Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

MARCH 2021 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Għeżież qarrejja,
Dan ix-xahar, kull sena, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, iżda din is-sena t-8 ta’ Marzu għal darb’ oħra huwa tfakkira ta’ kemm għad irid isir xogħol biex jiġi żgurat li n-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà.

In-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-korpi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi, għandhom rati aktar baxxi ta’ impjieg u jaqilgħu inqas mill-irġiel.

Barra minn hekk, il-pandemija attwali u l-kriżi ekonomika globali wrew biċ-ċar li n-nisa, flimkien maż-żgħażagħ, huma l-gruppi li jħallsu l-ogħla prezz u li ħafna mill-kisbiet diffiċli miksuba matul dawn l-aħħar għexieren ta ’snin jinsabu fil-periklu li jisfaw fix-xejn. Fl-aħħar nett, in-nisa jġorru l-piż ta’ xogħol domestiku u ta’ kura mhux imħallas, u l-koabitazzjoni furzata fi żminijiet ta’ lockdown spiss twassal għal żieda fil-każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Read more in all languages

Għaldaqstant, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni li għadhom jeżistu għandhom jiġu indirizzati b’mod urġenti u deċiżiv. Ma nistgħux naħlu aktar ħin u rridu niżguraw li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fil-politiki kollha permezz ta’ miżuri speċifiċi.

Il-Kummissjoni Ewropea, immexxija għall-ewwel darba minn mara, Ursula von der Leyen, wiegħdet li tindirizza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri immedjatament u li tadotta miżuri biex tagħlaq il-lakuni li għadhom jeżistu bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, fis-salarji u fil-pagi, fl-ogħla pożizzjonijiet fin-negozju u fir-rappreżentanza politika. Il-proposta għal direttiva dwar it-trasparenza tal-pagi, ippubblikata fl-4 ta’ Marzu, hija għalhekk l-ewwel pass importanti fid-direzzjoni t-tajba.

Fuq kollox, madankollu, tinħtieġ bidla kulturali estensiva biex jinkisru l-isterjotipi tal-ġeneri u tinkiseb ugwaljanza sħiħa. Il-KESE huwa impenjat f’din il-ġlieda u ser jikkontribwixxi għat-titjib tas-sitwazzjoni permezz tal-opinjonijiet tiegħu, bil-għan li jinfluwenza kemm l-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll l-organizzazzjonijiet li jirrappreżenta. Din hija battalja li rridu niġġilduha lkoll flimkien, irġiel u nisa, biex nagħmlu s-soċjetà tassew ugwali u biex ngħaddu dinja aħjar lil uliedna.

Giulia Barbucci

Viċi President tal-KESE responsabbli għall-Baġit

Dati tad-Djarju

30 ta’ Marzu 2021, Brussell (mill-bogħod)

Distribuzzjoni ta' vaċċini tal-COVID-19 u persuni b’diżabilitajiet

15 ta’ April 2021 (mill-bogħod)

Ħolqien konġunt tas-servizzi ta’ interess ġenerali: ir-Rwol taċ-Ċittadini u tal-Organizzazzjonijiet tagħhom

27-28 ta’ April 2021, Brussell (mill-bogħod)

Sessjoni Plenarja tal-KESE

Mistoqsija lil...

Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil...”, aħna nistaqsu lill-membri tal-KESE biex iwieġbu mistoqsija topika li tidhrilna li hija partikolarment rilevanti.

Għall-edizzjoni ta’ Marzu, staqsejna lil Baiba Miltovica, president tas-Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, biex taqsam mal-qarrejja tal-KESEinfo l-fehmiet tagħha dwar ir-rwol tat-trasport ferrovjarju b’rabta mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari fl-2021, li ġiet iddikjarata s-Sena Ewropea tal-Ferroviji. (ehp)

L-iżvilupp ta’ sistema ferrovjarja aktar reżiljenti u effettiva

Mistoqsija ta’ informazzjoni tal-KESE: “Din is-sena ġiet innominata s-Sena Ewropea tal-Ferroviji. L-iskop ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-qasam tat-trasport, billi jiffoka speċifikament fuq ir-rwol tat-trasport ferrovjarju.
B’kunsiderazzjoni ta’ dan, x'inhi l-fehma tiegħek dwar approċċ dinamiku biex jiżdied l-użu tat-trasport ferrovjarju?”

Baiba Miltovica, president tas-Sezzjoni TEN

L-Unjoni Ewropea ddikjarat din is-sena s-Sena Ewropea tal-Ferroviji biex tħeġġeġ liċ-ċittadini jagħmlu aktar użu mis-servizzi tal-ferrovija fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Ir-raġunijiet ewlenin li jipprevjenu lin-nies milli jagħżlu servizzi ferrovjarji fuq bażi ta’ kuljum ivarjaw minn pajjiż Ewropew għal ieħor, ir-raġunijiet ewlenin huma prezzijiet tal-biljetti mhux kompetittivi, nuqqas ta’ kumdità u konnessjonijiet, kif ukoll ħinijiet twal tal-ivvjaġġar...

Read more in all languages

Mistoqsija ta’ informazzjoni tal-KESE: “Din is-sena ġiet innominata s-Sena Ewropea tal-Ferroviji. L-iskop ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-qasam tat-trasport, billi jiffoka speċifikament fuq ir-rwol tat-trasport ferrovjarju.
B’kunsiderazzjoni ta’ dan, x'inhi l-fehma tiegħek dwar approċċ dinamiku biex jiżdied l-użu tat-trasport ferrovjarju?”

Baiba Miltovica, president tas-Sezzjoni TEN

L-Unjoni Ewropea ddikjarat din is-sena s-Sena Ewropea tal-Ferroviji biex tħeġġeġ liċ-ċittadini jagħmlu aktar użu mis-servizzi tal-ferrovija fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Ir-raġunijiet ewlenin li jipprevjenu lin-nies milli jagħżlu servizzi ferrovjarji fuq bażi ta’ kuljum ivarjaw minn pajjiż Ewropew għal ieħor, ir-raġunijiet ewlenin huma prezzijiet tal-biljetti mhux kompetittivi, nuqqas ta’ kumdità u konnessjonijiet, kif ukoll ħinijiet twal tal-ivvjaġġar.

Minkejja t-tamiet li l-ferrovija tkun ċentrali għall-irkupru ekoloġiku, u minkejja s-Sena Ewropea tal-Ferroviji fl-2021, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE għamlu biss titjib żgħir fl-aħħar ftit snin, u ma tawx lill-konsumaturi drittijiet b’saħħithom u infurzabbli, applikabbli għat-tipi kollha ta’ servizzi ferrovjarji madwar l-UE. Għalhekk hemm ħafna xogħol xi jsir.

