Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

SEPTEMBER 2023 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Merħba lura wara l-waqfa tas-sajf!

Nispera li gawdejtu l-vaganzi, irrilassajtu u tinsabu lesti għax-xhur impenjattivi li ġejjin. Hekk kif deħlin f’fażi kritika għall-UE, bi ftehimiet u liġijiet ewlenin li għandhom jiġu ffinalizzati qabel ma tirranka l-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew, il-KESE huwa ddedikat biex jindirizza kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda tas-soċjetà ċivili. 

Wara sajf ikkaratterizzat minn mewġiet ta’ sħana bla preċedent, nirien fis-selvaġġ u għargħar devastanti fl-UE, huwa ċar ħafna li tinħtieġ b’mod assolut azzjoni urġenti. L-Ewropa għandha bżonn kbir ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv dwar l-ilma. Il-KESE qed jaħdem fuq Opinjoni trasversali biex jiżgura finanzjament, infrastruttura u strateġija adegwati dwar l-ilma, u b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-ilma tax-xorb aċċessibbli għal kulħadd. Hekk kif il-Patt Ekoloġiku sar sinonimu mal-impenn tal-UE għall-azzjoni dwar il-klima, il-Patt Blu l-ġdid irid jaspira li jiddefinixxi mill-ġdid il-punt ta’ riferiment globali għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma. 

Read more in all languages

Għeżież qarrejja,

Merħba lura wara l-waqfa tas-sajf!

Nispera li gawdejtu l-vaganzi, irrilassajtu u tinsabu lesti għax-xhur impenjattivi li ġejjin. Hekk kif deħlin f’fażi kritika għall-UE, bi ftehimiet u liġijiet ewlenin li għandhom jiġu ffinalizzati qabel ma tirranka l-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew, il-KESE huwa ddedikat biex jindirizza kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda tas-soċjetà ċivili. 

Wara sajf ikkaratterizzat minn mewġiet ta’ sħana bla preċedent, nirien fis-selvaġġ u għargħar devastanti fl-UE, huwa ċar ħafna li tinħtieġ b’mod assolut azzjoni urġenti. L-Ewropa għandha bżonn kbir ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv dwar l-ilma. Il-KESE qed jaħdem fuq Opinjoni trasversali biex jiżgura finanzjament, infrastruttura u strateġija adegwati dwar l-ilma, u b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-ilma tax-xorb aċċessibbli għal kulħadd. Bl-istess mod kif il-Patt Ekoloġiku sar sinonimu mal-impenn tal-UE għall-azzjoni dwar il-klima, il-Patt Blu l-ġdid irid jaspira li jiddefinixxi mill-ġdid il-punt ta’ riferiment globali għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma. 

Huwa interessanti li ċ-ċittadini tal-UE talbu aġġornament tar-regoli tal-UE dwar l-ilma tax-xorb aktar minn għaxar snin ilu. Il-potenzjal tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) għadu mhux sfruttat, u kollettivament irridu ntejbu r-rispons tagħna għaċ-ċittadini. Din hija r-raġuni għaliex, fis-sessjoni plenarja tagħna tal-KESE ta’ Settembru, ser nisimgħu mill-organizzaturi tal-IĊE “Fur Free Europe” (Ewropa ħielsa mill-Pil tal-Annimali), li ġabret 1,5 miljun firma mill-UE kollha. Il-plenarja se tiddiskuti wkoll reviżjoni mmirata tal-baġit tal-UE, li ffaċċja kriżi mhux antiċipata li teħtieġ adattament rapidu u effettiv biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet urġenti l-ġodda.  

Billi se nkompli nitkellem favur is-soċjetà ċivili, il-wegħda tal-manifest politiku tiegħi li namplifika l-ilħna taż-żgħażagħ se tibqa’ fundamentali. F’Lulju, il-KESE sar l-ewwel istituzzjoni tal-UE li implimentat it-Test taż-Żgħażagħ tal-UE, pass sinifikanti li jenfasizza d-dedikazzjoni tiegħi. Nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-KESE għall-appoġġ tagħhom fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni kruċjali. Lil hinn minn dan, issa qed nistabbilixxu Grupp taż-Żgħażagħ tal-KESE u qed nagħżlu Opinjonijiet adatti għall-ewwel ċiklu tat-Test taż-Żgħażagħ tal-UE. 

Fix-xhur li ġejjin se jissaħħu wkoll ir-rabtiet mas-soċjetà ċivili lil hinn mill-fruntieri tagħna, b’mod partikolari l-pajjiżi kandidati tal-UE. Il-KESE rdoppja r-relazzjonijiet tagħna mal-pajjiżi kandidati tal-UE sabiex inkunu nistgħu ninvolvuhom fil-ħidma tagħna ta’ kuljum. Is-sessjoni plenarja reċenti tagħna affermat mill-ġdid dan l-impenn u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent li jmiss f’Tessalonika – l-istess belt fejn il-futur Ewropew għall-Balkani tal-Punent ġie affermat għoxrin sena ilu – jidher promettenti. 

Fl-istess ħin, qed inħejju għall-akbar eżerċizzju demokratiku fl-UE – l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju 2024. F’dan il-kuntest, ippermettuli niġbdilkom l-attenzjoni għall-inizjattiva EurHope u għall-konsultazzjoni online li se tistabbilixxi l-aġenda taż-żgħażagħ qabel l-elezzjonijiet. L-appoġġ tas-soċjetà ċivili fil-ġbir tal-fehmiet taċ-ċittadini Ewropej, speċjalment taż-żgħażagħ, huwa kruċjali għall-bini tar-reżiljenza demokratika u għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa.

Oliver Röpke

Il-President tal-KESE

Dati tad-Djarju

25 ta’ Settembru 2023

Jum Organiku tal-UE – Ċerimonja tal-għoti tal-Premijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika 2023

30 ta’ Settembru 2023

L-14-il edizzjoni tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili – data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

25-26 ta’ Ottubru 2023, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

Dritt għall-punt

Il-materja prima kritika ilha għal xi żmien fuq quddiem nett tad-dibattitu pubbliku fl-Ewropa. Hekk kif il-COVID u l-lockdowns fixklu l-ktajjen tal-provvista internazzjonali, l-industrija tal-UE u dawk li jfasslu l-politika saru konxji bis-sħiħ tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-provvista tal-Ewropa ta’ materja prima kritika tkun sigura sabiex issir it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero tal-karbonju.

Read more in all languages

Il-materja prima kritika ilha għal xi żmien fuq quddiem nett tad-dibattitu pubbliku fl-Ewropa għal xi żmien. Hekk kif il-COVID u l-lockdowns fixklu l-ktajjen tal-provvista internazzjonali, l-industrija tal-UE u dawk li jfasslu l-politika saru konxji bis-sħiħ tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-provvista tal-Ewropa ta’ materja prima kritika tkun sigura sabiex issir it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero tal-karbonju.

Hekk kif il-koleġiżlaturi tal-UE qed iħejju biex jiddiskutu u jinnegozjaw l-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika, Maurizio Mensi u Michal Pinter, relatur u korelatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni, jistabbilixxu x’jeħtieġ li jsir sabiex jiġi żgurat li dan ikun ta’ benefiċċju għall-industrija Ewropea.

 

Att dwar il-Materja Prima Kritika: dak li mhuwiex kritiku llum il-ġurnata jista’ jkun fil-futur qrib

Minn Maurizio Mensi u Michal Pinter

Jeħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tibqa’ flessibbli u tiġi rieżaminata kull sentejn biex iżżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi u streteġiċi

 

Read more in all languages

Minn Maurizio Mensi u Michal Pinter

Jeħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tibqa’ flessibbli u tiġi rieżaminata kull sentejn biex iżżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi u streteġiċi

In-nuqqas ta’ materja prima kritika (CRMs) li jaffettwa lill-Ewropa jista’ jiġi indirizzat biss permezz ta’ strateġija tal-UE ambizzjuża u komprensiva li tikkombina l-investiment, l-innovazzjoni, ir-riċiklaġġ, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. L-Att tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Materja Prima Kritika huwa jintlaqa’ b’sodisfazzjon peress li jagħmel dan kollu. Dan jgħin ukoll biex jiġu evitati distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u frammentazzjoni tas-suq uniku

Illum, l-UE tiddependi mill-importazzjonijiet għal bejn 75% u 100% ta’ ħafna mill-materja prima li teħtieġ, u dan jagħmilha kemm ekonomikament kif ukoll strateġikament vulnerabbli (nikkunsidraw biss biss il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tal-gallju u tal-ġermanju introdotta reċentement miċ-Ċina).

Il-popolarità dejjem tikber tat-teknoloġiji nodfa (vetturi elettriċi, batteriji, sistemi solari fotovoltajċi, eċċ.) hija l-kaġun ta’ ħafna miż-żieda qawwija fid-domanda għas-CRMs bejn l-2017 u l-2022, u s-settur tal-enerġija huwa l-ixprun ewlieni għal-litju (li d-domanda għalih aktar minn triplat), il-kobalt (żieda ta’ 70%) u n-nikil (żieda ta’ 40%). Fid-dawl ta’ dan, huwa ċar li s-sigurtà ekonomika nnifisha tal-UE tiddependi mis-sigurtà tal-provvista tal-materja prima kritika tagħha, peress li r-riskji fil-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika jaffettwaw l-ekonomija kollha u s-suq uniku.

Il-KESE jqis li l-ewwel ħaġa li għandha ssir hija li jiġi żgurat qafas legali prevedibbli u stabbli biex jiġu attirati investimenti mhux biss fl-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-materja prima, iżda wkoll fl-ipproċessar u r-riċiklaġġ (li jistgħu jipprovdu kwantitajiet sinifikanti ta’ ram, litju, nikil, kobalt u minerali prezzjużi oħra minn batteriji użati, skart tal-minjieri, eċċ.).

It-tieni, neħtieġu lista flessibbli ta’ materja prima kritika li tista’ faċilment tiġi adattata u aġġornata mill-inqas kull sentejn. Dan għaliex minbarra l-materjali elenkati bħala strateġiċi jew kritiċi fil-leġiżlazzjoni proposta, hemm oħrajn li bħalissa mhumiex kritiċi iżda jistgħu jsiru fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil. L-importanza strateġika ta’ materjali differenti għandha tiġi vvalutata wkoll fil-livell settorjali biex tirrifletti d-domanda fid-diversi industriji.

It-tielet, jeħtieġ li niżguraw appoġġ pubbliku wiesa’. L-espansjoni tal-industriji estrattivi, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ se toħloq impjiegi ġodda u ġġib magħha progress ekonomiku. Fl-UE, is-settur tal-materja prima jipprovdi direttament madwar 350 000 impjieg, u aktar minn 30 miljun impjieg fil-manifattura jiddependu mill-aċċess għall-materja prima minerali. Iżda l-aċċettazzjoni pubblika ma tistax titqies bħala fatt. L-iżgurar li l-UE jkollha provvista sostenibbli ta’ materja prima u avvanzata se jirrikjedi aktar minn 1.2 miljun impjieg ġdid sal-2030. Huwa essenzjali li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-ħiliet fil-qasam akkademiku, iżda wkoll fl-industrija tal-materja prima u fl-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, u jinħtieġu miżuri kemm għall-ħaddiema tas-settur kif ukoll għall-uffiċjali pubbliċi.

Element ewlieni ieħor huwa li jiġi żgurat aċċess għal kwantitajiet suffiċjenti ta’ elettriku affidabbli u mhux ibbażat fuq il-fjuwils fossili bi prezzijiet kompetittivi. Il-KESE jixtieq jara riforma tal-finanzjament disponibbli biex tiġi appoġġjata l-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni u jiġu koperti l-ispejjeż operattivi, minflok ma tingħata prijorità lill-fażi tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ proġetti strateġiċi ġodda, kif inhu l-każ illum il-ġurnata. Dan jgħin lill-UE tirreplika l-ambizzjonijiet tal-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni.

Għandna nappoġġjaw ukoll is-swieq tal-materja prima sekondarja, bis-saħħa ta’ miżuri biex jinħolqu swieq li jiffunzjonaw tajjeb u jiġi minimizzat it-telf tar-ruttam. Fil-fatt, is-swieq tal-materja prima sekondarja huma kruċjali għal ekonomija ċirkolari u jistgħu jibbenefikaw mit-tneħħija tal-ostakli regolatorji, ekonomiċi jew tekniċi li jinħolqu fl-istadji differenti tal-katina tal-valur.

Il-KESE jissuġġerixxi li l-finanzjament pubbliku għandu jingħata aktar faċilment jekk l-estrazzjonijiet ikunu bbażati fuq studji ekonomiċi u ambjentali preliminari li jivvalutaw l-impatt tas-sustanzi niġġiesa tal-estrazzjoni. Huwa għalhekk li tinħtieġ koordinazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, uħud mill-istrumenti tal-antitrust tal-UE għandhom jiġu adattati biex jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din il-leġiżlazzjoni, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern (pereżempju, il-qafas ta’ kontroll jista’ jiġi applikat b’mod aktar flessibbli għall-fużjonijiet, u għandhom jitqiesu mhux biss l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, iżda wkoll l-objettivi tal-leġiżlazzjoni dwar is-CRMs).

Fl-aħħar nett, neħtieġu miżuri effettivi ta’ difiża kummerċjali biex nipproteġu investimenti Ewropej ġodda u niżguraw li nkunu nistgħu nikkompetu ma’ atturi ewlenin oħra. Biex tiddiversifika s-sorsi esterni tas-CRMs, l-UE għandha teżamina sħubijiet u ftehimiet ta’ kooperazzjoni, anke mal-pajjiżi kandidati tal-UE, tiffinanzja proġetti biex jiġu żviluppati kampanji ta’ prospettar f’siti ġodda speċifiċi u/jew f’siti minerarji abbandunati. Sħubijiet bħal dawn jistgħu jkunu kundizzjonali fuq impenn mill-pajjiżi kandidati biex jallinjaw il-politiki ambjentali tagħhom b’mod aktar rapidu mal-liġi u l-istandards tal-UE.

 

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil ...

Fil-kolonna tagħna “Mistoqsija lil…”, KESE Info talab lir-relatur Javier Doz jitkellem dwar ir-regoli ġodda proposti dwar il-governanza ekonomika tal-UE.

 

Read more in all languages

Fil-kolonna tagħna “Mistoqsija lil…”, KESE Info talab lir-relatur Javier Doz jitkellem dwar ir-regoli ġodda proposti dwar il-governanza ekonomika tal-UE.

 

“Irridu mmorru lil hinn mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir”

KESEInfo: X’inhi l-pożizzjoni tal-KESE rigward il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-governanza ekonomika l-ġdida?

Javier Doz: Il-Kummissjoni għamlet din il-proposta fid-dawl tal-fatt li, f’Jannar 2024, tiskadi l-klawżola liberatorja ġenerali inkluża fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), minħabb l-livelli għoljin ta’ defiċit u dejn f’ħafna Stati Membri tal-UE wara l-pandemija u, possibbilment, minħabba riflessjoni kritika dwar il-konsegwenzi negattivi tal-applikazzjoni riġida tad-dispożizzjonijiet tal-PST dwar il-ġestjoni politika tar-Reċessjoni l-Kbira.
Fil-proposta, minkejja li jinżammu l-limiti tad-defiċit u tad-dejn (3% u 60% tal-PDG rispettivament), il-mod u l-iskadenza biex jintlaħqu dawn l-objettivi huma iżjed flessibbli u huma differenzjati abbażi taċ-ċirkostanzi tal-Istati Membri differenti.

Read more in all languages

KESEInfo: X’inhi l-pożizzjoni tal-KESE dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-governanza ekonomika l-ġdida?

Javier Doz: Il-Kummissjoni għamlet din il-proposta fid-dawl tal-fatt li, f’Jannar 2024, tiskadi l-klawżola liberatorja ġenerali inkluża fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), minħabba l-livelli għoljin ta’ defiċit u dejn f’ħafna Stati Membri tal-UE wara l-pandemija u, possibbilment, minħabba riflessjoni kritika dwar il-konsegwenzi negattivi tal-applikazzjoni riġida tad-dispożizzjonijiet tal-PST b’rabta mal-ġestjoni politika tar-Reċessjoni l-Kbira.

Fil-proposta, minkejja li jinżammu l-limiti tad-defiċit u tad-dejn (3% u 60% tal-PDG rispettivament), il-mod u l-iskadenza biex jintlaħqu dawn l-objettivi huma iżjed flessibbli u huma differenzjati abbażi taċ-ċirkostanzi tal-Istati Membri differenti.

Barra minn hekk, il-proposta tissemplifika r-regoli: ir-rata ta’ tkabbir tan-nefqa primarja netta ssir l-indikatur ewlieni, li jissupponi li jiġu esklużi l-imgħax fuq id-dejn, il-benefiċċji tal-qgħad u n-nefqa ffinanzjata minn miżuri diskrezzjonarji jew fondi Ewropej. In-novità ewlenija hija l-pjani fiskali u strutturali, li jkopru perjodu bejn erba’ u seba’ snin, li kull gvern se jinnegozja mal-Kummissjoni u li fihom se jinkludu riformi strutturali.

Fis-26 ta’ April, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ Proposti għal Regolament u Proposta għal Direttiva, li jemendaw l-objettivi korrispondenti tal-PST dwar il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja, il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) u r-rekwiżiti tal-oqfsa baġitarji. Wara pressjoni mill-Gvern Ġermaniż, ġew introdotti ċerti dispożizzjonijiet aktar riġidi meta mqabbla mal-Komunikazzjoni ta’ Novembru, b’mod partikolari l-obbligu li jitnaqqas id-dejn b’rata annwali ta’ 0.5% tal-PDG għal pajjiżi b’livell ta’ defiċit ogħla minn 3% jew l-applikazzjoni awtomatika tal-PDE għal dawk li jiddevjaw mill-pjan fuq terminu medju.

Għalkemm il-KESE jappoġġja l-aspetti fundamentali tal-pakkett tal-Kummissjoni, il-pjani fiskali u strutturali nazzjonali differenzjati u l-elementi ta’ flessibbiltà li jintroduċi fil-PST, jemmen li għandhom jinżammu l-kundizzjonijiet tal-proposta oriġinali ta’ Novembru u jappella għal dibattitu dwar il-ħtieġa li wieħed imur lil hinn mill-qafas tal-1997.

Il-KESE jemmen ukoll li għandha tiġi indirizzata, fost kwistjonijiet oħra, il-possibbiltà li tinħoloq “kapaċità fiskali permanenti” tal-UE biex tkun tista’ tiġi ffinanzjata firxa dejjem tikber ta’ “beni komuni Ewropej”. Jemmen ukoll li l-involviment tal-parlamenti nazzjonali, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-pjani fiskali u strutturali jsaħħaħ is-“sjieda nazzjonali” tal-impenji li jiġbru flimkien dawn il-pjani.

Fil-fehma tal-KESE, jeħtieġ li jiġi żgurat trattament differenzjat tal-investiment fil-pjani fiskali u strutturali, b’mod partikolari fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika u d-difiża; li jissaħħu l-objettivi soċjali u tax-xogħol fl-investimenti u r-riformi; u li tiġi rieżaminata bir-reqqa l-metodoloġija għall-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn u l-involviment tal-gvernijiet u tal-aġenziji fiskali nazzjonali indipendenti bil-għan li tiġi ddeterminata t-“trajettorja teknika” tat-tnaqqis tad-dejn.

 

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistiedna sorpriża

Dan ix-xahar il-mistieden sorpriż tagħna huwa l-ġurnalist Franċiż ibbażat fil-Georgia, Regis Genté, li janalizza l-kunflitt li qed jinħema fil-pajjiż ospitanti tiegħu waqt li d-dinja kollha b’għajnejha fuq l-Ukrajna.

Read more in all languages

Dan ix-xahar il-mistieden sorpriż tagħna huwa l-ġurnalist Franċiż ibbażat fil-Georgia, Regis Genté, li janalizza l-kunflitt li qed jinħema fil-pajjiż ospitanti tiegħu waqt li d-dinja kollha b’għajnejha fuq l-Ukrajna.

Régis Genté huwa ġurnalist freelance u espert dwar l-eks USSR. Ilu bbażat f’Tbilisi sa mill-2008, u jkopri r-Russja, l-Ukrajna, il-Kawkasu u l-Asja Ċentrali għal diversi entitajiet tal-media li jinkludu RFI, France24 TV u Le Figaro.

Huwa wkoll awtur u koawtur ta’ bosta kotba, li jinkludu “Zelensky, dans la tête d’un héros” (Volodymyr Zelensky, fil-moħħ ta’ eroj), 2022; “Futbol, le ballon rond de Staline à Poutine” (Il-futbol minn Stalin għal Putin), 2018; “Poutine et le Caucase” (Putin u l-Kawkasu), 2014; u “Voyage au pays des Abkhazes” (Vjaġġ lejn l-art tal-Abkażi), 2012. (dm)

Il-Georgia, front ieħor għar-Russja

Tmiem l-2023 se jkun mument perikoluż għall-Georgia. F’Diċembru, il-Kunsill Ewropew għandu jiddeċiedi jekk jagħtix l-istatus ta’ “pajjiż kandidat tal-UE” lill-eks Repubblika Sovjetika. 

Read more in all languages

Tmiem l-2023 se jkun mument perikoluż għall-Georgia. F’Diċembru, il-Kunsill Ewropew għandu jiddeċiedi jekk jagħtix l-istatus ta’ “pajjiż kandidat tal-UE” lill-eks Repubblika Sovjetika. 

F’Ġunju 2022, il-Kunsill ċaħad dan l-“istatus” lill-Georgia, għall-kuntrarju tal-Ukrajna u l-Moldova, minħabba l-politika manifestament ostili tal-gvern tal-Georgia lejn il-Punent, u għalhekk favur ir-Russja. Filwaqt li rrikonoxxa li l-Georgia kellha “perspettiva Ewropea”, il-Kunsill għamel l-istatus ta’ pajjiż kandidat soġġett għall-implimentazzjoni ta’ 12-il prijorità, li jirrelataw pereżempju għat-titjib tal-ambjent tal-media u għall-indipendenza tal-ġudikatura.

Il-kuntest ta’ dan il-pajjiż huwa mmarkat b’tensjonijiet soċjopolitiċi interni kbar minħabba d-diverġenzi ta’ fehmiet bejn il-partit fil-gvern, il-partit "Ħolma Georgjana” tal-oligarka Bidzina Ivanichvili (li akkumula fortuna ta’ EUR 4.5 biljun fir-Russja), u l-3.7 miljun poplu Georgjan. Min-naħa waħda, hemm gvern li ilu fil-poter sa mill-2012 u li progressivament implimenta politika li llum tidher biċ-ċar li hija favur ir-Russja; min-naħa l-oħra, hemm popolazzjoni li, skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, 81% hija favur li tissieħeb mal-UE.

Is-sitwazzjoni hija ta’ tensjoni, anke għaliex hemm il-perċezzjoni li l-gvern Russu qed jimmanipula lill-gvern Georgjan. Kif nistgħu nispjegaw mod ieħor għala l-partit "Ħolma Georgjana” pprova jadotta liġi dwar l-hekk imsejħa “aġenti barranin”, li hija ispirata mil-liġi Russa tal-2012, li tista’ tirrita lill-Georgjani li jqisu li dan l-abbozz ta’ liġi jista’ jfisser li jistgħu jitilfu darba għal dejjem it-tamiet tagħhom li jersqu viċin l-Ewropa?

Il-gvern Russu qed jaħdem biex jappoġġja lill-gvern ta’ “Ivanichvili” fil-politika tiegħu li jitbiegħed minn mal-Punent. Filwaqt li l-gvern Georgjan qiegħed sistematikament jimmina r-rabtiet mas-sħab tal-Punent (permezz ta’ kontroversja kostanti mar-rappreżentanti Ewropej u Amerikani u propoganda dwar allegazzjonijiet dwar l-intenzjonijiet tal-Punent li jiftħu t-tieni front fil-Georgia sabiex idgħajfu lir-Russja), il-Kremlin qed ifaħħar id-deċiżjonijiet tal-gvern “Ivanichvili” u qed jieħu passi biex jikkuntenta lill-opinjoni pubblika fil-Georgia – passi bħal li jdaħħal lura titjiriet diretti bejn iż-żewġ pajjiżi (li ilhom sospiżi mill-2019) u li jabolixxi l-ħtieġa ta’ viża għall-Georgjani li jivvjaġġaw lejn l-eks qawwa kolonjali.

Dan huwa “cocktail” splussiv ftit xhur lil hinn mid-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li hija meqjusa bħala storika minn ħafna Georgjani. Parti mill-opinjoni pubblika Georgjana ma ħaffritx lit-tim tas-Sur Ivanichvili talli ġab lill-pajjiż lura taħt l-isfera ta’ influwenza Russa. Parti oħra, forsi l-maġġoranza, tippreferi li tqis lilha nnifisha bħala pro-Ewropea, iżda ma tafx x’għandha taħseb fid-dawl tal-kritika kawstika kontra l-Punent fil-komunikazzjoni tal-gvern, u tidher imħassba biex ma tiġix irritata r-Russja li hija aktar aggressiva minn qatt qabel. Ir-riskji għas-sigurtà huma kbar wisq f’pajjiż li, ta’ min ifakkar, kien il-post tal-bidu tal-prova tal-qawwa bejn Moska u l-Punent permezz tal-gwerra Russa-Georgjana fl-2008.

Aħbarijiet tal-KESE

Inwaqqfu l-etaiżmu: Il-KESE iħeġġeġ l-Istati Membri tal-UE joħolqu strateġija ġdida għall-persuni akbar fl-età

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) stieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżviluppaw Strateġija Ewropea ġdida għall-Persuni Akbar fl-Età, li tmur lil hinn mill-perċezzjoni attwali tal-persuni akbar fl-età bħala piż u spiża għas-soċjetà. Minflok, l-istrateġija għandha tisfrutta l-potenzjal soċjali, ekonomiku u intellettwali tagħhom, li spiss jiġi injorat.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) stieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżviluppaw Strateġija Ewropea ġdida għall-Persuni Akbar fl-Età, li tmur lil hinn mill-perċezzjoni attwali tal-persuni akbar fl-età bħala piż u spiża għas-soċjetà. Minflok, l-istrateġija għandha tisfrutta l-potenzjal soċjali, ekonomiku u intellettwali tagħhom, li spiss jiġi injorat.

Fin-nuqqas ta’ politika komprensiva dwar il-persuni akbar fl-età u l-etaiżmu, din għandha tkun l-ewwel strateġija tal-UE li tipproteġi d-drittijiet tal-persuni akbar fl-età u tiżura l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà u fl-ekonomija.

L-appelli tal-KESE ġew ippreżentati f’Opinjoni li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, li matulha sar dibattitu mal-Viċi President tal-Kummissjoni għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica, u mal-President ta’ AGE Platform Europe, Dr Heidrun Mollenkopf. L-Opinjoni ġiet mitluba mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE.

L-Istrateġija tgħin sabiex teqred il-fehmiet tal-etaiżmu li jżidu d-diskriminazzjoni kontra n-nies akbar fl-età, li, flimkien mad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, ikomplu jkunu fil-quċċata tal-lista tal-aktar forom komuni ta’ diskriminazzjoni fl-UE, minkejja l-fatt li l-Ewropa qiegħda tixjieħ b’rata mgħaġġla. Il-Eurostat jistma li sal-2050, l-għadd ta’ persuni fl-UE ta’ bejn il-75 u l-84 sena se jiżdied b’56.1 %, filwaqt li l-għadd ta’ persuni ta’ bejn il-65 u l-74 sena ser jiżdied b’16.6 %.

“Il-KESE qed jagħmel appell ċar u inekwivoku lill-Kummissjoni biex tfassal Strateġija Ewropea għall-Persuni Akbar fl-Età qabel it-tmiem tal-mandat attwali tagħha. Nemmen li din tirrappreżenta punt tat-tluq li se jkollha effetti estensivi għall-politika soċjali u demografika Ewropea”, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Miguel Angel Cabra de Luna.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Dubravka Šuica qalet: “Il-persuni akbar fl-età la huma spiża u lanqas piż. Huma ta’ vantaġġ. Ma nistgħux inħarsu lejn it-tibdil demografiku b’mod iżolat. Jeħtieġ li nosservaw kif it-tibdil demografiku jinteraġixxi mal-megatendenzi bħat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali”.

“Il-persuni akbar fl-età ma għandhomx jitieqsu bħala benefiċjarji soċjali, iżda bħala ċittadini bl-istess drittijiet għal ħajja sħiħa mingħajr diskriminazzjoni bħall-persuni ta’ kull età. Dawn id-drittijiet iridu jiġu garantiti fl-oqsma kollha tal-ħajja”, qal Dr Mollenkopf.

Barra minn hekk, il-persuni akbar fl-età għandhom porzjon sinifikanti ta’ ġid f’diversi pajjiżi, b’mod partikolari l-kapaċità tal-akkwist. L-ekonomija tal-anzjani, xprunata minn konsumaturi akbar fl-età, hija pproġettata li tgħaddi minn tkabbir sostanzjali u hija stmata li tilħaq EUR 5.7 triljun sal-2025. Biex tindirizza dan il-potenzjal, l-UE teħtieġ strateġiji effettivi li jqisu d-dinamika reġjonali u l-opportunitajiet offruti li toffri din l-ekonomija. (ll)

 

Il-KESE jqiegħed l-ilma fuq l-aġenda tal-UE bl-ewwel proposti konkreti tal-Patt Blu

L-adozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ġestjoni tal-ilma, it-tisħiħ tal-investiment, l-introduzzjoni ta’ tikketti tal-konsum, u r-ristrutturar tal-prezzijiet huma fost ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin stabbiliti f’sitt Opinjonijiet tal-KESE dwar l-ilma adottati fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju. Dawn jiffurmaw l-ewwel mewġa ta’ proposti tal-KESE għal politika komprensiva tal-UE dwar l-ilma taħt l-inizjattiva tiegħu dwar il-Patt Blu.

Read more in all languages

L-adozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ġestjoni tal-ilma, it-tisħiħ tal-investiment, l-introduzzjoni ta’ tikketti tal-konsum, u r-ristrutturar tal-prezzijiet huma fost ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin stabbiliti f’sitt Opinjonijiet tal-KESE dwar l-ilma adottati fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju. Dawn jiffurmaw l-ewwel mewġa ta’ proposti tal-KESE għal politika komprensiva tal-UE dwar l-ilma taħt l-inizjattiva tiegħu dwar il-Patt Blu.

Bi tweġiba għall-isfidi urġenti f’dan il-qasam, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qiegħed fuq ta’ quddiem b’sensiela komprensiva ta’ rakkomandazzjonijiet għal politika tal-ilma sostenibbli għall-Ewropa. L-inizjattiva tiegħu dwar il-Patt Blu ssejjaħ għal approċċ unifikat fl-Ewropa kollha għall-eradikazzjoni tal-faqar tal-ilma u l-iżgurar tal-aċċess għal ilma sikur u affordabbli kif ukoll għal sanitazzjoni bħala dritt tal-bniedem.

Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati networks tal-infrastruttura u tad-distribuzzjoni tal-ilma reżiljenti. Dan jibda billi jitwettqu valutazzjonijiet tal-istat attwali tal-infrastruttura u d-disponibbiltà tal-ilma f’kull Stat Membru sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ investiment u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-ilma.

Is-sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet tal-KESE dwar l-ekonomija ta’ Patt Blu tal-UE tinkludi l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ pprezzar li jiskoraġġixxu konsum ħali tal-ilma u l-proposta ta’ mezzi ġodda ta’ finanzjament tal-politiki tal-ilma. Il-Kumitat għandu l-għan li jippożizzjona lill-UE bħala mexxejja globali fit-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Huwa jipproponi li l-ilma jiġi inkluż fil-politiki industrijali kollha tal-UE sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma, jiġu promossi l-użu mill-ġdid u r-riċiklar, u jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ilma. F’dak li jirrigwarda l-agrikultura, il-KESE jissuġġerixxi approċċ simili li jiżgura li d-dimensjoni tal-ilma tkun inkorporata bis-sħiħ fi ħdan il-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (PAK).

Filwaqt li jirrikonoxxi s-setgħa tal-konsumaturi fl-ixprunar tal-bidla, il-KESE jixtieq jippromovi wkoll l-użu ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-ilma billi jintroduċi tikketti tal-konsum tal-ilma u prattiki ċirkolari ta’ konsum tal-ilma, li jawtonomizzaw lill-individwi biex jikkontribwixxu għas-soluzzjoni.
Dawn il-proposti ser ikunu konsolidati minn sensiela ta’ prinċipji u azzjonijiet ewlenin li ser jiġu ppreżentati lill-istituzzjonijiet Ewropej fil-konferenza dwar Sejħa għal Patt Blu tal-UE fis-26 ta’ Ottubru 2023. L-objettiv tal-KESE huwa li l-ilma jkun wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss. (gb)

Il-promozzjoni u l-appoġġ għas-saħħa mentali jeħtieġu approċċ komprensiv

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appella għal riforma tas-sistemi tas-saħħa fl-UE fit-tentattiv li jiġi żgurat approċċ komprensiv għas-saħħa mentali, fost żieda fid-disturbi tas-saħħa mentali u l-anomaliji fl-imġiba fost l-Ewropej, b’mod partikolari l-popolazzjoni żagħżugħa tal-Ewropa.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appella għal riforma tas-sistemi tas-saħħa fl-UE fit-tentattiv li jiġi żgurat approċċ komprensiv għas-saħħa mentali, fost żieda fid-disturbi tas-saħħa mentali u l-anomaliji fl-imġiba fost l-Ewropej, b’mod partikolari l-popolazzjoni żagħżugħa tal-Ewropa.

F’Opinjoni mitluba mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE, adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju, il-KESE stqarr li l-kura tas-saħħa mentali għandha tiffoka fuq il-prevenzjoni f’waqtha, detezzjoni bikrija u kura bbażata fil-komunità.

Milena Angelova, ir-relatur tal-Opinjoni qalet li neħtieġu b’mod urġenti riforma tas-sistemi tas-saħħa madwar l-UE biex jiġi żgurat li dawn iwasslu għal interventi u kura fit-tul integrati u ppjanati, mhux biss biex jikkuraw, iżda wkoll biex jiġu evitati kundizzjonijiet mediċi, bl-użu ta’ timijiet multidixxiplinari, minflok ma jiġu organizzati madwar mudelli episodiċi ta’ kura.

Ivan Kokalov, il-korelatur tal-Opinjoni, qal li neħtieġu nibdlu s-sistemi tagħna tal-kura tas-saħħa mentali, u li neħtieġu aktar speċjalisti u aktar appoġġ għall-persuni li jeħtieġuha.
Iż-żgħażagħ, it-tfal, in-nisa u gruppi żvantaġġati, iżda wkoll persuni esposti għal stress fit-tul, huma f’riskju partikolari li jiżviluppaw disturbi mentali.

Wara l-pandemija tal-COVID-19, is-saħħa mentali kompliet tmur għall-agħar, b’madwar 20 % tal-Ewropej jesperjenzaw problemi gravi jew moderati tas-saħħa mentali. Fost affarijiet oħra, dan affettwa wkoll il-ħajja tax-xogħol u l-introjtu. Stimi attwali juru li s-saħħa mentali u l-anomaliji fl-imġiba jiswew lill-UE madwar 4 % tal-PDG tagħha fis-sena.
Id-disturbi tas-saħħa mentali qegħdin iħallu effett sever fuq il-ħajja u huma responsabbli għal madwar 4 % tal-imwiet fl-Ewropa kull sena; huma t-tieni l-aktar kawża prevalenti ta’ mewt fost iż-żgħażagħ.

Il-KESE jfaħħar lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan Komprensiv reċenti tagħa dwar is-Saħħa Mentali u jħeġġeġ li dan il-Pjan jiġi traspost malajr kemm jista’ jkun fi Strateġija tal-UE għas-Saħħa Mentali ffinanzjata b’mod xieraq. L-Istrateġija għandu jkollha skeda ta’ żmien, tiddefinixxi responsabbiltajiet ċari u tinkludi indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu.

Fil-fehma tal-KESE, is-sistemi tas-saħħa mentali għandhom ikunu bbażati fuq id-drittijiet, iffukati fuq il-persuni u jipprijoritizzaw ir-responsabbilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva tal-individwi fl-irkupru tagħhom.
Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara l-2024 bħala s-Sena Ewropea tas-Saħħa Mentali. Dan jibgħat sinjal qawwi u jħeġġeġ il-ħolqien ta’ alleanza b’saħħitha biex tittejjeb u tiġi promossa s-saħħa mentali fl-UE kollha.

 

Il-KESE jiddiskuti l-inizjattiva “Membri Onorarji tat-Tkabbir” biex tappoġġja l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi kandidati tal-UE

Il-KESE laqa’ rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi kandidati fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, u ħabbar l-inizjattiva li jaħtar Membri Onorarji tat-Tkabbir u jistedinhom jipparteċipaw fil-ħidma konsultattiva ta’ kuljum tal-Kumitat

Read more in all languages

Il-KESE laqa’ rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi kandidati fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, u ħabbar l-inizjattiva li jaħtar Membri Onorarji tat-Tkabbir u jistedinhom jipparteċipaw fil-ħidma konsultattiva ta’ kuljum tal-Kumitat

Bħala l-ewwel pass konkret lejn dak l-għan, il-KESE organizza dibattitu fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju dwar l-importanza tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir tal-UE. Il-President tal-KESE, Röpke, iffirma wkoll Memorandum ta’ Qbil mal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (KKR) biex jintlaħaq progress rigward l-impenn strutturat tas-soċjetà ċivili u ż-żgħażagħ fil-promozzjoni tal-paċi u l-prosperità fix-Xlokk tal-Ewropa.

Il-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir, Olivér Várhelyi, faħħar l-inizjattiva tal-KESE “Membri Onorarji tat-Tkabbir” bħala mod kif il-politika tat-tkabbir tinżamm kontinwament fuq quddiem fl-aġenda tal-UE. 

Il-Prim Ministru tal-Moldova, Dorin Recean, indika li din l-inizjattiva l-ġdida mill-KESE kienet f’waqtha u ser issaħħaħ il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-Moldova. 

Majlinda Bregu, Segretarju Ġenerali tal-KKR, qalet, “Aħna fil-KKR ma nistgħux nimmaġinaw il-koordinazzjoni tal-isforzi reġjonali b’rabta mal-isfida tal-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent mingħajr il-Forum Konsultattiv tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tagħna, u lanqas il-koordinazzjoni tal-isforzi lejn suq reġjonali mingħajr il-vuċi qawwija tal-kmamar tal-kummerċ tagħna”. 

Bosko Savkovic, mill-Unjoni ta’ Min Iħaddem tas-Serbja, faħħar lis-soċjetà ċivili Serba talli ssemma’ l-opinjoni tagħha, tiġġieled id-diżinformazzjoni barranija u tfakkar lis-Serbi dwar il-prospett ta’ sħubija fl-UE. 

Oleksandr Yavorskyi, mill-Federazzjoni ta’ Min Iħaddem fl-Ukrajna, qal: “L-Ukrajna għażlet li tibda l-vjaġġ tagħha biex issir membru tal-UE ħafna qabel ma bdiet il-gwerra. L-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili tal-Ukrajna issa jeħtieġu t-taħriġ it-tajjeb biex jgħinhom fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE”.

Anisa Subashi, Viċi President tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions tal-Albanija, enfasizzat ir-rwol tat-trade unions fit-tisħiħ tad-djalogu soċjali, speċjalment fi żmien meta l-gvern Albaniż qed jagħmel sforzi biex inaqqas l-ispazju tas-soċjetà ċivili. 

Kemm Dajana Cvjetkovic, Ċentru għall-Promozzjoni tas-Soċjetà Ċivili, il-Bożnija-Ħerzegovina, u Daliborka Uljarevic, Direttur Eżekuttiv, Ċentru għall-Edukazzjoni Ċivika fil-Montenegro, appoġġjaw ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir. “Aħna s-sinsla tas-soċjetà tagħna u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħna. Aħna l-eqreb alleati tal-istituzzjonijiet tal-UE u din l-inizjattiva se tkompli tapprofondixxi l-kooperazzjoni tagħna” qalet is-Sinjura Uljarevic. (mt)

Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku: l-UE tista’ tagħmel aktar

Il-pjan ta’ azzjoni għal industrija b’emissjonijiet żero netti m’għandux viżjoni li tiżgura li l-industrija tal-Ewropa tibqa’ kompetittiva u tattira l-investiment.

Read more in all languages

Il-pjan ta’ azzjoni għal industrija b’emissjonijiet żero netti m’għandux viżjoni li tiżgura li l-industrija tal-Ewropa tibqa’ kompetittiva u tattira l-investiment.

Il-KESE jemmen li l-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u l-Att dwar l-Industrija Netta Żero huma tajbin b’mod ġenerali, iżda għandhom ikunu aktar speċifiċi fir-rigward tal-azzjonijiet li se jittieħdu biex jittejbu l-fatturi tal-lokalità, biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-ekonomiji Ewropej u biex jiddistingwu lill-UE mir-rival sistemiċi tagħha.

“Nilmentaw ħafna l-fatt li kellu jkun l-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni fl-Istati Uniti li mbotta lill-UE tieħu azzjoni,” qalet Sandra Parthie, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u l-Att dwar l-Industrija Netta Żero. “Xtaqna li dan seħħ qabel. Xtaqna li kieku l-UE rreaġixxiet b’mod aktar b’saħħtu u b’aktar konvinzjoni, biex turi lill-kumpaniji u lis-soċjetajiet tagħna li verament irridu li l-Ewropa tibqa’ rilevanti bħala post industrijali, b’impjiegi tajbin u pagi tajbin għall-ħaddiema.”

L-industrija Ewropea saret inqas kompetittiva minn dik tar-rivali ewlenin tagħha tul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Il-PDG per capita fl-UE naqas minn madwar 70 % ta’ dak fl-Istati Uniti fis-snin 2000 għal inqas minn 66 %. L-ishma tal-Istati Uniti u tal-UE tal-investiment gross tad-dinja naqsu minn 29 % għal 20 % u minn 23 % għal 15 % rispettivament bejn l-1999 u l-2020. 

Sabiex titreġġa’ lura din ix-xejra ‘l isfel, il-KESE jirrakkomanda li jsir awditu biex jiġi identifikat kif l-UE tista’ tikkontrolla u ttejjeb il-ktajjen tal-valur tagħha u tevita dipendenzi eċċessivi. Jissuġġerixxi wkoll li l-abbozzi kollha ta’ leġiżlazzjoni tal-UE jkunu soġġetti għal kontroll tal-kompetittività.

Il-KESE jenfasizza li l-problema tal-burokrazija u tal-ħin ta’ proċessar teħtieġ azzjoni aktar b’saħħitha. Pereżempju fir-rigward tal-finanzjament pubbliku: id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju u l-aċess għall-finanzjament għall-proġetti jdumu wisq. Il-KESE jargumenta li, jekk irridu nevitaw li l-investituri jirrilokaw in-negozju tagħhom band’oħra, neħtieġu miżuri biex niżguraw finanzjament f’waqtu u aċċessibbli, kemm għall-ispejjeż operattivi kif ukoll għan-nefqa kapitali, li jkopru t-tipi kollha ta’ negozji, kbar u żgħar. 

Il-proċess għall-ħruġ tal-permessi huwa punt ieħor li fir-rigward tiegħu l-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku mhuwiex aġġornat: dan jidentifika għadd ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero li għandhom jingħataw permessi rapidi u aktar appoġġ finanzjarju għall-proġetti, u b’hekk setturi oħra jispiċċaw jiffaċċjaw aktar diffikultajiet.

Fil-fehma tal-KESE, il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u l-Att dwar l-Industrija Netta Żero jiffokaw b’mod strett wisq fuq il-promozzjoni tat-teknoloġiji ekoloġiċi u l-għażla tar-rebbieħa. Minflok, għandhom jinkoraġġixxu industrija diversa b’firxa wiesgħa ta’ setturi.  
L-Ewropa tospita ħafna industriji peżanti u primarji intensivi fl-enerġija li jeħtieġu dekarbonizzazzjoni u li mhumiex inklużi fil-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku. 

It-tħaffif tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat huwa nassa potenzjali oħra, peress li jista’ jwessa’ d-distakk bejn l-Istati Membri aktar sinjuri u dawk ifqar, li ma għandhomx l-ispazju fiskali biex jinvestu fit-tranżizzjoni ekoloġika u biex jappoġġjaw lill-industriji avvanzati u l-unitajiet domestiċi tagħhom. Huwa għalhekk li għandu jkun hemm dibattitu serju dwar Fond Ewropew għas-Sovranità biex jipprovdi finanzjament addizzjonali fil-livell tal-UE għat-tranżizzjoni. 

Iċ-ċifri tal-Kummissjoni Ewropea juru li hemm potenzjal sinifikanti ta’ ħolqien ta’ impjiegi fil-qasam tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, meta wieħed iqis li hemm 180 000 ħaddiem meħtieġa fil-manifattura tal-idroġenu taċ-ċelloli tal-fjuwil, 66 000 fil-manifattura solari fotovoltajka u 800 000 fil-produzzjoni tal-batteriji. 

Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku jappoġġja l-iżvilupp tal-ħiliet ekoloġiċi, iżda l-KESE jsostni li għandu jappoġġja l-iżvilupp tal-firxa sħiħa ta’ ħiliet meħtieġa fl-industrija. Għandu wkoll iħaffef u jistandardizza l-permessi tax-xogħol għal ħaddiema kwalifikati li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. (dm)
 

Il-KESE jħeġġeġ lill-UE għal approċċ koeżiv għall-politiki dwar il-materja prima biex jiġu indirizzati s-sigurtà tar-riżorsi u t-tranżizzjoni ekoloġika

F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-KESE jħeġġeġ lill-UE biex tieħu approċċ komprensiv għall-politiki dwar il-materja prima. Huwa jipproponi l-espansjoni tal-listi ta’ materjali kritiċi, l-iżgurar ta’ prezzijiet ġusti tal-enerġija, is-simplifikazzjoni tal-permessi, il-prijoritizzazzjoni tar-riċiklaġġ, u l-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità fil-politiki tal-UE dwar il-materja prima.

Read more in all languages

F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-KESE jħeġġeġ lill-UE biex tieħu approċċ komprensiv għall-politiki dwar il-materja prima. Huwa jipproponi l-espansjoni tal-listi ta’ materjali kritiċi, l-iżgurar ta’ prezzijiet ġusti tal-enerġija, is-simplifikazzjoni tal-permessi, il-prijoritizzazzjoni tar-riċiklaġġ, u l-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità fil-politiki tal-UE dwar il-materja prima.

Iċ-Ċina bħalissa tiddomina l-provvista globali tal-materja prima kritika, filwaqt li l-Ewropa tipproduċi inqas minn 5% tal-materja prima minerali tad-dinja. Azzjoni hija imperattiva billi d-domanda għal materja prima globali se tirdoppja sal-2060.

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, il-KESE jirrakkomanda li tiġi estiża l-lista ta’ materja prima kritika sabiex tinkludi dawk li huma vitali għal teknoloġiji ekoloġiċi u sostenibbli u jkunu jistgħu jitwettqu politiki u investimenti mmirati, Huwa favur ukoll prezzijiet tal-enerġija ġusti, appoġġ finanzjarju, proċeduri ta’ permessi semplifikati, u sħubijiet ma’ pajjiżi oħrajn sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tar-riżorsi u tiġi xprunata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-UE.

Ir-relatur tal-KESE għall-Opinjoni, Maurizio Mensi, enfasizza l-ħtieġa li jiġu prijoritizzati l-irkupru u l-użu mill-ġdid tal-materja prima fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart bħala mod kif titnaqqas id-dipendenza fuq sorsi primarji u jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku. Madankollu, il-Kumitat iwissi dwar l-importanza li s-sigurtà tar-riżorsi tkun ibbilanċjata ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali sabiex jiġu allinjati l-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-UE.

Il-korelatur tal-KESE, Michal Pintér, argumenta favur bini tal-kapaċità madwar l-UE kollha fl-industriji estrattivi. L-Opinjoni tappella biex issir enfasi fuq l-iżvilupp tal-kapital uman fl-industriji estrattivi, u fuq it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol attwali sabiex jitrawwem settur tal-materja prima b’saħħtu.

Billi jiġu indirizzati b’mod kollettiv dawn l-aspetti, l-UE tista’ tagħmel tranżizzjoni li tirnexxi lejn ekonomija ekoloġika, u tqiegħed pedamenti għal settur tal-materja prima sostenibbli u kompetittiv madwar id-dinja. (gb)

It-tranżizzjoni għal enerġija sostenibbli fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE: triq lejn in-newtralità klimatika

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE, f’Opinjoni mitluba mill-Presidenza Spanjola u li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju. Huwa u jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u li jiġu promossi alternattivi tal-enerġija sostenibbli, rinnovabbli u kummerċjalment vijabbli, il-KESE jenfasizza l-importanza li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.

Read more in all languages

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE, f’Opinjoni mitluba mill-Presidenza Spanjola u li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju. Huwa u jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u li jiġu promossi alternattivi tal-enerġija sostenibbli, rinnovabbli u kummerċjalment vijabbli, il-KESE jenfasizza l-importanza li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.

Il-KESE jenfasizza li l-industrija tas-sajd taqdi rwol vitali biex ittaffi l-effetti tat-tibdil fil-klima. Is-sajjieda jipprovdu waħda mill-aktar proteini tajbin għas-saħħa tal-annimali b’impronta tal-karbonju minima, meta wieħed iqis li l-emissjonijiet mis-settur huma mbassra li jammontaw għal frazzjoni żgħira tat-total dinji fl-2023, b’enfasi fuq l-impatt ambjentali relattivament baxx tal-industrija. Madankollu, il-KESE jħeġġeġ li jsiru aktar sforzi biex tissaħħaħ l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u jkomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet.

“Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tas-sajd tirrikjedi approċċ komprensiv, inċentivi finanzjarji u t-tħaddin ta’ sorsi tal-enerġija b’emissjonijiet żero”, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Javier Garat Pérez. “Irridu nsibu bilanċ bejn ir-realiżmu u l-ambizzjoni. Neħtieġu skeda ta’ żmien adatta u realistika għad-dekarbonizzazzjoni li tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, loġistiċi u leġiżlattivi. L-ispiża tat-tranżizzjoni m’għandhiex tkun ta’ piż għal min iħaddem u għall-ħaddiema fis-setturi marittimi u jeħtieġ li tiżgura li ħadd jitħalla jibqa’ lura. Li jinstab bilanċ bejn l-għanijiet tad-dekarbonizzazzjoni u l-vijabbiltà ekonomika huwa kruċjali għal tranżizzjoni tal-enerġija b’suċċess.”

Il-KESE jirrikonoxxi l-isfidi marbuta mal-iżvilupp u d-disponibbiltà globali ta’ teknoloġiji ekoloġiċi alternattivi u innovattivi. Il-KESE jissuġġerixxi l-ibridizzazzjoni bħala soluzzjoni intermedja, u fl-istess ħin għandhom jiġu eżaminati wkoll għażliet lil hinn mill-fjuwils fossili. Barra minn hekk, huwa jinnota li kwalunkwe bidla fis-sors tal-enerġija se teħtieġ bastimenti ġodda ddisinjati b’mod kompletament ġdid u b’kapaċità akbar abbord (tunnellaġġ gross) biex jakkomodaw il-makkinarju l-ġdid. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi d-definizzjoni tal-“kapaċità tas-sajd” sabiex tkun tista’ timplimenta teknoloġiji ġodda relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija. (ks)

 

Reklamar mill-influwenzaturi: il-KESE jipproponi regolamentazzjoni tal-UE li tistabbilixxi limitu

Ir-regoli għandhom jistabbilixxu obbligi għall-influwenzaturi, iżda wkoll għall-pjattaformi ta’ video-sharing u għan-networks tal-media soċjali

Read more in all languages

Ir-regoli għandhom jistabbilixxu obbligi għall-influwenzaturi, iżda wkoll għall-pjattaformi ta’ video-sharing u għan-networks tal-media soċjali

Ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-influwenzaturi hija waħda mill-industriji li kibret b’rata mgħaġġla f’dan l-aħħar deċennju. Il-kunsumaturi jqisu lill-influwenzaturi bħala persuni eqreb tagħhom, aktar awtentiċi u ta’ min jafdahom aktar mir-reklamar tradizzjonali jew l-approvazzjoni minn personalitajiet famużi, għaldaqstant, l-influwenzaturi qed jattiraw dejjem aktar l-investiment tal-kumpaniji.

Madankollu, għall-kuntrarju tar-reklamar tradizzjonali, li huwa soġġett għal regoli stretti ħafna, ir-reklamar mill-influwenzaturi jista’ jevita r-regoli dwar id-divulgazzjoni tar-reklamar. In-natura kummerċjali tal-posts tal-influwenzaturi mhux dejjem tkun identifikabbli faċilment, peress li r-reklami jidhru flimkien ma’ kontenut ppreżentat b’mod simili, iżda li jkun kontenut editorjali indipendenti. 

Dan in-nuqqas ta’ trasparenza huwa ta’ periklu għall-konsumaturi b’mod ġenerali u għall-minorenni b’mod partikolari. L-esponiment ta’ dan il-grupp vulnerabbli għal reklamar bil-moħbi jista’ potenzjalment jagħmel ħsara lill-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku, soċjali u emozzjonali tagħhom. 

L-UE għandha taġixxi? “Fil-fatt, l-UE diġà għandha xi mekkaniżmi fis-seħħ biex tittratta l-influwenzaturi, li huma koperti mil-leġiżlazzjoni kemm dwar dawk li jirreklamaw kif ukoll dwar il-bejjiegħa/in-negozjanti. Madankollu, aħna tal-fehma li huwa xieraq li jkun hemm approċċ komprensiv fid-dawl taż-żieda rapida ta’ dan il-fenomenu”, qal Bernardo Hernández Bataller, relatur tar-rapport tal-KESE dwar din il-kwistjoni.

Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-UE għandha tistabbilixxi obbligi speċifiċi kemm għall-amministraturi kif ukoll għall-pjattaformi ta’ video-sharing u n-networks tal-media soċjali dwar kif joperaw l-influwenzaturi, u għall-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi nfushom. 

L-influwenzaturi għandhom:

  • jimmarkaw b’mod prominenti u mill-ewwel biex jenfasizzaw li l-post hija komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni;
  • jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tas-settur imfassla biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-utenti, speċjalment il-minuri u gruppi oħra vulnerabbli;
  • ikunu responsabbli jekk jonqsu milli jagħmluha ċara meta huma jkunu mħallsa biex japprovaw jew jippromovu prodott jew servizz.

L-amministraturi tal-pjattaformi u n-networks tal-media soċjali għandhom:

  • ikunu wkoll responsabbli għall-kontenut ippubblikat mill-ħallieqa tal-kontenut u mill-influwenzaturi li huma jospitaw; 
  • ikollhom l-obbligu li jneħħu kontenut illegali u li jirrapportaw attività illegali;
  • jitolbu lill-ħallieqa tal-kontenut/lill-influwenzaturi kollha li joperaw barra l-UE biex jindikaw b’mod ċar min huwa responsabbli legalment għall-attività tagħhom fl-UE u li jkollhom assigurazzjoni professjonali li tkopri kontra d-dannu kkawżat minn attivitajiet illegali.

Sabiex jiġu protetti l-minuri, il-pjattaformi u l-amministraturi tan-network soċjali, flimkien mal-influwenzaturi, għandhom jiżguraw li: 

  • huwa teknikament possibbli li jimpedixxu utenti taħt l-età milli jaraw kontenut sensittiv, li fi kwalunkwe każ irid ikun immarkat bħal “ipprojbit għal tfal taħt it-18-il sena”, jitolbu verifika tal-età u jippermettu l-użu tal-kontroll mill-ġenituri;
  • il-posts tal-influwenzaturi li jkunu mmirati għall-minuri jridu jinkludu l-kliem “reklamar”, “komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni”, jew “sponsorjat minn”; u li immaġni mmodifikati jiġu mmarkati bħala “immaġni modifikata” u prodotti tal-intelliġenza artifiċjali bħala “immaġni virtwali”.

L-Opinjoni tal-KESE tfasslet għall-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE, li qed tqis jekk għandhiex tiġi adottata regolamentazzjoni speċika, u talbet għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-kwistjoni. (dm)
 

L-UE tirreġistra l-ogħla livell ta’ inflazzjoni mill-introduzzjoni tal-euro ’l hawn: 96,5 miljun persuna f’riskju ta’ faqar

L-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea qiegħda fl-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat wara l-introduzzjoni tal-euro. Attwalment, hemm 96,5 miljun persuna Ewropea f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali: dawn in-nies huma dawk l-iktar milquta miż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi, l-ispejjeż dejjem jogħlew tal-enerġija u t-telf tal-kapaċità tal-akkwist.

Read more in all languages

L-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea qiegħda fl-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat wara l-introduzzjoni tal-euro. Attwalment, hemm 96,5 miljun persuna Ewropea f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali: dawn in-nies huma dawk l-iktar milquta miż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi, l-ispejjeż dejjem jogħlew tal-enerġija u t-telf tal-kapaċità tal-akkwist.

Dawn huma biss ftit miċ-ċifri allarmanti żvelati fl-Opinjoni tal-KESE abbozzata minn Felipe Medina Martín u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju.

L-impatt tal-kriżi tal-enerġija fuq l-ekonomija Ewropea huwa serju. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, il-materja prima, is-servizzi u l-prodotti industrijali wasslu għal inflazzjoni għolja, dgħajfu t-tkabbir ekonomiku, qiegħdu pressjoni kbira fuq il-finanzi pubbliċi u n-negozji, u fl-istess ħin ipperikolaw il-kompetittività ekonomika esterna.

Biex din it-tendenza titreġġa’ lura, il-KESE jinnota li l-unitajiet domestiċi u s-setturi ewlenin (is-settur agroalimentari, tat-trasport, dak ferrovjarju, eċċ.) għandhom jibbenefikaw minn pjani għat-tnaqqis tal-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija, u jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll. Il-politiki futuri għandhom ikunu mfassla apposta, immirati u reżistenti għat-tranżizzjoni, u għandhom jappoġġjaw b’mod partikolari lill-familji b’introjtu aktar baxx u b’diffikultajiet akbar.

Xi miżuri nazzjonali ta’ kontroll tal-prezzijiet urew li huma l-aktar miżura adatta biex jittaffew l-effetti tal-prezzijiet għoljin ta’ prodotti bażiċi fuq il-baġits tal-familji. Pereżempju, l-“eċċezzjoni Iberika” fuq is-sistema tal-prezzijiet tas-suq tal-elettriku ppermettiet lil Spanja u lill-Portugall jillimitaw il-prezz tal-gass fl-impjanti tal-produzzjoni tal-elettriku u, b’hekk, inaqqsu drastikament il-kontijiet. It-tnaqqis temporanju tal-VAT fuq il-prezzijiet tal-elettriku, l-ikel u l-fjuwil adottat f’xi Stati Membri huwa eżempju ieħor. (mp)

Il-KESE jappella għat-tisħiħ tal-assigurazzjoni tad-depożiti, l-armonizzazzjoni u l-proporzjonalità biex tissaħħaħ is-sistema bankarja tal-UE

Wara l-kriżijiet bankarji reċenti fl-Istati Uniti u l-każ ta’ Credit Suisse, il-KESE rrieżamina l-Proposta tal-Kummissjoni għar-rieżami tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta' depożitu (CMDI). Fost miżuri oħra, il-Kumitat jitlob li jiġu protetti l-interessi tal-banek iżgħar u lokali, tad-depożitanti u tal-kontribwenti, u li l-pakkett tas-CMDI jiġi kkoordinat mar-riforma futura tar-Regolament dwar l-għajnuna mill-Istat.

Read more in all languages

Wara l-kriżijiet bankarji reċenti fl-Istati Uniti u l-każ ta’ Credit Suisse, il-KESE rrieżamina l-Proposta tal-Kummissjoni għar-rieżami tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta' depożitu (CMDI). Fost miżuri oħra, il-Kumitat jitlob li jiġu protetti l-interessi tal-banek iżgħar u lokali, tad-depożitanti u tal-kontribwenti, u li l-pakkett tas-CMDI jiġi kkoordinat mar-riforma futura tar-Regolament dwar l-għajnuna mill-Istat.

Kien il-Gvern Spanjol li talab lill-KESE janalizza l-kwistjoni u jipprovdi rakkomandazzjonijiet ta’ politika lill-koleġiżlaturi u lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE. Il-Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-qafas CMDI għandha l-għan li tindirizza r-riskji li għad baqa’ fis-settur bankarju Ewropew, li jkompli jsir progress fit-tkomplija tal-Unjoni Bankarja u li jissaħħaħ is-suq uniku tal-UE fl-interess tad-depożitanti u l-kontribwenti.

“Il-KESE jagħraf l-importanza tal-ħeffa, il-flessibbiltà u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-kriżijiet bankarji u li, fl-istess ħin, jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti”, qal ir-relatur tal-KESE Giuseppe Guerini. “Il-Proposta tal-Kummissjoni hija pass lejn it-tkomplija tal-Unjoni Bankarja, li hija kruċjali għall-konsolidazzjoni sħiħa tas-sistema finanzjarja tal-UE u għat-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-suq”.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE jinsisti li l-armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-depożiti u l-evalwazzjoni ta’ alternattivi ta’ riżoluzzjoni u insolvenza huma kruċjali biex jiġu protetti l-interessi tad-depożitanti u biex tiġi preservata d-diversità tal-ekosistema bankarja Ewropea. (tk)
 

Niċċelebraw 65 sena tal-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali nħoloq fl-1957 u ngħata setgħat konsultattivi sabiex iressaq, permezz tal-Opinjonijiet tiegħu u ta’ varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet oħra, il-perspettiva u t-tħassib tas-soċjetà ċivili organizzata quddiem il-korpi Ewropej tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u permezz ta’ dan iqarreb lill-UE lejn iċ-ċittadini tagħha.

 

 

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali nħoloq fl-1957 u ngħata setgħat konsultattivi sabiex iressaq, permezz tal-Opinjonijiet tiegħu u ta’ varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet oħra, il-perspettiva u t-tħassib tas-soċjetà ċivili organizzata quddiem il-korpi Ewropej tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u permezz ta’ dan iqarreb lill-UE lejn iċ-ċittadini tagħha.

Is-sena ta’ wara – u 65 sena ilu – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kellu l-ewwel sessjoni plenarja tiegħu. Aqra iktar dwar il-65 anniversarju hawnhekk: www.eesc.europa.eu/65

 

Analiżi tal-2022 – ir-rapport tal-attività tagħna ġie ppubblikat!

X’għamilna s-sena li għaddiet? Dan tista’ ssibu fir-rapport tagħna dwar l-attivitajiet tal-2022: analiżi tas-sena. X’kienu l-punti ewlenin u l-aktar suġġetti importanti tas-sena li għaddiet?

Read more in all languages

X’għamilna s-sena li għaddiet? Dan tista’ ssibu fir-rapport tagħna dwar l-attivitajiet tal-2022: analiżi tas-sena. X’kienu l-punti ewlenin u l-aktar suġġetti importanti tas-sena li għaddiet?

L-2022 kienet ikkaratterizzata minn avvenimenti drammatiċi. Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet gwerra mhux provokata kontra l-Ukrajna. B’segwitu għal din l-aggressjoni, il-KESE qed jappoġġja kontinwament lis-soċjetà ċivili Ukrena permezz ta’ għadd ta’ Opinjonijiet, konferenzi u riżoluzzjonijiet. Ftaħna l-bini tagħna għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ukreni attivi fi Brussell, u pprovdejna post sikur biex inkomplu naħdmu u nżommu lis-soċjetà ċivili Ukrena ħajja. Il-Premju għas-Soċjetà Ċivili tagħna ppremja inizjattivi li jgħinu liċ-ċittadini li qed ibatu b’riżultat tal-gwerra.

B’risposta għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, il-KESE propona approċċ komprensiv għat-tranżizzjoni tal-enerġija, ibbażat fuq il-ħtieġa għal mudell ġdid tal-enerġija u UE li tkun indipendenti mil-lat tal-enerġija. U għalkemm l-UE għadha qed tiġġieled il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, l-investimenti fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali issa saru aktar essenzjali minn qatt qabel. Għalhekk il-Kumitat qed jappoġġja l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

Jekk tixtieq tkun taf aktar, niżżel il-fuljett:
https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/publications-other-work/publications/2022-year-review.

 

Aħbarijiet mill-Gruppi

Id-diplomazija dwar il-klima għandha tkun azzjoni ewlenija tal-politika barranija tal-UE

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

In-nirien fil-foresti qed jinfirxu bil-qilla f’diversi pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa dan is-sajf, qed jeqirdu d-djar u l-faċilitajiet ta’ mal-kosta u jibdlu żoni vasti ta’ foresti f’wesgħat ta’ art żdingata mimlija rmied, waqt li s-Slovenja tinsab milquta mill-għargħar. L-avvenimenti klimatiċi mhumiex fenomenu ġdid fl-Ewropa, imma l-intensità tagħhom żdiedet, kemm hawn fl-Ewropa kif ukoll f’żoni oħra. M’hemm l-ebda dubju li t-tibdil fil-klima qed jagħmel dawn il-fenomeni aktar frekwenti u aktar estremi.

Read more in all languages

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

In-nirien fil-foresti qed jinfirxu bil-qilla f’diversi pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa dan is-sajf, qed jeqirdu d-djar u l-faċilitajiet ta’ mal-kosta u jibdlu żoni vasti ta’ foresti f’wesgħat ta’ art żdingata mimlija rmied, waqt li s-Slovenja tinsab milquta mill-għargħar. L-avvenimenti klimatiċi mhumiex fenomenu ġdid fl-Ewropa, imma l-intensità tagħhom żdiedet, kemm hawn fl-Ewropa kif ukoll f’żoni oħra. M’hemm l-ebda dubju li t-tibdil fil-klima qed jagħmel dawn il-fenomeni aktar frekwenti u aktar estremi.

Bil-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija sussegwenti, l-isforzi mmirati biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u biex iniedu t-tranżizzjoni ekoloġika ġenwina fl-Ewropa spiċċaw sa ċertu punt imxekkla.

Ċerti Stati Membri adottaw għadd ta’ miżuri li de facto qed idewmu l-eliminazzjoni gradwali tal-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni tal-fjuwils fossili, jew saħansitra qed jinvestu f’operazzjonijiet ġodda ta’ dan it-tip biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-enerġija tagħhom. Din l-imġiba tibgħat messaġġi li joħolqu konfużjoni, mhux biss lill-popli tal-Ewropa iżda wkoll lil pajjiżi terzi, li jistgħu jużawhom biex jiġġustifikaw dewmien fit-tranżizzjonijiet tagħhom stess. M’hemmx dubju li dan kollu jista’ jipperikola s-summit tal-COP28 ta’ din is-sena, fejn il-pajjiżi huma mistennija jilħqu ftehim dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-karburanti fossili li jirrilaxxaw is-CO2.

Huwa għalhekk li l-UE għandha żżomm approċċ koerenti u konsistenti għall-politika dwar il-klima. Irridu nipprattikaw dak li nippridkaw! Dan l-aħħar l-UE saħħet il-ħidma tagha dwar id-diplomazija dwar il-klima, li s-suċċess tagħha jiddependi ħafna mid-deċiżjonijiet interni ta’ politika dwar il-klima li tieħu l-UE, iżda wkoll mill-implimentazzjoni effettiva tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Minkejja l-isfidi ġeopolitiċi ġodda li qed jaċċelleraw, l-UE jeħtiġilha tikseb għarfien aktar profond dwar l-aspetti ġeopolitiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan jitlob strateġija ġdida, robusta u kredibbli biex id-diplomazija tal-UE dwar il-klima tiġi aġġustata għax-xenarju ġeopolitiku attwali.

Minn fejn għandna nibdew? Fil-KESE, aħna nemmnu li għandna narrikkixxu s-sett ta’ għodod tad-diplomazija dwar il-klima b’inizjattivi li għandhom l-għan mhux biss li jżidu l-ambizzjonijiet klimatiċi iżda wkoll li jikkondividu l-esperjenza tal-UE u jindirizzaw ir-riskji relatati mal-klima.

Biex inħaddmu d-diplomazija dwar il-klima għandna nisfruttaw in-natura ta’ diversi livelli tagħha. Il-ħolqien ta’ Network ta’ Diplomazija tas-Soċjetà Ċivili jista’ jkun punt ta’ tluq.

Hekk kif nimxu ’l quddiem, m’hemmx ħin x’nitilfu jekk irridu nevitaw ħsara irreparabbli. Id-diplomazija dwar il-klima hija diplomazija preventiva. Din hija r-raġuni għaliex huwa ċar li hemm ħtieġa urġenti li naġġornaw id-diplomazija dwar il-klima, biex nagħmluha l-azzjoni ewlenija tal-affarijiet esterni u tal-politika barranija tal-UE.

In-negozjar kollettiv, id-demokrazija u l-futur tax-xogħol: kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fi tmiem is-sajf tal-2023

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

In-negozjar kollettiv, minkejja li huwa wieħed mill-pedamenti tar-relazzjonijiet industrijali fl-Ewropa, ivarja ħafna fost l-Istati Membri, u l-ħaddiema jiġu koperti u protetti b’livelli differenti.

Read more in all languages

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

In-negozjar kollettiv, minkejja li huwa wieħed mill-pedamenti tar-relazzjonijiet industrijali fl-Ewropa, ivarja ħafna fost l-Istati Membri, u l-ħaddiema jiġu koperti u protetti b’livelli differenti.

Huwa parti mill-proċess tad-djalogu soċjali, li huwa wkoll wieħed mill-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE. Il-Grupp tal-Ħaddiema qed jaħdem mill-qrib mal-Gvern Spanjol dwar dan, b’mod partikolari permezz tal-Opinjonijiet dwar Negozjar Kollettiv Ekoloġiku u Id-demokrazija fil-post tax-xogħol, kwistjonijiet li ser jiġu diskussi waqt l-avveniment ta’ livell għoli dwar id-djalogu soċjali f’Santiago de Compostela fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2023, organizzat mill-Presidenza Spanjola.

Il-Grupp tal-Ħaddiema ser jiddiskuti l-importanza tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv fl-20 ta’ Settembru u jistenna wkoll li jikseb fehim aħjar u jikkjarifika l-istampa kumplessa tan-negozjar kollettiv fl-UE permezz tal-istudju li qed iwettaq, li kien miftuħ għall-espressjonijiet ta’ interess sat-8 ta’ Settembru hawnhekk.

 

Ejjew nipproteġu lis-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ u nsaħħu l-pożizzjoni tagħha

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

F’Lulju, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Federalisti Żgħażagħ Ewropej ikkoorganizzaw seminar taż-żgħażagħ dwar is-suġġett “Iż-żgħażagħ taħt pressjoni: il-ħarsien tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ” Is-seminar ta segwitu lil webinars preċedenti dwar il-parteċipazzjoni ċivika taż-żgħażagħ li ġew organizzati mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili fl-2021 u l-2022.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

F’Lulju, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Federalisti Żgħażagħ Ewropej ikkoorganizzaw seminar taż-żgħażagħ dwar is-suġġett “Iż-żgħażagħ taħt pressjoni: il-ħarsien tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ” Is-seminar ta segwitu lil webinars preċedenti dwar il-parteċipazzjoni ċivika taż-żgħażagħ li ġew organizzati mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili fl-2021 u l-2022.

Matul l-iskambju bejn ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ u dawk istituzzjonali, fosthom il-kelliema mistiedna Dr Sergey Lagodinsky (Membru tal-Parlament Ewropew, Ħodor/AĦE), Alessia Valentino (Uffiċjal Legali, Kummissjoni Ewropea), u Christian Moos (membru tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u relatur tal-Opinjoni li jmiss tal-KESE dwar il-pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija), is-seminar indirizza t-tendenzi u l-ksur speċifiku tal-ispazji ċiviċi taż-żgħażagħ fl-Ewropa.

Matul l-avveniment ġiet enfasizzata l-ħtieġa urġenti għal djalogu ċiviku ikkoordinat fil-livell nazzjonali u Ewropew, żieda fil-finanzjament għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u parteċipazzjoni inklużiva għaż-żgħażagħ kollha. L-avveniment enfasizza wkoll il-ħtieġa għal mekkaniżmi biex jiġu protetti l-attivisti u għal segwitu sinifikanti għad-djalogi maż-żgħażagħ, kif ukoll li jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet dejjem akbar fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Minkejja l-perspettivi differenti u r-rikonoxximent tal-fatt li ma hemmx soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd biex jiġi indirizzat it-tħassib fl-Istati Membri, il-kelliema u l-parteċipanti kollha kollettivament qablu li hemm bżonn urġenti li tiġi protetta s-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ u li tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħha sabiex jiġi żgurat li d-demokraziji jżommu l-vitalità tagħhom.

Il-lista sħiħa ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet mis-seminar hija disponibbli minn: https://europa.eu/!DFFpPj
 

Soon in the EESC/Cultural events

Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika 2023: il-KESE jħabbar il-finalisti

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa kburi jħabbar il-finalisti, skont il-kategorija, tat-tieni edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika, koorganizzati mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra biex tiġi ppremjata l-eċċellenza fil-katina ta’ valur organika Ewropea...

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa kburi jħabbar il-finalisti, skont il-kategorija, tat-tieni edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika, koorganizzati mal-Kummissjoni Ewropea u msieħba oħra biex tiġi ppremjata l-eċċellenza fil-katina ta’ valur organika Ewropea. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fil-25 ta’ Settembru, b’rabta mal-Jum Organiku tal-UE, f’ċerimonja speċjali li se jattendi għaliha l-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski.

Hekk kif it-tranżizzjoni organika tikseb momentum madwar l-Ewropa, qed naraw għadd kbir ta’ inizjattivi notevoli fl-azzjoni. Il-fażi inizjali tal-evalwazzjoni waslet fi tmiemha u wara eżami ddettaljat tas-sottomissjonijiet kollha, aħna kburina li nippreżentaw il-finalisti f’kull waħda mit-tliet kategoriji:

Il-finalisti, f’ordni alfabetika, huma:

  1. L-aħjar intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (SME) fil-qasam tal-ipproċessar tal-ikel organiku
    • Ekološka kmetija Kukenberger, is-Slovenja, proċessar ta’ prodotti tal-ħalib.
    • Fürstenhof GmbH, il-Ġermanja, proċessar ta’ bajd u laħam tat-tjur.
    • The Merry Mill, l-Irlanda, l-iżjed l-ipproċessar ta’ ħafur u dqiq mingħajr glutina.
  2. L-aqwa bejjiegħ/a bl-imnut tal-ikel organiku
    • Gut Wulkselde GmbH, il-Ġermanja, ħanut li jbigħ prodotti mir-razzett tagħhom.
    • NaturaSì Ariele Conegliano, l-Italja, ħanut li huwa parti min-network NaturaSì.
    • Valle y Vega Cooperative Agroecológica de Granada, Spanja, ħanut immexxi minn kooperattiva ta’ bdiewa.
  3. L-aqwa ristorant/servizz tal-ikel organiku
    • Biohotel St. Daniel, is-Slovenja, ristorant li jagħmel parti minn “bio-lukanda”.
    • Luftburg - Kolariks Freizeitbetriebe GmbH, l-Awstrija, ristorant li jilqa’ l-familja kollha.
    • Trnulja Country Estate, is-Slovenja, ristorant fi proprjetà rurali.

Għal darb’ oħra l-KESE rnexxielu jattratta applikazzjonijiet ta’ kwalità għolja għal dawn il-premjijiet, bis-saħħa tan-network tiegħu ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dawn il-proġetti notevoli jinkludu l-katina tal-valur organika kollha kemm hi, u jipprovdu evidenza ċara li diġà għaddejja bidla prattika lejn sistemi tal-ikel aktar sostenibbli u ekwitabbli. Issa huwa imperattiv għal dawk li jfasslu l-politika li jistabbilixxu kundizzjonijiet li jippermettu li dawn l-inizjattivi jiffjorixxu u jiġu imitati f’diversi reġjuni, skont Peter Schmidt, president tas-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) tal-KESE.

Il-premijiet ġew imnedija bħala parti mill-impenn li sar fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika bil-għan li tiġi rikonoxxuta l-eċċellenza tul il-katina tal-katina tal-ikel organiku, mill-bidwi għar-restorant. Dawn jippremjaw l-operaturi organiċi li huma l-aqwa u l-iżjed innovattivi u li qed jgħinu biex jitnaqqas l-impatt tal-agrikoltura fuq il-klima u l-ambjent, u li l-azzjonijiet tagħhom jgħinu biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-istrateġiji Mill-Għalqa sal-Platt u tal-bijodiversità.

Aktar informazzjoni dwar il-kandidati, il-kriterji tal-għażla u l-premijiet b’mod ġenerali jinstabu fis-sit web tal-Premijiet tal-UE għas-Settur Organiku u fis-sit web tal-KESE. (ks)

Il-KESE jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili dwar l-indirizzar tas-saħħa mentali

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) nieda l-14-il edizzjoni tal-Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili miftuħ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, individwi u kumpaniji privati reġistrati jew li jirrisjedu fl-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-għażla tas-saħħa mentali bħala t-tema ta’ din is-sena, il-KESE se jippremja proġetti kreattivi u innovattivi mingħajr skop ta’ qligħ li jgħinu lill-individwi b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali u joħolqu ambjent ta’ appoġġ għall-benesseri mentali tagħhom, kemm fuq livell individwali kif ukoll bħala sforz kollettiv.

 

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) nieda l-14-il edizzjoni tal-Premju tiegħu għas-Soċjetà Ċivili miftuħ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, individwi u kumpaniji privati reġistrati jew li jirrisjedu fl-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-għażla tas-saħħa mentali bħala t-tema ta’ din is-sena, il-KESE se jippremja proġetti kreattivi u innovattivi mingħajr skop ta’ qligħ li jgħinu lill-individwi b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali u joħolqu ambjent ta’ appoġġ għall-benesseri mentali tagħhom, kemm fuq livell individwali kif ukoll bħala sforz kollettiv.

Ser jiġu ppremjati total ta’ EUR 50 000 lil mhux aktar minn ħames rebbieħa. Id-data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2023 fl-10 a.m. (ħin ta’ Brussell). Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet probabbilment se ssir matul il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE fir-rebbiegħa tal-2024.

Sabiex ikun eliġibbli, l-inizjattivi u l-proġetti jridu jitwettqu fl-UE. Dawn l-inizjattivi jridu jkunu diġà ġew implimentati jew ikunu għadhom għaddejjin. Biex ikunu eliġibbli, il-parteċipanti jridu jkunu koprew mill-inqas waħda mill-kwistjonijiet elenkati fil-kriterji ta’ eliġibbiltà ppubblikati fir-Regoli għall-14-il edizzjoni tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili, disponibbli fuq il-paġna web iddedikata tal-KESE.

Fost affarijiet oħra, proġetti jistgħu jiffukaw fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra riskji psikosoċjali fil-post tax-xogħol u l-promozzjoni ta’ kulturi ta’ appoġġ fil-post tax-xogħol. Jistgħu jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet tas-saħħa mentali ta’ gruppi żvantaġġati u tal-popolazzjoni li qed tixjieħ jew jippromovu l-benesseri mentali fost it-tfal u l-adolexxenti.

Il-proġetti ffukati fuq il-ħidma komunitarja bħat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet lokali, il-ħolqien ta’ networks għall-involviment tal-komunità u l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ appoġġ għas-saħħa mentali se jkunu eliġibbli wkoll. It-titjib tal-għarfien dwar is-saħħa mentali u l-ġlieda kontra l-istigma li ħafna drabi taqta’ qalb in-nies milli jfittxu l-għajnuna huma aċċettabbli wkoll bħala temi ta’ dħul.

Il-KESE jittama li l-premju tiegħu jonora u joħroġ fid-dieher l-isforzi mhux statali li saru sa issa biex jgħinu lin-nies li qed jikkumbattu problemi ta’ saħħa mentali. Dan għandu wkoll l-għan li jħeġġeġ proġetti li għaddejjin bħalissa u jispira oħrajn ġodda, u b’hekk jenfasizza l-kontribut li jistgħu jagħtu proġetti bħal dawn biex irażżnu t-tifqigħa ta’ din l-epidemija silenzjuża fl-UE.

L-għan tal-Premju ewlieni tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili huwa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-kontribut eċċellenti tas-soċjetà ċivili għall-ħolqien ta’ identità u ċittadinanza Ewropej u għall-promozzjoni tal-valuri komuni li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea. Kull sena, il-premju jiffoka fuq tema differenti ta’ rilevanza partikolari għall-UE. Is-suġġetti tal-passat inkludew iż-żgħażagħ u l-għajnuna għall-Ukrajna, il-klima u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Fl-2020, il-KESE ta Premju ta’ darba għas-Solidarjetà Ċivili, li kien iddedikat għall-ġlieda kontra l-COVID-19.

Biex tapplika, ikklikkja hawn. (ll)

 

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Millie Tsoumani (mt)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Aude François (af)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

September 2023
09/2023

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram