Fl-1 ta’ Lulju, l-Ungerija ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u se jkollha rwol kruċjali x’taqdi fit-tmexxija tal-Ewropa. 

Fi żmien ta’ tiġdid politiku wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-KESE beħsiebu jkun imsieħeb responsabbli għall-Presidenza Ungeriża, u jaqdi rwol ċentrali fit-tfassil ta’ wħud mill-prijoritajiet politiċi matul iċ-ċiklu leġiżlattiv li jmiss. 

Fuq talba tal-Presidenza Ungeriża, il-Kumitat se jfassal 10 Opinjonijiet esploratorji. Ikkonsulta l-fuljett il-ġdid tagħna biex tiskopri aktar u ssir taf min huma l-membri Ungeriżi tal-KESE u liema organizzazzjonijiet jirrappreżentaw. (cw)