Pereżempju, skont l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC): meta l-passiġġieri jixtru biljett ikkombinat mibjugħ minn impriża ferrovjarja jew is-sussidjarji 100% tagħha, huma jibbenefikaw mid-drittijiet tal-passiġġieri għall-vjaġġ kollu. Dan huwa titjib, peress li attwalment l-operaturi ferrovjarji għandhom it-tendenza li jbigħu biljetti għal segmenti ta’ vjaġġ biss, li jippermettilhom jevitaw l-obbligi relatati mal-kumpens, ir-riprogrammar tar-rotta u l-assistenza, għad-detriment tal-passiġġieri. Madankollu, għalkemm dan huwa titjib, il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu se jkun limitat peress li l-impriżi ferrovjarji se jibbenefikaw minn lakuni biex jeżentaw lilhom infushom mill-obbligi li jipprovdu biljetti globali. Ir-regoli l-ġodda jiddikjaraw li l-impriżi affiljati jridu jkunu 100 % proprjetà tal-kumpanija prinċipali biex ikunu soġġetti għal dan l-obbligu. De facto, dan jeskludi bosta biljetti konnessi (jiġifieri vjaġġ kombinat Lyon>Pariġi - Pariġi>Brussell rispettivament operat minn SNCF u Thalys, mhux se jkun kopert).

Rigward eżenzjonijiet nazzjonali attwali mogħtija mill-Istati Membri lil kumpaniji ferrovjarji, żewġ terzi tas-servizzi ferrovjarji fl-UE huma eżentati mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, prinċipalment is-servizzi suburbani u reġjonali. Dawn l-eżenzjonijiet mhumiex aċċettabbli u huma ostaklu reali li jevita li l-ivvjaġġar bil-ferrovija jsir aktar attraenti.

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-ferrovija tista’ tiżgura trasport mgħaġġel ta’ oġġetti essenzjali bħal ikel, mediċini u fjuwil f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Is-settur intlaqat ħażin mill-kriżi, u l-għadd ta’ passiġġieri naqas b’mod sostanzjali minħabba l-miżuri li jillimitaw l-ivvjaġġar. L-esperjenzi mill-kriżi tal-COVID-19 għandhom jintużaw biex tiġi żviluppata sistema ferrovjarja aktar reżiljenti u effettiva. L-ippjanar għar-reżiljenza jeħtieġ li jiġi adottat f’konsultazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021 tipprovdi opportunità eċċellenti biex jittieħed rendikont tal-iżviluppi s’issa u jiġu stabbiliti objettivi għall-futur. F’dan ir-rigward, is-sezzjoni TEN tal-KESE qed taħdem fuq Opinjoni esploratorja fuq talba tal-Presidenza Portugiża dwar “Iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea” u qed tippjana konferenza fil-KESE fil-ħarifa tal-2021.

New publications

Il-mistieden sorpriża

Kull xahar nippreżentaw mistieden sorpriża, persuna magħrufa li tagħtina l-perspettiva tagħha dwar ġrajjiet kurrenti: nifs ta’ arja friska biex inwessgħu l-orizzonti tagħna, jispirana u jagħmilna aktar konxji tad-dinja tal-lum. Għall-edizzjoni ta’ Marzu bi pjaċir nilqgħu lil Herman van Rompuy, l-ewwel president tal-Kunsill Ewropew, li se joffrilna perspettiva dwar l-isfidi attwali tal-Ewropa.

Herman Van Rompuy, president tal-European Policy Centre, huwa politiku Belġjan u Ewropew, u ex prim ministru tal-Belġju (2008-2009). Fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-Kunsill Ewropew (2009-2014), kellu rwol ewlieni fir-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja u fit-tisħiħ tal-qafas tal-governanza ekonomika Ewropea.

Bħala l-president tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy għen biex l-Unjoni Ewropea titmexxa waqt perjodu ta’ sfidi kbar: il-kriżi tad-dejn sovran; theddid għas-sopravivenza tal-munita unika; kriżijiet internazzjonali; u dibattiti ewlenin dwar kif għandha timxi ’l quddiem l-integrazzjoni Ewropea.

Huwa ppresieda 28 laqgħa tal-Kunsill Ewropea, 5 laqgħat informali, u 11-il summit Ewropew, fejn sab bilanċ bejn ir-rwol tiegħu bħala medjatur u l-ħtieġa li jagħti spinta lir-riformi neċessarji. Huwa kellu rwol importanti fit-tnedija tal-programmi ta’ għajnuna finanzjarja (tmien pajjiżi) u tal-mekkaniżmi (il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja fl-2010, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà fl-2012), l-unjoni bankarja (il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, it-tnejn li huma attivi mill-2014 ’l hawn), il-qafas għal governanza ekonomika (is-Semestru Ewropew, is-Six-pack, it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza, it-Two-pack) u l-istrateġija ekonomika ta’ 10 snin tal-Unjoni (Ewropa 2020).

Huwa l-awtur ta’ disa’ kotba, u f’wieħed minnhom, Europe in the storm: promise and prejudice (2014), huwa jiddeskrivi l-esperjenza tiegħu fi ħdan l-UE. Huwa wkoll irċieva bosta unuri u premjijiet, inkluż il-Premju Charlemagne (2014). Huwa l-awtur ta’ għadd kbir ta’ haiku u, bis-saħħa tal-ġentilezza tiegħu, il-qarrejja ta’ KESE Info ser ikollhom l-opportunità li jsiru jafu xi wħud minnhom. (ehp)

Herman van Rompuy: “Dan mhuwiex iż-żmien għall-pessimisti”

Mill-2008 ’l hawn, kellna kriżi wara oħra – dak li hu magħruf bħala “kriżi multipla”. Tant li ħafna nies qed jistaqsu x’jonqos jiġri, u dan juri kemm kibru l-biża’ u l-inċertezza. Huwa minnu li l-biċċa l-kbira tal-kriżijiet huma importati. Iżda huwa minnu wkoll li l-Unjoni rnexxielha tegħleb dawk l-ostakli perikolużi kollha li xi drabi heddew l-eżistenza tagħha. Aħna tajbin f’dan ir-rigward iżda, fl-istess ħin, għandna wkoll sfidi pożittivi x’nindirizzaw. Aħna daqstant tajbin biex nindirizzawhom?

Meta nara kif l-Unjoni qed tuża l-Fond għall-Irkupru, li tfassal biex jiġġieled l-impatt soċjali u ekonomiku tal-pandemija bil-għan li titħaffef it-tranżizzjoni ambjentali u dik diġitali, nimtela tama! Qed nikkombinaw il-ġestjoni tal-kriżijiet ma’ viżjoni fit-tul, u din hija l-aktar ħaġa diffiċli li għandna nagħmlu llum il-ġurnata fil-politika, fejn tiddomina l-ossessjoni bil-ħsieb u l-azzjoni fil-perjodu qasir ta’ żmien.

Li niksbu n-newtralità karbonika sal-2050 mhuwiex biss litteralment essenzjali għas-sopravivenza tagħna, iżda għandu jgħinna niżguraw li l-ekonomija tagħna tibqa’ kompetittiva. M’għandniex nagħmlu l-istess żbalji li għamilna bir-rivoluzzjoni diġitali, fejn kważi tlifna l-opportunità.

Politika reali dwar il-klima se tgħinna wkoll niksbu objettiv ċentrali ieħor: l-awtonomija strateġika tal-Unjoni jew xi forma ta’ sovranità Ewropea. Politika dwar il-klima se tippermettilna nnaqqsu u nevitaw l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili bħall-gass Russu. Il-Patt Ekoloġiku se jgħin fi kwistjonijiet klimatiċi u ekonomiċi u se jagħmel lill-UE aktar awtonoma. L-ebda wieħed minn dawn l-aspetti ma jista’ jiġi kkunsidrat b’mod iżolat: l-aspetti kollha huma interdipendenti.

Se nieħu pass ieħor ’il quddiem. Jekk l-Unjoni trid taqdi rwol ġeopolitiku, trid tkun kompetittiva, għaliex hija l-ekonomija li tiddetermina l-bilanċ tal-poter fid-dinja. Huwa għalhekk li t-tranżizzjoni ambjentali u dik diġitali huma daqshekk importanti. Huwa għalhekk li għandna nkomplu nitkellmu b’vuċi waħda dwar il-kummerċ – kif għamilna bil-Brexit u bis-sensiela ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li kkonkludejna bħal dak mal-Ġappun, u maċ-Ċina dwar l-investiment. Anke matul l-era ta’ Trump, il-President tal-Kummissjoni kien kapaċi jevita gwerra kummerċjali għaliex konna magħqudin. Madankollu, mil-lat ġeopolitiku, nistgħu nkunu verament rilevanti biss jekk inkunu ħafna inqas dipendenti minn atturi globali oħra f’ħafna oqsma: it-teknoloġija diġitali, l-enerġija, il-migrazzjoni, is-servizzi finanzjarji (u dan jinkludi li niddependu anqas miċ-ċentru kummerċjali u finanzjarju ta’ Londra u d-dollaru Amerikan), l-ikel, is-saħħa pubblika, eċċ.. Nistgħu nagħmlu dan biss jekk ningħaqdu flimkien fil-livell industrijali. Id-daqs jgħodd. L-iskala tgħodd. Qed nagħmlu progress f’dawn l-oqsma kollha iżda xi drabi l-progress miexi bil-mod wisq. Irridu naħsbu b’mod iktar strateġiku, inqas inġenwu u aktar Ewropew.

Nispera li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa se tiffoka wkoll fuq l-isfidi interni tagħna. Ngħixu f’dinja ġdida mil-lat teknoloġiku, demografiku, ekonomiku, ambjentali u ġeopolitiku. Dawn l-iżviluppi kollha qed iseħħu aktar malajr milli ħsibna jew bżajna. Iva, kollox sar urġenti.

Fi ħdan l-Unjoni, irridu nieħdu ħsieb li nżommu, jew niksbu mill-ġdid, l-istabblità soċjali u politika. Il-pandemija ħolqot inugwaljanzi ġodda u aggravat dawk li kienu jeżistu diġà. Is-swieq tax-xogħol huma dejjem aktar maqsuma bejn persuni li huma inqas u aktar edukati u għalhekk hemm ir-riskju li xi gruppi jħossuhom abbandunati speċjalment issa li r-rivoluzzjoni diġitali tidher li bdiet. Il-Fond għall-Irkupru u x-xiri konġunt tal-vaċċin juru li teżisti solidarjetà Ewropea. Fil-livell nazzjonali wkoll, hemm ħafna xogħol xi jsir biex titjieb il-koeżjoni soċjali. Il-pandemija kkawżat żieda spettakolari fl-għadd ta’ persuni foqra, hekk kif il-faqar estrem reġa’ żdied madwar id-dinja wara għexieren ta’ snin ta’ tnaqqis. Il-koeżjoni soċjali bir-raġun hija tant għall-qalb il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Politikament, xi azzjonijiet f’għadd ta’ pajjiżi dgħajfu l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni u tal-midja u b’hekk tal-elezzjonijiet innifishom. Dan ta bidu għal reazzjoni.

Bla dubju m’aħniex neqsin minn sfidi u għalhekk irridu niżguraw li aħna lesti, determinati u kapaċi li niffaċċjawhom flimkien. Dan mhuwiex iż-żmien għall-pessimisti iżda għan-nies, il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet ta’ tama.

Herman van Rompuy, President tal-European Policy Centre

The old poet speaks softly

We are pleased to present to you a series of haikus, grouped under the title “The old poet speaks softly”, originally written in French language, offered to us by their author, Herman van Rompuy.

Read more in all languages

We are pleased to present to you a series of haikus, grouped under the title “The old poet speaks softly”, originally written in French language, offered to us by their author, Herman van Rompuy.

The old poet speaks softly     

The sunlight in the puddle
The tree reflected in it
A double life

***

A leaf the size of a hand
In the hand of a child
Life holds death

***

The sea is silent
The old poet speaks softly
Even the camellias listen

Herman van Rompuy

Le vieux poète parle doucement

Nous avons le plaisir de vous présenter une série de haïkus, sous le titre commun "Le vieux poète parle doucement", que nous a offerts leur auteur, Herman van Rompuy.

Read more in all languages

Nous avons le plaisir de vous présenter une série de haïkus, sous le titre commun "Le vieux poète parle doucement", que nous a offerts leur auteur, Herman van Rompuy.

Le vieux poète parle doucement
 
La lumière du soleil dans la flaque

L'arbre qui s'y reflète

Une double vie

***

Une feuille de la taille d'une main

Dans la main d'un enfant

La vie tient la mort

***

La mer se tait

Le vieux poète parle doucement

Même les camélias écoutent

Herman van Rompuy

Aħbarijiet tal-KESE

Conference on the Future of Europe: EESC is committed to actively contributing to the success of the Conference

Statement of EESC president Christa Schweng

I welcome the signature of the joint declaration between the European Commission, European Parliament and the Council that sets out the Conference on the Future of Europe. The European Economic and Social Committee is looking forward to actively contributing to the debate, being invited as an observer.

I am pleased that the important role and involvement of organised civil society in the conference was confirmed. The EESC is looking forward to preparing a substantial and valuable contribution, working closely with hundreds of organisations that our members represent. We are ready to bring our bottom-up expertise to enrich the work on a new, convincing narrative for the EU.

The Conference on the Future of Europe is a unique opportunity for societies in the European Union. Businesses, workers, farmers, consumers and NGOs are finally able to engage in a structured way and have their say in shaping future EU policies. This is urgently needed to give them a sense of ownership of their European Union. The goal of shaping the future of a European Union emerging even stronger from the COVID-19 crisis can only be achieved through active engagement with citizens and other stakeholders coming from all walks of life.

The pandemic has made the discussion about the future of Europe and its challenges more important and timely than ever. We have to draw lessons from this crisis and further reflect on how to increase the resilience of our societies and economies. Other major topics could, in particular, cover: a vision of a resilient post-COVID-19 Europe that prospers economically, is socially inclusive and economically sustainable and responds to the dilemma of national sovereignty versus the need to find common European solutions.

Mhux biss ekoloġiku u diġitali: il-ġejjieni tal-Ewropa jrid ikun ukoll demokratiku

Ir-rikostruzzjoni wara l-pandemija trid tkun opportunità biex l-Ewropa tinbena mill-ġdid fuq pedament ġdid ta’ parteċipazzjoni demokratika. Ikun żball kbir jekk id-destin u l-ġejjieni tal-ħafna jiġu deċiżi minn daqstant ftit nies, kif stajna nisimgħu waqt il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2021 tal-KESE.

Il-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE, bit-tema “Irkupru sostenibbli għall-ġejjieni taċ-ċittadini tal-Ewropa”, sar bejn l-1 u l-5 ta’ Marzu – ħamest ijiem ta’ dibattiti interattivi online bl-involviment ta’ 1 400 persuna, bi spettaturi li qabdu minn reġjuni ’l bogħod ħafna bħall-Afrika, l-Asja, u l-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel.

Il-kelliema raw aspett pożittiv fil-pandemija peress li, għalkemm kien hemm bżonn li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tiġi posposta, enfasizzat ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala l-alleati tal-gvernijiet li sabuha diffiċli jiffaċċaw kriżi profonda. Skonthom, dan ma kienx l-aħjar prova li s-soċjetà ċivili jistħoqqilha post mal-mejda li ser tiddeċiedi dwar il-ġejjieni tal-Ewropa?

Il-President tal-KESE, Christa Schweng, qalet “Ninsab ferħana li l-Kummissjoni tagħti daqstant importanza lill-involviment taċ-ċittadini fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Tistgħu sserħu fuq il-Kumitat biex jagħti kontribut sostanzjali għad-dibattiti, billi jinvolvi lill-ħaddiema, lill-impjegati u lis-soċjetà ċivili organizzata, u bħala multiplikaturi u ambaxxaturi, li jwasslu d-dibattitu fl-organizzazzjonijiet tal-membri tagħna.”

Waqt li li rriflettiet ir-rwol ewlieni moqdi mill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, Brikena Xhomaqi, ko-President tal-Grupp ta’ Kuntatt li koorganizza l-avveniment, għalqet il-ħidmiet billi qalet: “Nistieden lil kulħadd jagħmel is-solidarjetà interġenerazzjonali l-munità tagħna għall-irkupru sostenibbli għall-ġejjieni tal-Ewropa.”

Il-konklużjonijiet tat-tmien workshops intraċċaw id-direzzjoni lejn ġejjieni aħjar għaċ-ċittadini tal-Ewropa, u ġiet enfasizzata l-ħtieġa, fost affarijiet oħra:

  • li jissaħħu l-organizzazzjonijiet intermedjarji (organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partiti, trade unions, eċċ.), li tissaħħaħ l-edukazzjoni ċivika u diġitali u li jinħolqu assemblej taċ-ċittadini għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
  • li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar l-ekonomija soċjali bħala mudell ta’ negozju vijabbli għall-irkupru sostenibbli li jmur lil hinn mill-profitt u jgħin jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u t-tibdil fil-klima, b’fondi mwarrbin fil-Pjan ta’ Rkupru u fin-NextGenerationEU;
  • li jkun hemm investiment fil-kultura u l-edukazzjoni biex jinbena ġejjieni aktar reżiljenti u sostenibbli għall-Ewropa. L-investiment fl-infrastruttura materjali mhuwiex biżżejjed: il-persuni jridu jitqiegħdu fil-qalba tal-irkupru;
  • li tiġi depolitiċizzata u studjata aħjar l-għażla ta’ introjtu bażiku universali u skemi li jigarantixxu l-impjiegi bħala soluzzjoni vijabbli għall-benefiċċju tal-persuni u tal-pjaneta; 
  • li ż-żgħażagħ jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw b’mod utli u jibqgħu impenjati fl-Ewropa kollha, u li jsemmgħu leħinhom mhux biss fuq kwistjonijiet speċifiċi għaż-żgħażagħ, iżda f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika;
  • li jiġi żgurat li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkontribwixxi b’mod effettiv sabiex jinqerdu l-faqar, l-inġustizzja u l-inguwaljanza bejn il-ġeneri;
  • li titħaffef ir-rinovazzjoni tal-bini fl-Ewropa, billi jiżdied l-għarfien dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li din tippreżenta u timmobilizza lill-gruppi tas-soċjetà ċivili bħar-rappreżentanti tas-sidien tal-bini u l-periti sabiex jiksbu l-għanijiet tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fl-Ewropa;
  • li jiġu involuti mill-qrib l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru, waqt li titreġġa’ lura t-tendenza stabbilita fil-fażi preparatorja fejn il-parteċipazzjoni tagħhom kienet limitata. Dawk li jfasslu l-politika jridu jifhmu l-valur tal-volontarjat, mhux biss f’termini ta’ ammont ta’ sigħat investit, iżda bħala esprezzjoni tal-valuri Ewropej u eżempju għall-oħrajn biex ikun hemm il-bidla lejn is-soċjetà li rridu, abbażi tas-solidarjetà, l-inklużjoni u l-prinċipji demokratiċi.

Il-konklużjonijiet sħaħ tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili ser jiġu ppubblikati dalwaqt fis-sit web tal-KESE. (dm)

Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil: ma joffrix biżżejjed solidarjetà u ma jqisx il-piż tqil fuq l-Isati Membri tal-ewwel wasla

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, iżda jsostni li se jkun diffiċli li l-proposti li jistabbilixxi jiġu implimentati, u ma jistgħux jitqiesu li huma pass ċar lejn il-ħolqien ta’ strateġija komuni tal-UE li hija reżiljenti u li tħares ’il quddiem dwar il-migrazzjoni u l-ażil. F’żewġ Opinjonijiet, li fihom janalizza diversi proposti għal Regolamenti li jirregolaw il-ġestjoni tal-ażil u l-proċeduri tal-ażil, il-KESE jiddikjara li l-Patt ġdid jista’ ma jkunx kapaċi jiżgura l-ipproċessar ġust u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għall-ażil.

Għall-kuntrarju, ma jistax ħlief jiżdied il-piż tar-responsabbiltà u tal-inkonvenjenza għall-pajjiżi tal-ewwel wasla, peress li l-mekkaniżmu ta’ solidarjetà propost, li suppost jirregola l-kontroll tal-flussi ta’ migrazzjoni fil-fruntieri, huwa bbażat fuq sistema ta’ solidarjetà li hija ipotetika u volontarja.

Dan ifisser li, skont il-mekkaniżmu, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jagħżlu jekk jixtiqux jipparteċipaw fir-rilokazzjoni jew ir-ritorn sponsorizzat ta’ persuni f’sitwazzjoni irregolari. Madankollu, ma hemm l-ebda referenza għal inċentivi biex il-pajjiżi jiġu mħeġġa jipparteċipaw, jew għal kriterji ċari dwar kemm kull pajjiż għandu jikkontribwixxi.

Flimkien mal-proposti l-ġodda tal-Patt dwar kontrolli preventivi u l-kontroll tal-fruntieri, li x’aktarx se jwasslu għal proċeduri kumplessi u twal fil-fruntieri esterni tal-UE, il-mekkaniżmu jista’ jwassal għal trasformazzjoni tal-pajjiżi tal-ewwel wasla f’ċentri kbar ta’ qabel it-tluq jew ta’ detenzjoni, li jżid il-possibbiltajiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-pressjoni fuq il-komunitajiet ospitanti.

“Ninsabu kuntenti li l-Regolamenti proposti fil-Patt jinvokaw il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà; madankollu, l-obbligi ta’ solidarjetà tal-Istati Membri tal-ewwel wasla huma sproporzjonati,” jgħid ir-relatur tal-Opinjoni dwar il-ġestjoni tal-ażil, Dimitri Dimitriadis

Panagiotis Gkofas, ir-relatur għall-Opinjoni dwar il-proċeduri tal-ażil, jibża li r-Regolamenti proposti ultimament ser jitfgħu piż kbir fuq l-Istati Membri tal-Ewropa tan-nofsinhar: “L-Istati Membri se jkunu mġiegħla de facto jirrifjutaw ħafna applikazzjonijiet għall-ażil, anke dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jingħata l-ażil, sabiex jiġi evitat li għadd dejjem jikber ta’ nies jinżammu flimkien f’kundizzjonijiet inumani”.

Huwa kkonkluda li “l-konsegwenza inevitabbli [se tkun] li r-regolamenti mhux se jkunu applikabbli u ma jirnexxilhomx jiksbu r-riżultat maħsub tagħhom”. (ll)

Is-soċjetà ċivili tinsab lesta li tgħin lill-UE biex tindirizza l-isfidi li jirriżultaw mill-finanzi diġitali

Il-finanzi diġitali jeħtieġ li jiġu rregolati b’mod urġenti u l-Kummissjoni Ewropea tinsab fit-triq it-tajba biex tagħmel dan. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tat-tliet Opinjonijiet tal-KESE adottati fis-sessjoni plenarja ta’ Frar, li fihom il-Kumitat jappoġġja l-aħħar proposti tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju diġitali.

Fl-Opinjoni mfassla minn Petru Sorin Dandea u Jörg Freiherr Frank von Fürstenwerth, il-Kumitat japprova l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija finanzjarja diġitali u jenfasizza li l-isfidi ewlenin fis-settur finanzjarju tal-UE li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati direttament. Id-diġitalizzazzjoni ġġib magħha opportunitajiet kbar iżda tippreżenta wkoll riskji li ma jistgħux jiġu injorati u jeħtieġu azzjoni rapida.

L-Opinjoni miktuba minn Giuseppe Guerini ġġorr l-istess fehma, fejn il-KESE jappoġġja ż-żewġ inizjattivi tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-kriptoassi u dwar reġim pilota għall-infrastruttura tas-suq ibbażat fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT). F’dan il-qasam, jinħtieġu miżuri b’mod urġenti biex jirregolaw teknoloġija li qed issir dejjem aktar mifruxa, li l-applikazzjoni prattika tagħha qed tikber u li qed tinbidel malajr u b’mod kostanti.

Fl-aħħar nett, fl-Opinjoni mfassla minn Antonio García del Riego, il-Kumitat jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA), peress li għandha l-għan li ġġib ċarezza legali għad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), tnaqqas il-kumplessità regolatorja, tistabbilixxi sett komuni ta’ standards biex ittaffi r-riskji tal-ICT u tiffaċilita approċċ superviżorju armonizzat. Din tfittex ukoll li tipprovdi ċertezza legali u s-salvagwardji meħtieġa għad-ditti finanzjarji u l-fornituri tal-ICT. (mp)

L-irkupru tal-UE – L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata huwa kruċjali

Il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jkunu aktar effiċjenti u effettivi jekk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata jiġu involuti aktar malajr u b’mod aktar estensiv. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tar-Riżoluzzjoni dwar L-involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – X’jaħdem u x’ma jaħdimx?, adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Frar u ppreżentata waqt dibattitu ma’ Christa Schweng, il-President tal-KESE u Johannes Hahn, il-Kummissarju Ewropew għall-baġit u l-amministrazzjoni.

Waqt li kkummentat dwar ir-riżultat, is-Sinjura Schweng qalet li: “Din ir-riżoluzzjoni, li tanalizza varjetà wiesgħa ta’ aspetti ekonomiċi u soċjetali, tippermetti li nibagħtu sinjal qawwi li l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata huwa kruċjali. Il-pjani ta’ rkupru jeħtieġ li jagħtu riżultati biex verament jappoġġjaw l-irkupru mill-kriżi attwali u t-tranżizzjoni ġusta, ekoloġika u diġitali. Bħala t-tieni pass, ladarba l-fondi jkunu operattivi, il-membri tal-KESE jinsabu f’pożizzjoni tajba ħafna biex jivvalutaw jekk il-flus humiex qed jintefqu b’mod effettiv u jekk humiex qed jilħqu lin-negozji, lill-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-bżonn”.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Hahn qal li r-regoli huma fis-seħħ, u li l-Kummissjoni se tkompli tinsisti fuq l-involviment tal-partijiet interessati f’dawn il-proċessi ta’ riforma: “Ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jinkoraġġixxi konsultazzjonijiet wesgħin, interazzjonijiet b’saħħithom, u komunikazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni. Dan se jiġġenera sjieda ġenwina tal-pjani, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni b’suċċess tagħhom. B’mod aktar speċifiku, l-Istati Membri jeħtieġ li jgħidulna kif il-kontribut tagħkom bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili huwa rifless fil-pjani.”

Ir-Riżoluzzjoni tfasslet mill-membri tal-KESE Gonçalo Lobo Xavier (Grupp ta’ Min Iħaddem), Javier Doz Orrit (Grupp tal-Ħaddiema) u Luca Jahier (Grupp Diversità Ewropa). Huma kkoordinaw il-ħidma ta’ 27 delegazzjoni ta’ tliet membri kull waħda, li qed jimmonitorjaw l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fl-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. (mp, na)

Il-KESE jappella għal tassazzjoni aktar semplifikata u ġusta fl-UE u lil hinn minnha

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja b’mod ġenerali l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar tassazzjoni aktar effiċjenti u ġusta u jfaħħar il-koordinazzjoni tagħhom fil-livell globali.

Fl-Opinjoni tiegħu adottata mill-assemblea plenarja fl-24 ta’ Frar, il-KESE jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-pakkett għal tassazzjoni ġusta u sempliċi tal-Kummissjoni Ewropea.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja b’mod ġenerali l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar tassazzjoni aktar effiċjenti u ġusta u jfaħħar il-koordinazzjoni tagħhom fil-livell globali.

Fl-Opinjoni tiegħu adottata mill-assemblea plenarja fl-24 ta’ Frar, il-KESE jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-pakkett għal tassazzjoni ġusta u sempliċi tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-relatur tal-Opinjoni, Krister Andersson, jgħid li dawn il-proposti għandhom jiġu kkoordinati mad-diskussjonijiet globali mwettqa fl-OECD fi ħdan il-Qafas Inklużiv dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt. “Dan huwa punt kruċjali biex jintlaħaq kunsens globali, u jiġu evitati miżuri unilaterali,” huwa spjega.

Il-KESE jaqbel mal-fehma li l-ilħuq ta’ tassazzjoni ġusta u effiċjenti huwa dejjem iktar importanti fil-perjodu wara l-kriżi tal-COVID-19. Fl-Opinjoni tiegħu, il-korp konsultattiv iwassal l-viżjoni tiegħu dwar temi ewlenin għall-governanza tajba tat-taxxi fl-UE, il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, ir-rekwiżiti għar-rappurtar tat-taxxa, it-trattament tal-VAT għal servizzi finanzjarji, u r-regoli dwar it-taxxa u l-impjieg għall-pjattaformi diġitali. Fost proposti oħra, il-KESE jipproponi Patt Ewropew biex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. (na)

L-istrateġija ekonomika tal-UE għall-2021 għandha tagħti aktar attenzjoni għall-kwistjonijiet soċjali, jgħid il-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għall-2021. Huwa jilqa’ l-passi li ttieħdu fl-istrateġija biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-pandemija tal-COVID-19 fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, iżda juri dispjaċir li l-istrateġija proposta mill-Kummissjoni Ewropea tagħti ftit wisq attenzjoni għall-kwistjonijiet soċjali. Barra minn hekk iwissi kontra t-tneħħija gradwali tal-miżuri ta’ appoġġ f’stadju bikri wisq, u jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ regoli fiskali ġodda li jkunu jirriflettu r-realtajiet soċjali u ekonomiċi wara l-pandemija.

Il-KESE huwa diżappuntat li l-istrateġija ekonomika proposta mill-Kummissjoni, u li din is-sena hija wkoll kkumplementata bi gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ftit li xejn tagħti attenzjoni għall-kwistjonijiet soċjali. Minn naħa waħda, dan l-approċċ mhux se jwassal għall-implimentazzjoni konsistenti u tant mistennija tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Min-naħa l-oħra, dan se jipperikola t-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija ekoloġika u diġitali. Il-KESE jinnota li t-tranżizzjoni ma għandhiex tirriżulta f’aktar żieda fil-faqar u f’esklużjoni soċjali akbar.

Dan it-tħassib huwa rifless f’waħda mill-konklużjonijiet adottati mill-KESE fl-24 ta’ Frar fl-Opinjoni tiegħu dwar L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021.

Krzysztof Balon, ir-relatur tal-Opinjoni, qali li: “Se jkun kruċjali li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tal-benefiċċji tal-irkupru ekonomiku, li se jikkontribwixxu mhux biss għal titjib fil-ġustizzja soċjali, iżda wkoll għall-istabbilizzazzjoni tad-domanda bħala prekundizzjoni għall-irkupru ekonomiku”. (na)

L-istrateġija tal-UE dwar ir-rinnovazzjoni hija neċessità assoluta

The European strategy on A Renovation Wave for Europe is an absolute necessity, and is indispensable for the European Union and its citizens. In an opinion drafted by Pierre Jean Coulon and Laurențiu Plosceanu and adopted at the February plenary session, the EESC backs the proposal on building renovation put forward by the European Commission as a way of "greening our buildings, creating jobs, and improving lives".

Accounting for 40% of total energy consumption, homes and other buildings across the EU need to undergo a renovation wave – an initiative spurred on by the European Union. This strategy is part of a holistic approach to long-term public investment, sustainable development, health protection (including the handling of asbestos in renovation work), the green transition and the effective implementation of the European Pillar of Social Rights with regard to sustainable and affordable housing.

Commenting during the debate, Mr Coulon said: "The renovation wave strategy is a "win-win-win" for the European Union – a threefold victory for the climate, for economic recovery through the local jobs created, and finally for the fight against the pandemic and energy poverty, promoting sustainable housing for all, including vulnerable people."

Echoing his words, Mr Plosceanu concluded by saying that "this strategy needs to bring the European Union closer to its citizens and the places where they live, and the Committee will support it and actively feed into it with its reflections and proposals. This begins with an appropriate communication campaign on the renovation schemes in force and how to access them." MP

Il-KESE jimpenja ruħu li jagħti kontribut sostanzjali għall-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni

Stqarrija dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-trasparenza fil-pagi u l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030

Qed nistennew bil-ħerqa biex naħdmu fuq it-tliet inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea: il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, proposta għal Direttiva biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali permezz tat-trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ nfurzar u l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030.

L-Ewropa tirrappreżenta l-aktar soċjetajiet ugwali fid-dnja, l-ogħla standards fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali wiesgħa. Ewropa Soċjali b’saħħitha hija l-pedament tal-prosperità u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhna kif ukoll ta’ ekonomija kompetittiva, reżiljenti, ekoloġika u diġitali bbażata fuq forza tax-xogħol innovattiva u b’ħiliet.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa mpenjat bis-sħiħ li jappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri fi żmien meta jeħtieġ li kulħadd – dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati rilevanti kollha – jingħaqad fl-isforzi biex l-Ewropa tkun tista’ tirkupra mill-pandemija u ssir iktar b’saħħitha u aktar reżiljenti fil-futur, filwaqt li tisfrutta t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaħdem biex jagħti kontribut sostanzjali dwar l-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni, li jirrifletti l-pożizzjoni komuni tal-membri tiegħu, li jiġu minn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema u minn organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. Il-KESE se jħejji riżoluzzjoni, li għandha tiġi adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ April, li tikkontribwixxi għas-Summit Soċjali ta’ Porto li se jsir f’Mejju 2021. Il-Kumitat se jabbozza wkoll Opinjonijiet dwar il-proposta għal Direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi u dwar l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030.

Christa Schweng, President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u
Laurenţiu Plosceanu, President tas-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC).

Aħbarijiet mill-Gruppi

L-Ewropa hija mgħammra tajjeb biex tissodisfa l-ambizzjonijiet industrijali tagħha

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Laqgħa tal-Grupp ta’ Min Iħaddem mal-Kummissarju Breton

Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat li r-reżiljenza ġenwina tiddependi fuq l-iżgurar ta’ Suq Uniku li jiffunzjona kompletament. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kummissarju tal-UE għas-Suq Intern, Thierry Breton, li ngħaqad mal-laqgħa straordinarja tal-Grupp ta’ Min Iħaddem (1 ta’ Marzu) biex jiddiskuti firxa wiesgħa ta’ suġġetti mill-introduzzjoni tat-tilqim għall-Istrateġija Industrijali riveduta tal-UE u l-irkupru sostenibbli tal-Ewropa.

Is-Sur Breton qal li l-COVID-19 enfasizza numru ta’ ħtiġijiet li qed tiffaċċja l-ekonomija tagħna, pereżempju li l-Ewropa għandha ssaħħaħ l-awtonomija industrijali tagħha. L-Ewropa trid tifforma sinerġiji strateġiċi li jippermettulna nkunu aktar sostenibbli industrijalment. L-istrateġija Industrijali riveduta teħtieġ ukoll li tgħin lin-negozji jagħmlu progress, anke f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Barra minn hekk, NextGenerationEU għandha ammonti bla preċedent ta’ finanzjament li jistgħu jintużaw biex tinbena l-Ewropa Industrijali ta’ għada. Iż-żewġ transizzjonijiet, ir-reżiljenza u katina ta’ valur soda huma fost l-aktar oqsma importanti għall-bini mill-ġdid.

Bħala konklużjoni, il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE u s-Sur Breton qablu b’mod wiesa’ dwar is-suġġetti diskussi u ntużat l-istess lingwa orjentata lejn in-negozju fir-rigward tal-ħtieġa li jinħoloq b’mod kostruttiv l-ambjent leġiżlattiv it-tajjeb, li jippermetti lill-kumpaniji joperaw b’ċertezza, flessibilità u sigurtà. Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE jemmen li n-negozji u l-intrapriżi huma s-sieħeb vitali fil-proċess ta’ adattament tas-soċjetajiet tagħna għall-futur u għandhom jingħataw l-opportunità li jkollhom rwol kostruttiv.

Aqra l-artikolu sħiħ hawn: https://europa.eu/!PX67QK

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa: Għalfejn għadu meħtieġ?

Minn Maria Nikolopoulou, membru tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Għadu jagħmel sens illum li niċċelebraw it-8 ta’ Marzu bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa? Għaddew aktar minn 110 snin minn meta Clara Zetkin ipproponiet it-twaqqif ta’ Jum in-Nisa li Jaħdmu, u aktar minn 40 sena minn meta n-Nazzjonijiet Uniti ddikjaraw il-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Paċi Internazzjonali. Is-soċjetajiet evolvew f’dan l-aħħar seklu.

Read more in all languages

Minn Maria Nikolopoulou, membru tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Għadu jagħmel sens illum li niċċelebraw it-8 ta’ Marzu bħala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa? Għaddew aktar minn 110 sena minn Clara Zetkin ipproponiet it-twaqqif ta’ Jum in-Nisa li Jaħdmu, u aktar minn 40 sena minn meta n-Nazzjonijiet Uniti ddikjaraw il-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Paċi Internazzjonali. Is-soċjetajiet evolvew f’dan l-aħħar seklu.

In-nisa jistgħu jivvutaw, għandhom il-passaporti tagħhom stess, jistgħu jistudjaw, isiru Prim Ministri, imorru fuq il-qamar, jiddeċiedu jekk u meta jiżżewġu u/jew ikollhom/x tfal; in-nisa u l-irġiel huma ugwali quddiem il-liġi. Allura, x’inhu l-punt? Il-punt hu li, minkejja li fil-wiċċ kollox jidher sew, xorta għandna ostakli soċjali, kulturali u legali sottostanti li jimpedixxu lin-nisa milli jirnexxu.

Ħasra li xi nies ma jistgħux jaraw il-potenzjal tan-nisa u jimblukkaw l-aċċess tagħhom għal ċerti impjiegi jew pożizzjonijiet ta’ livell għoli. Huwa għalhekk li rridu naħdmu flimkien fuq l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5 tan-NU dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri.

Huwa frustranti li n-nisa għadhom iġorru l-biċċa l-kbira tal-piż tal-kura tal-familja u tal-kompiti domestiċi għalkemm jaħdmu l-istess daqs is-sieħba tagħhom. Huwa għalhekk li aħna ġġilidna għal Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja.

Huwa assurd li n-nisa jaqilgħu inqas mill-irġiel għall-istess xogħol. Huwa għalhekk li nilqgħu l-idea ta’ Direttiva tal-UE dwar it-Trasparenza tal-Pagi.

Mhuwiex etiku li, minkejja l-fatt li aħna rrikonoxxejna waqt il-pandemija tal-COVID-19 li wħud mill-aktar kompiti essenzjali, bħat-tindif u l-kura tal-anzjani, twettqu minn nisa, ħafna minnhom migranti mingħajr dokumenti, huma għadhom jitħallsu pagi miżerament baxxi u xi drabi jaħdmu taħt kundizzjonijiet diżumani. Huwa għalhekk li għandna bżonn Direttiva tal-UE dwar il-Paga Minima Adegwata u l-pajjiżi għandhom jirratifikaw il-konvenzjoni C189 tal-ILO dwar il-ħaddiema domestiċi.

Mhuwiex aċċettabbli li xi nisa jintalbu "iħallsu" prezz intimu sabiex jiksbu promozzjoni fuq ix-xogħol, jew jiġu bbuljati sempliċement minħabba li xi nies għandhom bżonn jiżvugaw. Għaldaqstant huwa aktar urġenti minn qatt qabel li l-pajjiżi jirratifikaw il-konvenzjoni C190 tal-ILO dwar il-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Huwa tal-għaġeb li n-nisa qed jinqatlu u jiġu stuprati kuljum u li hemm nies li jiġġustifikaw dan billi jgħidu li "hi stidnitha" jew "min jaf x'għamlet biex tipprovokah". Huwa għalhekk li rridu niġġieldu għal edukazzjoni robusta għall-iżgħar subien u bniet dwar l-ugwaljanza u r-rispett, sistemi ġudizzjarji b’aġilità u skemi soċjali biex nappoġġjaw nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika.

Għadu importanti ħafna għan-nisa u l-irġiel femministi biex jieħdu pożizzjoni, jippromovu u jisħqu għal bidliet politiċi u kulturali sabiex jiksbu opportunitajiet indaqs effettivi għal kulħadd. Sakemm inkunu f’pożizzjoni li niċċelebraw il-“Jum Internazzjonali tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri”, ejjew nibqgħu nfakkru l-Jum Internazzjonali tan-Nisa.

Studju tal-KESE dwar ir-rispons tas-soċjetà ċivili għall-COVID-19

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Fit-12 ta’ Marzu, fil-konferenza ta’ livell għoli tiegħu dwar “L-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili matul u wara l-COVID-19: liema sfidi u liema ġejjieni”, Il-Grupp Diversity Europe nieda studju ġdid intitolat “Ir-rispons tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiffaċċjaw il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi konsegwenti adottati fl-Ewropa”

Il-KESE kkummissjona dan l-istudju fuq talba tal-Grupp Diversity Europe Il-kontribuzzjonijiet tiegħu huma doppji: l-ewwelnett, l-istudju jitfa’ dawl fuq l-impatt tal-pandemija fuq varjetà ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u l-attivitajiet tagħhom madwar l-Ewropa. It-tieni nett, dan janalizza u juri l-inizjattivi numerużi meħuda mill-OSĊ biex jassistu lill-komunitajiet lokali u l-gruppi vulnerabbli fl-indirizzar tal-pandemija. Biex ġabru din id-data, l-awturi applikaw metodu mħallat fejn ikkombinaw riċerka minn fuq l-iskrivanija u stħarriġ fil-fond online.

L-istudju juri li l-OSĊ kienu u għadhom fuq quddiem nett tar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, billi jipprovdu servizzi essenzjali u jiddefendu d-drittijiet tas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà. Fl-istess ħin, jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili stess ħabbtu wiċċhom ma’ sfidi profondi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kapaċità tagħhom li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom. 

Fuq din il-bażi, l-awturi jenfasizzaw suġġetti ewlenin għall-futur tal-OSĊ, bħan-nuqqas ta’ finanzjament sostenibbli, oqfsa legali u riżorsi u ħiliet adegwati. Dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu li r-riflessjoni u d-deċiżjonijiet politiċi kuraġġużi futuri jiżguraw li l-kapaċitajiet tal-OSĊ jinżammu u jissaħħu fil-fażi ta’ rkupru ta' wara l-COVID-19.

L-istudju sħiħ u s-sommarju eżekuttiv huma disponibbli online. Il-pubblikazzjoni tiġi wkoll b’“katalgu ta’ prattiki tajba”, ġabra tal-inizjattivi ta’ suċċess varji implimentati mill-OSĊ b’reazzjoni għall-pandemija. Stqarrija għall-istampa dwar il-konferenza relatata tal-Grupp Diversity Europe hija disponibbli fuq is-sit web tal-KESE.

Soon in the EESC/Cultural events

8 ta’ Marzu: Jum Internazzjonali tal-Mara

Sabiex ifakkar il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed itella’ wirja 100% virtwali intitolata Artivism for Gender Equality.

Il-wirja fiha sensiela ta’ 25 poster li juru t-taħbit favur l-ugwaljanza tal-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, u jirriflettu l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, speċjalment l-SDG 5 dwar l-ugwaljanza tal-ġeneri.

Il-wirja qed tiġi organizzata b’mod konġunt ma’ Women Engage for a Common Future, network mingħajr skop ta’ qligħ iddedikat għal dinja ġusta fir-rigward tal-ġeneri u b’saħħitha għal kulħadd.

Titlifx l-opportunità li tiskopriha hawnhekk flimkien mal-filmat tat-tnedija tagħha f’xandira diretta!

Din l-attività kulturali qed tiġi koorganizzata mal-COPEC (Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs) (ck)

Read more in all languages

Sabiex ifakkar il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed itella’ wirja 100% virtwali intitolata Artivism for Gender Equality (‘L-Artiviżmu għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri’).

Il-wirja fiha sensiela ta’ 25 poster li juru t-taħbit favur l-ugwaljanza tal-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, u jirriflettu l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, speċjalment l-SDG 5 dwar l-ugwaljanza tal-ġeneri.

Il-wirja qed tiġi organizzata b’mod konġunt ma’ Women Engage for a Common Future, network mingħajr skop ta’ qligħ iddedikat għal dinja ġusta fir-rigward tal-ġeneri u b’saħħitha għal kulħadd.

Titlifx l-opportunità li tiskopriha hawnhekk flimkien mal-filmat tat-tnedija tagħha f’xandira diretta!

Din l-attività kulturali qed tiġi koorganizzata mal-COPEC (Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs) (ck)

Wirja Fotografika Konġunta Afrika-UE b’rabta mal-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-UE

L-artista Portugiża, Ana Carvalho, tippreżenta l-wirja l-Afrika f’Lisbona, li turi l-preżenza u l-impatt tal-kultura Afrikana f’Lisbona, filwaqt li l-artist Afrikan José Pereira, ibbażat f’Cape Verde, jippreżenta l-wirja Ubuntu, li tippromovi mod ta’ koeżistenza paċifika, aċċettazzjoni tad-differenzi u solidarjetà.

Fit-2 ta’ Marzu, il-KESE nieda wirja fotografika konġunta Afrika-UE f’avveniment virtwali li inkluda lil Cillian Lohan, Viċi President għall-Komunikazzjoni, Carlos Trindade, President tal-Kumitat ta’ Segwitu AKP-UE, u ż-żewġ fotografi. Il-wirja tnediet matul il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Segwitu AKP-UE, korp permanenti li huwa parti mis-sezzjoni tar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE.

Read more in all languages

L-artista Portugiża, Ana Carvalho, tippreżenta l-wirja l-Afrika f’Lisbona, li turi l-preżenza u l-impatt tal-kultura Afrikana f’Lisbona, filwaqt li l-artist Afrikan José Pereira, ibbażat f’Cape Verde, jippreżenta l-wirja Ubuntu, li tippromovi mod ta’ koeżistenza paċifika, l-aċċettazzjoni tad-differenzi u s-solidarjetà.

Fit-2 ta’ Marzu, il-KESE nieda wirja fotografika konġunta Afrika-UE f’avveniment virtwali bil-preżenza ta’ Cillian Lohan, Viċi President għall-Komunikazzjoni, Carlos Trindade, President tal-Kumitat ta’ Segwitu AKP-UE, u ż-żewġ fotografi. Il-wirja tnediet matul il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Segwitu AKP-UE, korp permanenti li jifforma parti mis-sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE.

Kif qal is-Sur Trindade, "Peress li l-kultura tesprimi l-valuri u l-affezzjonijiet komuni ta’ komunità b’interessi komuni, din l-attività kulturali għandha l-għan li tenfasizza l-importanza li l-KESE jagħti lis-Summit UE-Afrika li ġej filwaqt li tenfasizza r-rabta profonda bejn iż-żewġ kontinenti. Huwa għalhekk ukoll li nedejna l-wirja online bħala parti mil-laqgħa tagħna.”

Il-wirja fotografika konġunta se tkun kompletament virtwali u se tkun aċċessibbli online mill-1 sal-31 ta’ Marzu 2021.

Tista’ żżur il-wirja HAWNHEKK u fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-KESE. Titlifhiex! (ck)

Taħditiet Online tal-KESE – Skoprina online!

Kont taf li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiżgura li ċ-ċittadini komuni fil-kontinent kollu jkollhom vuċi fl-iżvilupp tal-Ewropa?

Ibbukkja ż-żjara tiegħek online, u skopri għalfejn il-konsultazzjoni, id-djalogu u l-kunsens jinsabu fil-qalba ta’ ħidmietna, aħna u nirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili organizzata (inklużi l-impjegaturi, it-trade unions u l-gruppi bħalma huma l-assoċjazzjonijiet tal-professjonijiet u tal-komunità, l-organizzazzjonijet tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-gruppi tan-nisa, il-konsumaturi, l-attivisti ambjentali u ħafna oħrajn..) (cl)

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Amalia Tsoumani (at)
Chloé Lahousse (cl)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
David Gippini Fournier (dgf)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Jasmin Kloetzing  (jk)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Magdalena Walczak Jarosz (mwj)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Nicola Accardo (na)
Pablo Ribera Paya (prp)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
 
Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 
March 2021
04/2021

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram