Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2023

Il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili ta’ din is-sena se jitfgħu dawl fuq ir-rwol fundamentali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iżgurar u s-salvagwardja kemm tal-koeżjoni soċjali kif ukoll ta’ demokrazija reżiljenti fl-Ewropa.

L-Ewropa qed tiffaċċja sfidi urġenti u mingħajr preċedent: gwerra fit-territorju tagħha, l-irkupru mill-kriżi tal-COVID, kriżi radikali tal-enerġija, iżda wkoll ħafna theddid ieħor għall-mudell demokratiku tagħha f’dinja dejjem aktar diġitali u li qed tinbidel malajr. L-avveniment se jindirizza t-theddid eżistenzjali u li qed iqum mill-ġdid għall-valuri demokratiċi f’konversazzjoni miftuħa u inklużiva, u matulu se jiġu diskussi mistoqsijiet bħal:

  • X’nistennew mid-demokrazija parteċipattiva u deliberattiva fil-futur?
  • Kif nistgħu niddemokratizzaw l-ekonomija Ewropea?
  • Kif għandha tiġi ffinanzjata s-soċjetà ċivili?
  • Id-drittijiet diġitali xi jfissru għaċ-ċittadini?
  • X’ħiliet għandna bżonn biex intejbu l-parteċipazzjoni demokratika?

Ingħaqad magħna fil-KESE u ħu sehem fid-dibattitu mal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet Ewropej dwar ir-rwol kruċjali li għandha s-soċjetà ċivili organizzata bħala aġent tal-bidla biex tingħeleb din il-kriżi.

Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra agħfas hawn. Segwina fuq twitter @EESC_LiasonG #CivSocDays.