta’ fiduċja reċiproka mal-partijiet interessati kollha huwa kruċjali biex is-soċjetà taċċetta din it-tranżizzjoni. 

“Il-miżuri kollha b’rabta mat-tranżizzjoni tal-enerġija jeħtieġu komunikazzjoni miftuħa u parteċipazzjoni sħiħa kmieni kemm jista’ jkun fil-fażi ta’ żvilupp tal-proġett u fil-livelli adegwati kollha, mill-UE sal-gvern lokali,” qal ir-relatur Arnaud Schwartz.

Il-korelatur Jean Coulon qal: “L-appoġġ mis-soċjetà ċivili huwa estremament importanti biex tiġi żgurata s-sjieda tal-komunità, peress li l-organizzazzjonijiet lokali jistgħu jikkontribwixxu għad-dibattitu pubbliku b’mod aktar faċli u jużaw data xjentifika biex jiġġieldu kwalunkwe idea falza li tista’ tiċċirkola.”

L-Unjoni Ewropea teħtieġ it-tranżizzjoni tal-enerġija għax hija aktar nadifa u aktar ġusta kemm mil-lat individwali kif ukoll mil-lat kollettiv. Fuq medda twila ta’ żmien din se tkun ukoll irħas għaċ-ċittadini. Madankollu, din tirrikjedi bidliet individwali u kollettivi u, fuq terminu qasir, id-dekarbonizzazzjoni tista’ tinvolvi spejjeż ogħla għall-produtturi u prezzijiet ogħla għall-konsumaturi.

Għalhekk huwa kruċjali li l-popolazzjoni u l-partijiet interessati kollha jsaħħu l-fiduċja reċiproka tagħhom u jaċċettaw it-trasformazzjoni u l-bidliet tekniċi tagħha, mill-ippjanar sal-implimentazzjoni. Biex jinkiseb dan, il-proċess għandu jkun indipendenti, trasparenti u inklużiv, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun ta’ kwalità għolja u faċilment aċċessibbli, u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ikunu responsabbli. (mp)

Ir-Regolament TEN-T il-ġdid huwa kruċjali għas-sostenibbiltà u l-mobbiltà intelliġenti tal-Ewropa

Il-proposta għall-aġġornament tar-Regolament dwar in-Networks Trans-Ewropej tat-Trasport hija neċessarja u pożittiva, jekk l-UE verament trid tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà u għall-mobbiltà intelliġenti, inkluż permezz tal-ferroviji. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T u l-Kurituri tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

Read more in all languages

Il-proposta għall-aġġornament tar-Regolament dwar in-Networks Trans-Ewropej tat-Trasport hija neċessarja u pożitiva, jekk l-UE verament trid tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà u għall-mobbiltà intelliġenti, inkluż permezz tal-ferroviji. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T u l-Kurituri tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

Ir-Regolament il-ġdid se jaġġorna l-qafas regolatorju eżistenti li jmur lura għall-2013 u se jgħin biex, f’termini ta’ infrastruttura, jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku, fl-Istrateġija Komprensiva għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti u fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ferroviji. 

Huwa u jitkellem dwar l-adozzjoni tal-Opinjoni, is-Sur Back qal:Kien wasal iż-żmien li jiġi propost regolament ġdid li jqis il-kuntest ta’ politika attwali u jikkapitalizza fuq it-tagħlimiet misluta f’dawn l-aħħar ftit snin. Il-pjan li jissaħħu r-regoli dwar l-implimentazzjoni tat-TEN-T huwa aħbar tajba ħafna, għaliex it-tnedija tar-regolament attwali intlaqtet minn dewmien sinifikanti u ma kinitx sodisfaċenti.

Il-Kumitat japprezza b’mod partikolari l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqiegħed il-koeżjoni fil-qalba tal-proposta. Dan ifisser li meta jiġi implimentat in-network se jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-konnettività fir-reġjuni kollha tal-UE kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija. Barra minn hekk, ir-regolament il-ġdid għandu jwassal ukoll għal koordinazzjoni u interkonnessjoni effiċjenti bejn, minn naħa, it-traffiku fuq distanzi twal, reġjonali u lokali u, min-naħa l-oħra, it-trasport fin-nodi urbani.

Mil-lat tekniku, il-KESE huwa favur armonizzazzjoni dejjem akbar tar-rekwiżiti tal-infrastruttura tan-networks ewlenin u komprensivi u tal-istabbiliment ta’ passi ewlenin: l-implimentazzjoni tan-network ewlieni sal-2030, tan-network ewlieni estiż sal-2040 u tan-network komprensiv sal-2050. Fir-rigward tal-iskadenza tal-2030, il-KESE jtenni d-dubji tiegħu dwar il-fattibbiltà espressi fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2020 tiegħu, iżda jikkunsidra li l-iskadenza għandha tinżamm biex issir pressjoni fuq l-Istati Membri. (mp)

Il-KESE jipproponi aġenzija biex tiġi koordinata aħjar l-azzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja

F’Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-KESE ppropona li titwaqqaf aġenzija Ewropea biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li ma jidhirx li għadu kapaċi jirrispondi għad-diżastri relatati mat-tibdil fil-klima u katastrofi multipli, bħall-gwerra attwali fl-Ukrajna. 

Read more in all languages

F’Opinjoni fuq inizjattiva proprja, il-KESE ppropona li titwaqqaf aġenzija Ewropea biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li ma jidhirx li għadu kapaċi jirrispondi għad-diżastri relatati mat-tibdil fil-klima u katastrofi multipli, bħall-gwerra attwali fl-Ukrajna. 

L-aġenzija, kif proposta mill-KESE, tgħaqqad il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja b’mod aktar konsistenti, u twitti t-triq għal azzjoni tal-politika barranija aktar b’saħħitha.

Minkejja r-rinforzi u l-adattament legali tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) f’Mejju 2021, il-gwerra fl-Ukrajna wriet il-ħtieġa urġenti li jittejjeb il-mekkaniżmu u li l-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja jkunu konnessi b’mod aktar koerenti.

Christophe Quarez, relatur tal-Opinjoni dwar It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili rrimarka li: Fid-dawl ta’ dawn l-isfidi ġodda kollha, u speċjalment bil-gwerra fl-Ukrajna, aħna tal-fehma li l-mekkaniżmu ma għandux biżżejjed għodda jew li dawn mhumiex effiċjenti biżżejjed. Il-proposta għall-ħolqien ta’ aġenzija Ewropea għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja se tgħin lill-popolazzjoni Ukrena u se tindirizza aħjar kwistjonijiet oħra marbuta ma’ diżastri u sitwazzjonijiet ta’ kriżi umanitarja.

Violeta Jelić, korelatur għall-Opinjoni, żiedet tgħid li: Il-protezzjoni ċivili teħtieġ rikonoxximent aħjar tal-valur u tal-importanza tagħha mill-pajjiżi parteċipanti kollha f’dan l-att pur ta’ solidarjetà u sens ta’ appartenenza.

Il-KESE jqis li d-dimensjoni diplomatika tal-protezzjoni ċivili tal-UE mhijiex żviluppata biżżejjed. Peress li l-Unjoni Ewropea ilha tkun minn ta’ l-ewwel li tibgħat l-għajnuna umanitarja lill-pajjiżi ġirien, il-mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili sar għodda b’saħħitha fis-sett ta’ għodod tal-politika barranija tal-UE.

Il-KESE ppropona wkoll emenda leġiżlattiva sabiex jiġi awtorizzat rispons awtomatiku u immedjat fil-qafas tal-mekkaniżmu f’każ ta’ diżastru maħluq mill-bniedem, kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll lil hinn minnu. (at)

Il-KESE jniedi Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli

Fid-29 ta’ Marzu, il-KESE organizza l-ewwel Forum tas-Soċjetà Ċivili Ewropea dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li laqqa’ s-soċjetà ċivili, l-akkademja, u l-istituzzjonijiet tal-UE u internazzjonali biex jiddiskutu ideat innovattivi u rakkomandazzjonijiet konkreti dwar il-futur tal-politika kummerċjali tal-UE. 

Read more in all languages

Fid-29 ta’ Marzu, il-KESE organizza l-ewwel Forum tas-Soċjetà Ċivili Ewropea dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li laqqa’ s-soċjetà ċivili, l-akkademja, u l-istituzzjonijiet tal-UE u internazzjonali biex jiddiskutu ideat innovattivi u rakkomandazzjonijiet konkreti dwar il-futur tal-politika kummerċjali tal-UE. 

Organizzat fi żmien kruċjali għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-avveniment inkluda sensiela ta’ sessjonijiet fi gruppi iżgħar li koprew bosta kwistjonijiet mid-drittijiet sostantivi, sal-monitoraġġ, l-infurzar u ħafna aktar, u l-parteċipanti ġew mistiedna jesprimu fehmiethom bħala parti minn rieżami kontinwu tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u dawr żviluppi reċenti fil-pajjiżi msieħba tal-UE. 

“Il-KESE jimpenja ruħu li jkun forza mexxejja għal dibattitu ambizzjuż dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli li jirrifletti l-aspettattivi għoljin tas-soċjetà ċivili”, affermat mill-ġdid il-President tal-Kumitat Christa Schweng. Hija rreferiet ukoll għall-isfidi ġeopolitiċi ta’ żminijietna: Il-gwerra fl-Ukrajna, bħal ħafna gwerer oħra, għandha dimensjoni marbuta mas-sostenibbiltà: tikkonċerna r-riżorsi u d-dipendenzi f’dinja milquta mit-tibdil fil-klima.

Bernd Lange, President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kummerċ Internazzjonali, enfasizza li l-qafas globali nbidel b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u l-aggressjoni Russa. Is-sistema multilaterali tinsab f’periklu, qal, u huwa ċar li għandha ssir enfasi akbar fuq il-ftehimiet kummerċjali bilaterali.

Luisa Santos minn Business Europe taqbel mal-fehma li l-multilateraliżmu għaddej minn kriżi, iżda żiedet tgħid: Ma rridux naqtgħu qalbna, għaliex jeħtieġ li l-istituzzjonijiet multilaterali jżommu d-djalogu, u enfasizzat għadd ta’ inizjattivi ambjentali reċenti fil-livell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). 

Anaïs Berthier minn Client Earth temmen li l-politika kummerċjali tal-UE hija iżolata wisq mill-politiki l-oħra, bħall-politika ambjentali u dik klimatika. Hija enfasizzat li: L-inizjattivi awtonomi meħuda għandhom jiggarantixxu li l-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-UE jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà. 

Maria Martin-Prat, Deputat Direttur Ġenerali għall-Kummerċ fil-Kummissjoni Ewropea, li qed tmexxi l-ħidma li għaddejja dwar ir-rieżami tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, qalet li l-koerenza mhijiex l-għan, iżda li hija effettiva u twassal għall-bidla. 

Jean-Marie Paugam, Deputat Direttur Ġenerali tad-WTO, enfasizza li l-kummerċ m’għandux ikun ostaklu għall-politiki ambjentali. “Għall-iżvilupp sostenibbli, għandna mekkaniżmu ta’ notifiki ta’ miżuri kummerċjali u miżuri kummerċjali kbar ħafna ġew ingranati ma’ objettivi ambjentali”. 

Tanja Buzek, President tal-Kumitat ta’ Segwitu tal-KESE dwar il-Kummerċ Internazzjonali u relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar ir-rieżami tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbiliet miri ambizzjużi meta qalet li “l-prijoritajiet tagħhna fir-rieżami tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandhom jiġu kkunsidrati minn perspettiva ġdida, li jfisser ukoll li nkissru l-kompartamentalizzazzjoni”. Rieżami ambizzjuż irid jinkludi approċċ ta’ infurzar sanzjonabbli mġedded b’monitoraġġ aktar b’saħħtu tas-soċjetà ċivili, bl-użu ta’ strumenti innovattivi u t-tisħiħ tal-ingranaġġ għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. (at)
 

Il-qafas il-ġdid għall-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles għandu jinkludi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

F’rapport reċenti, il-KESE qal li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti mill-qrib fin-negozjar ta’ ftehimiet ġodda ta’ kummerċ ħieles fil-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE. 

Read more in all languages

F’rapport reċenti, il-KESE qal li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti mill-qrib fin-negozjar ta’ ftehimiet ġodda ta’ kummerċ ħieles fil-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE. 

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali għandhom jingħataw siġġu fin-negozjati għall-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-UE. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-benefiċċji ta’ din il-politika jitqassmu ġenwinament fost il-parteċipanti kollha, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi msieħba. 

Fi Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet politika kummerċjali ġdida miftuħa, sostenibbli u assertiva, li permezz tagħha l-UE ssir aktar stretta fil-konfront tal-imsieħba kummerċjali tagħha u tagħti importanza ewlenija lis-sostenibbiltà. Il-KESE huwa tal-fehma, madankollu, li hemm għadd ta’ prerekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ din il-politika.

F’Opinjoni fuq inizjattiva proprja adottata fil-plenarja tal-KESE f’Marzu, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li jinħtieġ qafas ġdid għall-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u investiment, sabiex jiġu inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, fl-istess ħin, ikun hemm sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.

Stefano Palmieri, membru tal-KESE u relatur għall-Opinjoni, enfasizza li:tinħtieġ metodoloġija ġdida ta’ negozjar, li tistabbilixxi pjan direzzjonali ġdid, li jipprevedi l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali fl-istadji kollha tan-negozjati.

Il-KESE kkritika d-diversi għodod ta’ negozjar użati mill-UE, u jemmen li wasal iż-żmien li titfassal strateġija ġdida għan-negozjar, bi standards u proċeduri ġodda biex jiġi żgurat l-involviment wiesa’ u kostruttiv tas-soċjetà ċivili u tal-imsieba soċjali. L-ewwel pass lejn dan ikun l-iffirmar ta’ memorandum ta’ qbil bejn il-partijiet fin-negozjati, li jiggarantixxi li ż-żewġ partijiet jikkompletaw l-istadji varji tan-negozjati. It-tieni pass huwa r-riforma fil-fond tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi. L-Opinjoni tissuġġerixxi li kull ftehim iffirmat irid iħaddan protokoll dwar il-funzjonament tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi.

Dan il-proċess ta’ riforma doppja se jibni fuq il-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE u jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. 

#YEYS2022: Żgħażagħ Ewropej jiddibattu d-diżinformazzjoni u jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Viċi President Jourová

Studenti minn skejjel sekondarji mill-Ewropa kollha ppreżentaw tmien proposti konkreti lil Věra Jourová, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza. L-istudenti kienu qed jieħdu sehem fl-avveniment virtwali għaż-żgħażagħ, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS2022). Intitolat “Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ jisfidaw id-diżinformazzjoni”, l-avveniment ġie ospitat mill-KESE bejn il-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. 
 

Read more in all languages

Studenti minn skejjel sekondarji mill-Ewropa kollha ppreżentaw tmien proposti konkreti lil Věra Jourová, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza. L-istudenti kienu qed jieħdu sehem fl-avveniment virtwali għaż-żgħażagħ, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS2022). Intitolat “Il-verità dwar il-gideb. Iż-żgħażagħ jisfidaw id-diżinformazzjoni”, l-avveniment ġie ospitat mill-KESE bejn il-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2022. 

Wara jumejn ta’ diskussjonijiet u dibattiti virtwali mqanqla, id-99 student ta’ bejn is-16 u t-18-il sena li pparteċipaw fl-avveniment #YEYS2022 ħarġu b’sett ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi, li ppreżentaw u ddiskutew mal-Viċi President Věra Jourová.

“L-edukazzjoni hija kruċjali biex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà tagħna kontra d-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz,” qalet is-Sinjura Jourová, hi u tagħlaq l-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022. Il-Viċi President Jourová indirizzat fid-dettall ir-rakkomandazzjonijiet tal-istudenti u ddiskutiethom waħda waħda mal-istudenti. “Id-diżinformazzjoni hija theddida għas-soċjetà tagħna, speċjalment fi żminijiet ta’ gwerra. Jeħtiġilna nindirizzawha filwaqt li nippreżervaw il-libertà tal-espressjoni,” temmet tgħid. 

L-għan tal-avveniment #YEYS2022 se jkun li ssir sensibilizzazzjoni dwar il-perikli tad-diżinformazzjoni u li l-istudenti jiġu mħeġġa jsiru aktar attivi fil-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz. Waqt l-avveniment, iż-żgħażagħ ġew imħarrġa jidentifikaw faċilment id-diżinformazzjoni u jaġixxu kontriha. Huma ħadmu fi gruppi żgħar u f’sessjonijiet ta’ ħidma differenti u żviluppaw kampanja ta’ diżinformazzjoni, li aktar tard kellha tiġi indirizzata permezz ta’ kontrokampanja b’saħħitha ta’ informazzjoni.   

L-istudenti ntlaqgħu minn Christa Schweng, President tal-KESE, li qalet: “L-aħbarijiet foloz qed jinfirxu b’mod kostanti f’tentattiv biex idgħajfu l-valuri Ewropej u d-demokrazija fl-Ewropa. #YEYS2022 huwa opportunità għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw ħsieb kritiku u jitgħallmu dwar għodod għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Iż-żgħażagħ huma kruċjali biex jissawwar futur aħjar għall-Ewropa.”

Cillian Lohan, Viċi President tal-KESE għall-komunikazzjoni, għalaq l-avveniment b’dawn il-kummenti: “Bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, nixtiequ niltaqgħu aktar maż-żgħażagħ tagħna, nisimgħu l-approċċi tagħhom li jixhdu mħuħ miftuħa kif ukoll nikkombinaw it-tħassib tagħna mal-immaġinazzjoni u l-viżjoni tagħhom għall-futur.” 

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2022! – YEYS2022 – intgħażel bħala wieħed mill-avvenimenti ewlenin li qed iseħħu matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022.

Aktar dettalji dwar YEYS 2022 jinsabu fil-paġna uffiċjali tal-avveniment. (ks)
 

Il-KESE jiċċelebra Jum l-Ewropa b’turija ta’ appoġġ għall-Ukrajna

Il-KESE ċċelebra Jum l-Ewropa 2022 fis-7 ta’ Mejju b’enfasi kemm fuq iż-żgħażagħ kif ukoll fuq l-appoġġ għall-Ukrajna.

Il-KESE ngħaqad ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE fi Brussell biex ifakkar Jum l-Ewropa b’enfasi fuq it-temi prinċipali ta’ din is-sena, iż-żgħażagħ u l-Ukrajna.

Read more in all languages

Il-KESE ċċelebra Jum l-Ewropa 2022 fis-7 ta’ Mejju b’enfasi kemm fuq iż-żgħażagħ kif ukoll fuq l-appoġġ għall-Ukrajna.

Il-KESE ngħaqad ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE fi Brussell biex ifakkar Jum l-Ewropa b’enfasi fuq it-temi prinċipali ta’ din is-sena, iż-żgħażagħ u l-Ukrajna.

Minkejja li ż-żgħożija kienet it-tema prinċipali f’din is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, il-KESE b’mod parallel, permezz tal-paġna web speċifika li nħolqot għal dan l-avveniment online, appella b’mod qawwi għall-appoġġ u s-sostenn għall-Ukrajna.

Jum l-Ewropa jiġi ċċelebrat kull sena fi Brussell u fi bliet oħra fl-UE sabiex jitfakkar l-anniversarju tad-dikjarazzjoni storika ta’ Robert Schuman, li tħabbret fid-9 ta’ Mejju 1950. Hija opportunità sabiex inħarsu lejn dak li kisbet l-UE permezz tal-paċi, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà u nimxu ’l quddiem lejn dak li nittamaw li niksbu fil-futur. F’dan il-jum, l-UE tistieden liċ-ċittadini tal-Ewropa kollha biex jitgħallmu dwar kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tagħha u x’tista’ tagħmel l-UE għalihom.

Skopri aktar hawn (ck)

Aħbarijiet mill-Gruppi

It-tieni mandat ta’ Macron bħala President ta’ Franza jrid jiffoka fuq il-mobilità soċjali ’l fuq

mill-pinna ta’ Arnold Puech d’Alissac, Viċi President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Meta ġie elett l-ewwel darba bħala President ta’ Franza fl-2017, Emmanuel Macron mill-ewwel sar kapurjun li mexxa kampanja favur iċ-ċentriżmu radikali. Iżda din id-darba, meta jitqiesu l-ġeopolitika u s-sitwazzjoni nazzjonali attwali, huwa mexxa kampanja mhux fuq l-aspirazzjonijiet tiegħu għaċ-ċentru radikali, iżda fuq ir-rekord tiegħu bħala riformatur ġenwien, fuq il-viżjoni tiegħu għall-affarijiet dinjin, u bħala mexxej li ta spinta ġdida lill-politika Franċiża. Ir-riżultati finali tal-elezzjonijiet, madankollu, juru pajjiż maqsum u frammentat b’mod ċar, ħafna aktar milli fl-2017.

 

Read more in all languages

mill-pinna ta’ Arnold Puech d’Alissac, Viċi President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Meta ġie elett l-ewwel darba bħala President ta’ Franza fl-2017, Emmanuel Macron mill-ewwel sar kapurjun li mexxa kampanja favur iċ-ċentriżmu radikali Iżda din id-darba, meta jitqiesu l-ġeopolitika u s-sitwazzjoni nazzjonali attwali, huwa mexxa kampanja mhux fuq l-aspirazzjonijiet tiegħu għaċ-ċentru radikali, iżda fuq ir-rekord tiegħu bħala riformatur ġenwien, fuq il-viżjoni tiegħu għall-affarijiet dinjin, u bħala mexxej li ta spinta ġdida lill-politika Franċiża. Ir-riżultati finali tal-elezzjonijiet, madankollu, juru pajjiż maqsum u frammentat b’mod ċar, ħafna aktar milli fl-2017.

Kif nistgħu nerġgħu nagħtu t-tama liċ-ċittadini Franċiżi u niżguraw li darb’oħra ma narawx lil xi ħadd bħal Marine Le Pen li tippretendi saħansitra aktar li tirrappreżenta liċ-ċentru tal-ispettru politiku? It-tweġiba hija sempliċi: mobilità soċjali ’l fuq. Macron għandu jiffoka fuq dawk li mhumiex privileġġjati u jagħtihom prospetti ġenwini biex jitilgħu s-sellum ekonomiku u soċjali.

Ser ikollna t-tielet ċiklu ta’ votazzjonijiet – l-elezzjonijiet leġiżlattivi – li ser isiru f’Ġunju. Is-sistema, kif inhi stabbilita, dejjem tat riżultati pożittivi għall-presidenti, u xejn ma jien inkwetat għal Macron: se jkun hemm maġġoranza b’saħħitha għax m’hemmx biżżejjed oppożizzjoni koeżiva mix-xellug jew il-lemin.

U jekk il-Les Républicains iridu jsalvaw lilhom infushom, se jkollhom jagħmlu l-affarijiet kemxejn differenti, partikolarment fir-rigward tal-kwistjonijiet prinċipali li laqtu lil Franza, id-defiċit, u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dak kieku jwitti t-triq għall-prosperità u t-tama.

Pajjiżna għandu bżonn ta’ riformi, speċjalment fir-rigward tal-pensjonijiet, fejn is-sistema hija mgħarrqa b’inugwaljanzi profondi bejn is-settur pubbliku u dak privat. L-affarijiet huma staġnati hawnhekk. U jekk tħares lejn dak kollu li għamel il-President Macron matul dawn l-aħħar ħames snin, hemm ħafna riformi li ma kienx kapaċi jimplimenta. Test kbir tat-tieni mandat tiegħu se jkunu r-riformi li se jkun kapaċi jwettaq.

Ir-riformi se jkunu diffiċli ħafna. Ninsabu marbutin mill-qrib mal-UE u r-reviżjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir tista’ tgħinna nibdlu l-affarijiet.  Fir-rigward tal-Ewropa, naħseb li Macron huwa alleat tajjeb u se jkompli jsegwi dik it-triq. Fl-aħħar, qiegħed jikkonforma mal-proposta tal-Gvern Ġermaniż billi jaħtar żewġ ministri li se jkunu responsabbli mit-tranżizzjoni ambjentali.

It-triq ’l quddiem għal Macron hija miksija b’ostakli u sfidi, iżda peress li dan huwa t-tieni mandat tiegħu, nisperaw li tgħallem mil-lezzjonijiet tal-ewwel mandat.

 

 

Il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE jitlob ċarezza legali u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema kollha tal-pjattaformi

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Waqt il-plenarja ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni importanti dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. B’żieda mal-Proposta, il-KESE kkunsidra li huwa fundamentali li tiġi enfasizzata l-preżunzjoni li jeżistu relazzjonijiet ta’ impjieg, u li jissaħħu dawn id-dispożizzjonijiet sabiex jiġu evitati aktar lakuni li jippermettu li l-impjegati jiġu kklassifikati bħala persuni li jaħdmu għal rashom. L-Opinjoni tiffoka wkoll fuq ir-rwol tal-ġestjoni algoritmika u d-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema tal-pjattaformi.

Read more in all languages

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Waqt il-plenarja ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni importanti dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi. B’żieda mal-Proposta, il-KESE kkunsidra li huwa fundamentali li tiġi enfasizzata l-preżunzjoni li jeżistu relazzjonijiet ta’ impjieg, u li jissaħħu dawn id-dispożizzjonijiet sabiex jiġu evitati aktar lakuni li jippermettu li l-impjegati jiġu kklassifikati bħala persuni li jaħdmu għal rashom. L-Opinjoni tiffoka wkoll fuq ir-rwol tal-ġestjoni algoritmika u d-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema tal-pjattaformi.

Id-dibattitu dwar din id-Direttiva l-ġdida għall-ħaddiema tal-pjattaformi, li għandha l-għan li tiżgura li jiġu kklassifikati b’mod ċar bħala impjegati sabiex jiġu pprevenuti l-prattiki attwali, intlaqa’ b’reżistenza b’saħħitha minn ħafna impjegaturi fl-Ewropa kollha. Ir-rifjut dirett minn ħafna minn dawk li jirregolarizzaw ix-xogħol indipendenti prekarju u fittizju jpoġġi aktar f’evidenza l-ħtieġa għal din il-leġiżlazzjoni: il-kwistjoni mhiex ser tissolva mill-awtoregolamentazzjoni tal-industrija. Mingħajr leġiżlazzjoni, il-pjattaformi se jkomplu jaġixxu f’żona griża fejn it-tifsira ta’ “impjegat” mhijiex ċara, filwaqt li jevitaw in-negozjar kollettiv u l-protezzjoni soċjali. B’dan il-mod, huma joffru prezzijiet orħos lill-konsumaturi, u, bħas-soltu, jgħaddu l-konsegwenzi drammatiċi u l-kostijiet moħbija ta’ dan il-mudell lis-soċjetà kollha.

Madankollu, din l-azzjoni biex jiġu żgurati ċertezza u ċarezza fl-Ewropa kollha ma tiddefendix biss l-interessi tal-ħaddiema. Ħafna kumpaniji li leħinhom ma nstemax, u li jirrispettaw mhux biss l-ittra iżda wkoll l-ispirtu tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol, jiffaċċjaw kompetizzjoni inġusta minħabba dawn il-forom ta’ dumping soċjali. Hekk kif niddiskutu l-Futur tal-Ewropa, din hija parti integrali minn dik id-diskussjoni: konverġenza soċjali ’l fuq, jew tiġrija lejn l-aktar livell baxx. Fl-aħħar mill-aħħar, il-paċi soċjali li jgawdi minnha kulħadd, inklużi n-negozji, tiddependi wkoll mill-koeżjoni soċjali u ċertu grad ta’ ugwaljanza, u dawn huma mhedda mill-kapitaliżmu predatorju.

Forom ġodda ta’ xogħol, min-natura tagħhom stess, dejjem se jwasslu għall-kontroversji, u x-xogħol fuq il-pjattaformi, evidentement, mhuwiex eċċezzjoni. Minn naħa waħda, il-progress teknoloġiku joffri possibbiltajiet organizzattivi u opportunitajiet ta’ impjieg ġodda. Min-naħa l-oħra, dan spiss iġib miegħu l-prekarjetà. Il-proċess fil-fatt mhuwiex ġdid: mill-bidu nett tar-rivoluzzjoni industrijali, it-trade unions twieldu bħala risposta ta’ solidarjetà kontra kondizzjonijiet tax-xogħol inumani maħluqa mill-fabbriki Ġara ħafna minn dak iż-żmien ’l hawn, u ġeneralment hemm fis-seħħ protezzjoni tax-xogħol b’saħħitha, tal-inqas fl-Ewropa. Madankollu, għal darb’oħra hija meħtieġa korrezzjoni biex jiġi żgurat li din l-innovazzjoni ma sseħħx għad-detriment tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol taċ-ċittadini u tal-ħaddiema tagħna. (pbr)

 

Studju ġdid tal-KESE jenfasizza l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali u l-ispazju ċiviku

mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Studju ġdid tal-KESE dwar “The implications of COVID-19 on fundamental rights and civic space” (L-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali u l-ispazju ċiviku), li ntalab mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE, janalizza kif il-pandemija tal-COVID-19 laqtet il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kif il-miżuri implimentati kellhom impatt fuq il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tagħhom.

Read more in all languages

mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Studju ġdid tal-KESE dwar “The implications of COVID-19 on fundamental rights and civic space” (L-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali u l-ispazju ċiviku), li ntalab mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE, janalizza kif il-pandemija tal-COVID-19 laqtet il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kif il-miżuri implimentati kellhom impatt fuq il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tagħhom.

Skont Filip Pazderski, awtur ewlieni tal-istudju, dawn huma s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-istudju:

L-ewwel u qabel kollox, il-pandemija kellha impatt eteroġenju u kumpless fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Minn naħa waħda, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili spiss kienu l-ewwel li organizzaw mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom, u b’hekk wieġbu aktar malajr mill-amministrazzjonijiet pubbliċi jew min-negozji għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali. Meta mexxew l-operazzjonijiet tagħhom online, dan aċċellera d-diġitalizzazzjoni. Dan kollu ppermetta lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jilħqu udjenzi ġodda u jżidu l-effiċjenza u l-ambitu tal-attivitajiet tagħhom. Il-bini ta’ koalizzjonijiet, it-trawwim tal-iskambju ta’ esperjenzi u l-istabbiliment ta’ pożizzjonijiet pubbliċi komuni saru aktar faċli. B’riżultat ta’ dan żdiedet il-viżibilità soċjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u issa hemm fehim aħjar tar-rwol tagħhom ta’ kuljum.

Min-naħa l-oħra, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ntlaqtu ħafna mill-kriżi tas-saħħa li għadha għaddejja. Id-diffikultajiet finanzjarji kienu l-aktar effett akut. B’mod partikolari, entitajiet iżgħar li joperaw barra bliet kbar u li jlaqqgħu flimkien gruppi aktar esklużi diġitalment ġew imġiegħla jissospendu ħidmiethom. Ħafna minnhom għadhom ma reġgħux bdew l-operazzjonijiet sal-lum. L-attivisti kellhom jiffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali, għeja minħabba li ħadmu mill-bogħod u inċertezza dejjem akbar dwar il-futur, aggravati minn iżolament soċjali fit-tul. Ta’ spiss kien diffiċli li jinżamm il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol minħabba sigħat ta’ xogħol irregolari.

Il-pandemija enfasizzat jew saħħet problemi li kienu diġà jeżistu. Il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw ġiet imxekkla minn leġiżlazzjoni straordinarja, peress li din il-leġiżlazzjoni naqqset it-trasparenza tal-gvernijiet, xekklet is-sorveljanza ta’ ħidmiethom u rrestrinġiet il-libertà ta’ għaqda u ta’ espressjoni. Dawn ir-restrizzjonijiet u t-tnaqqis seħħew bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-pandemija. L-istandards tad-djalogu ċivili fit-tfassil tal-liġijiet tbaxxew. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili spiss lanqas biss ġew inklużi fil-konsultazzjoni tal-liġijiet li jindirizzaw l-impatt tal-kriżi. 

Biex nirrispondu għal dawn l-isfidi, jeħtieġ li nipprovdu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’finanzjament aktar flessibbli u aċċessibbli, niżguraw il-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom fil-monitoraġġ tal-fondi tal-UE, nadottaw l-Istrateġija tas-Soċjetà Ċivili tal-UE li tenfasizza r-rwol tas-settur, nimmonitorjaw u nirrispondu b’mod kostanti għal attakki fuq atturi ċiviċi u nipprovdu qafas aktar strutturat għal djalogu ċivili tal-UE miftuħ, regolari u trasparenti. Dawn mhumiex ideat ġodda, iżda l-pandemija tathom tifsira ġdida. Barra minn hekk, ir-rwol li qdew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċvili u l-viżibilità li kisbu fl-aħħar jistgħu jgħinu jpoġġu dawn l-ideat fil-prattika.

L-istudju finali ġie ppreżentat waqt il-Jiem tas-Soċjetà Ċivili f’Marzu. Hawn aktar informazzjoni hawnhekk

Soon in the EESC/Cultural events

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali tal-KESE ser tiċċelebra l-20 anniversarju tagħha

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tagħha, il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) tal-KESE ser torganizza avveniment fit-8 ta’ Ġunju, fil-bini Charlemagne fi Brussell, biex tħares lejn l-isfidi futuri għall-industrija Ewropea. 

Read more in all languages

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tagħha, il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) tal-KESE ser torganizza avveniment fit-8 ta’ Ġunju, fil-bini Charlemagne fi Brussell, biex tħares lejn l-isfidi futuri għall-industrija Ewropea. 

Il-konferenza ser tindirizza r-rwol tas-CCMI fi ħdan il-KESE u vis-à-vis istituzzjonijiet Ewropej oħra, u ser tħares lejn kif is-CCMI tista’ tipprovdi valur miżjud u tgħin biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ta’ suċċess għall-industrija Ewropea. Ser tirrifletti dwar kif il-KESE jista’ jikkontribwixxi bl-aħjar mod biex jinstabu tweġibiet għall-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi industrijali Ewropej kollha sabiex jibqgħu kompetittivi, u dwar il-ħtieġa li jsir progress lejn awtonomija strateġika miftuħa. 

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (magħrufa bl-akronimu Franċiż tagħha CCMI għal “Commission consultative des mutations industrielles”) ħadet il-wirt tal-Kumitat Konsultattiv tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fl-2002, meta ntemm it-trattat ta’ 50 sena ta’ dan il-Kumitat. Bħala tali, huwa l-eqdem korp tal-UE ddedikat għat-tbassir tal-futur u li jakkumpanja t-tranżizzjoni tas-setturi industrijali. Ġie stabbilit bħala kummissjoni distinta fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Filwaqt li l-attività prinċipali tas-CCMI hija bbażata fil-missjoni storika tagħha li tanalizza l-bidliet industrijali tal-faħam u l-azzar, il-kompetenza tagħha ġiet gradwalment estiża sabiex tinkludi l-ekosistemi industrijali kollha, u tkopri kemm il-manifattura kif ukoll is-servizzi.

Għal aktar informazzjoni, ara https://www.eesc.europa.eu/mt/agenda/our-events/events/ccmi-20th-anniversary (ks)

L-eroj Belarussi ċċelebrati fil-KESE

Wirja reċenti ta’ ritratti fil-KESE xeħtet dawl fuq is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja, u fuq il-perikli tar-reġim awtoritarju u oppressiv tal-pajjiż.

 

Read more in all languages

Wirja reċenti ta’ ritratti fil-KESE xeħtet dawl fuq is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi fil-Belarussja, u fuq il-perikli tar-reġim awtoritarju u oppressiv tal-pajjiż.

Il-wirja, “Heroes of Dark Times” (Eroj taż-żminijiet tad-dlam) saret online u kienet turi 32 immaġni minn erba’ fotografi, li wrew persuni li ġew kundannati u nżammew priġunieri mill-gvern tal-Belarussja.

Ir-reġim Belaruss xeħet il-ħabs aktar minn 1 000 priġunier politiku. Dawn ir-ritratti jenfasizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-kelma fil-Belarussja, u huma xhieda ħajja tar-ripressjonijiet mingħajr preċedent li jxekklu lill-poplu tal-Belarussja fit-taqbida kuraġġuża tiegħu favur id-demokrazija.

B’din il-wirja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ried jagħti ġieħ lil dawn l-eroj minsija, kif ukoll iqajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni prekarja ta’ dawk fl-oppożizzjoni politika f’dan il-pajjiż ġar.

Il-wirja saret mit-12 t’April sas-6 ta’ Mejju. (kc)

Skopri aktar fuq: https://europa.eu/!fdhy6F

 

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Amalia Tsoumani (at)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

 

 

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
 

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

May 2022
06/2022

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram