F’dan il-video, il-membru Spanjol tal-KESE Salgado Manuel Garcia jappella għall-“paċi, solidarjetà u rispett” u jħabbar li t-trade union li huwa jagħmel parti minnha wegħdet li tgħin lill-Ukreni milquta mill-gwerra.

“F’isem l-Unión General de Trabajadores, l-akbar trade union fi Spanja, nikkundannaw bis-sħiħ l-invażjoni tal-Ukrajna mill-forzi armati ta’ Vladimir Putin. Dan mhuwiex biss attakk kontra l-valuri fundaturi tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll attakk kontra l-persuni ċivili. Nappellaw b’mod urġenti għas-solidarjetà u l-għajnuna umanitarja”.