Il-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ Christa Schweng

This page is also available in

Viżjoni għal Ewropa aktar b’saħħitha u reżiljenti wara l-COVID

-Unjoni Ewropea għandha tirnexxi ekonomikament, u tkun soċjalment inklużiva u ambjentalment sostenibbli. Għandha tipprovdi kundizzjonijiet tajbin għas-soċjetà ċivili kollha biex tirnexxi u tgħix f’demokraziji miftuħa u bbażati fuq il-valuri. L-enfasi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ser tkun li jappoġġja l-kontribut attiv tal-atturi tas-soċjetà ċivili għal din il-viżjoni ġenerali tal-Ewropa u li jipprovdi għarfien espert siewi lil dawk li jfasslu l-politiki, għal Ewropa aktar parteċipattiva u politiki li huma aktar effettivi u li jirrelataw aħjar mas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fil-prattika.

Dan il-mandat ser ikun ikkaratterizzat mill-COVID-19 u, b’xorti ħażina, minn żminijiet ta’ inċertezza u tbatija ekonomika u soċjali, li fihom in-negozji qed jitħabtu biex ikomplu għaddejjin u l-ħaddiema qed jitilfu l-impjieg tagħhom. Sakemm ikun hemm tilqima disponibbli u aċċettata b’mod mifrux, “in-normalità l-ġdida” tagħna se tkompli tkun it-tbegħid soċjali, l-użu ta’ maskri, laqgħat ibridi jew mill-bogħod u interruzzjonijiet fl-attivitajiet ta’ negozju.

Fil-kuntest attwali, aktar minn qatt qabel, jeħtieġ li ningħaqdu flimkien, niżviluppaw viżjoni għal Ewropa ġdida wara l-COVID u nagħmlu ħilitna biex niżguraw kontribut qawwi mill-Kumitat tagħna għall-irkupru u r-reżiljenza futura tal-Ewropa. Dan ser jimxi id f’id mal-bini mill-ġdid ta’ KESE aktar magħqud, effettiv u stmat.

Downloads

EESC President Christa Schweng - Priorities