Isimgħu lill-membru tal-KESE Ionuţ Sibian jiddeskrivi l-mobilizzazzjoni massiva tas-soċjetà ċivili Rumena favur ir-refuġjati Ukreni li qed ifittxu kenn mill-gwerra, u jinkoraġġixxxi lis-soċjetà ċivili Ewropea kollha biex tilqa’ l-ġirien mill-Ukrajna: “Dan huwa l-messaġġ li jeħtieġ li nagħtu lid-dinja: Id-dar tagħna fi Brussell għandha tkun id-dar tagħhom. Aħna ninsabu hawn u se nieħdu ħsieb il-kollegi tagħna mill-Ukrajna biex nipprovdulhom xibka ta’ sikurezza, appoġġ morali u dak kollu li huwa meħtieġ”.