Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

Jannar 2025 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Stqarrija mill-President tal-KESE

Fl-2025, għandna responsabbiltà kondiviża biex nibnu Ewropa aktar b’saħħitha

Hekk kif dħalna fl-2025, il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġġib sens ta’ urġenza u determinazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi kumplessi li jsawru l-preżent u l-futur tal-Ewropa. Bit-tema ġenerali ta’ sigurtà, it-tmexxija tal-Polonja twiegħed li tiggwidana matul sena li se tkun kruċjali għar-reżiljenza, il-koeżjoni u l-progress tal-UE.

Read more in all languages

Fl-2025, għandna responsabbiltà kondiviża biex nibnu Ewropa aktar b’saħħitha

Hekk kif dħalna fl-2025, il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġġib sens ta’ urġenza u determinazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi kumplessi li jsawru l-preżent u l-futur tal-Ewropa. Bit-tema ġenerali ta’ sigurtà, it-tmexxija tal-Polonja twiegħed li tiggwidana matul sena li se tkun kruċjali għar-reżiljenza, il-koeżjoni u l-progress tal-UE.

Il-prijoritajiet deskritti mill-Presidenza Pollakka jirriflettu approċċ komprensiv għas-sigurtà fil-ħafna dimensjonijiet tagħha. Is-sigurtà interna, b’enfasi fuq il-protezzjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, tenfasizza l-ħtieġa għal viġilanza kontra t-theddid emerġenti. Is-sigurtà esterna se tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-difiża, it-trawwim tal-innovazzjoni, u li jiġu aċċellerati l-isforzi tat-tkabbir biex tiġi żgurata l-istabbiltà fil-viċinat tagħna. Sadanittant, is-sigurtà ekonomika, tal-enerġija, tal-ikel u tas-saħħa se tibqa’ ċentrali biex jiġu żgurati l-indipendenza tal-Ewropa u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

Fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), aħna lesti li nappoġġjaw bis-sħiħ l-aġenda tal-Presidenza, billi nisfruttaw ir-rwol uniku tagħna bħala l-vuċi tas-soċjetà ċivili. Il-KESE ser jikkontribwixxi b’mod attiv għad-diskussjonijiet dwar kif tista’ tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-Ewropa filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura fit-tranżizzjonijiet li qed niffaċċjaw – kemm jekk ikunu diġitali, ekoloġiċi jew ekonomiċi.

Din is-sena hija kkaratterizzata wkoll minn tiġdid politiku, bil-Kummissjoni Ewropea li għadha kif ġiet iffurmata tibda l-mandat tagħha. Dan jipprovdi opportunità ġdida biex jitfasslu oqfsa ta’ politika u jiġu implimentati inizjattivi li jallinjaw mal-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej. Il-KESE se jaqdi r-rwol tiegħu fl-appoġġ ta’ dan il-kapitolu l-ġdid, u se jiżgura li l-perspettivi tas-soċjetà ċivili u tal-imsieħba soċjali jkunu fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

Hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn l-2025, niftakru fir-responsabbiltà kondiviża tagħna li nibnu Ewropa aktar b’saħħitha u aktar inklużiva. Il-KESE ser ikompli jippromovi l-istat tad-dritt, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali, u se jiżgura li l-kontributi tas-soċjetà ċivili jsawru l-prijoritajiet tal-aġenda tal-UE. Flimkien mal-Presidenza Pollakka, ser nistinkaw biex nindirizzaw l-isfidi urġenti tal-lum u nwittu t-triq għal Ewropa sigura, kompetittiva u magħquda għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Oliver Röpke

Il-President tal-KESE

Dati tad-Djarju

23 ta’ Jannar 2025

Wiri tal-film Flow, li qed jikkontesta għall-edizzjoni tal-2025 tal-LUX – Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza.

3 ta’ Frar 2025

Il-ġustizzja soċjali fl-era diġitali

18 ta’ Frar 2025

It-triq lejn is-Summit Globali dwar id-Diżabilità: Għal żvilupp u azzjoni umanitarja li jkunu inklużivi fil-qasam tad-diżabilità

26-27 ta’ Frar 2025

Sessjoni plenarja tal-KESE

Il-mistieden sorpriża

L-azzjoni tal-UE fis-Sirja wara l-waqgħa tar-reġim ta’ Assad trid tilħaq bilanċ diffiċli bejn il-ħtiġijiet umanitarji, il-politika tal-migrazzjoni, u l-istabbilizzazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-pajjiż. Skont Alberto-Horst Neidhardt, il-mistieden sorpriża ta’ KESE Info u espert ewlenini dwar il-migrazzjoni mill-European Policy Centre, il-politika domestika u l-kunsiderazzjonijiet għal żmien qasir jirriskjaw li jipprijoritizzaw u jaċċelleraw ir-ritorni, waqt li approċċi kkoordinati u bilanċjati jista’ jkollhom rwol kruċjali fl-istabbilizzazzjoni tas-Sirja u l-promozzjoni tal-iżvilupp fit-tul.

 

 

Read more in all languages

L-azzjoni tal-UE fis-Sirja wara l-waqgħa tar-reġim ta’ Assad trid tilħaq bilanċ diffiċli bejn il-ħtiġijiet umanitarji, il-politika tal-migrazzjoni, u l-istabbilizzazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-pajjiż. Skont Alberto-Horst Neidhardt, il-mistieden sorpriża ta’ KESE Info u espert ewlenini dwar il-migrazzjoni mill-European Policy Centre, il-politika domestika u l-kunsiderazzjonijiet għal żmien qasir jirriskjaw li jipprijoritizzaw u jaċċelleraw ir-ritorni, waqt li approċċi kkoordinati u bilanċjati jista’ jkollhom rwol kruċjali fl-istabbilizzazzjoni tas-Sirja u l-promozzjoni tal-iżvilupp fit-tul.

Alberto-Horst Neidhardt huwa Analista Anzjan tal-Politika u Kap tal-Programm Ewropew dwar id-Diversità u l-Migrazzjoni fil-European Policy Centre (EPC). Huwa jaħdem fuq il-liġi u l-politiki dwar l-ażil u l-migrazzjoni, id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, id-diżinformazzjoni, u l-politika tal-migrazzjoni. Kiseb PhD fil-liġi tal-UE mill-Istitut Universitarju Ewropew. Huwa wkoll lettur fl-Università Kattolika ta’ Lille dwar il-migrazzjoni u l-politiki ta’ mobbiltà, il-governanza tal-UE u t-tfassil ta’ politika etika.

 

IS-SIRJA WARA L-WAQGĦA TA’ ASSAD: L-APPROĊĊ TAL-UE GĦAR-RITORNI TAS-SIRJANI JISTA’ JIMMARKA PUNT TA’ BIDLA FIL-POLITIKA TAGĦHA DWAR IL-MIGRAZZJONI

Minn Alberto-Horst Neidhardt

Xahar wara t-tmiem tat-tmexxija brutali ta’ Bashar al-Assad, ir-rispons uffiċjali tal-UE jibqa’ fil-biċċa l-kbira limitat għat-tħabbir ta’ assistenza għall-iżvilupp u l-istabbilizzazzjoni ekonomika. Għadu mhux ċar jekk u meta ser jitneħħew is-sanzjonijiet fuq is-Sirja. L-appoġġ Ewropew ser jiddependi mill-protezzjonijiet għall-minoranzi u garanziji oħra, li l-prospetti tagħhom għadhom inċerti. Id-dinamika politika, ta’ sigurtà u umanitarja kumplessa tas-Sirja tissuġġerixxi li kwalunkwe konsolidazzjoni demokratika ser tkun ta’ sfida u ser tieħu ż-żmien. 

Read more in all languages

Minn Alberto-Horst Neidhardt

Xahar wara t-tmiem tat-tmexxija brutali ta’ Bashar al-Assad, ir-rispons uffiċjali tal-UE jibqa’ fil-biċċa l-kbira limitat għat-tħabbir ta’ assistenza għall-iżvilupp u l-istabbilizzazzjoni ekonomika. Għadu mhux ċar jekk u meta ser jitneħħew is-sanzjonijiet fuq is-Sirja. L-appoġġ Ewropew ser jiddependi mill-protezzjonijiet għall-minoranzi u garanziji oħra, li l-prospetti tagħhom għadhom inċerti. Id-dinamika politika, ta’ sigurtà u umanitarja kumplessa tas-Sirja tissuġġerixxi li kwalunkwe konsolidazzjoni demokratika ser tkun twila u ta’ sfida. Din is-sitwazzjoni ser tevalwa l-kapaċità tal-UE li titkellem b’vuċi waħda u taġixxi b’mod konġunt dwar il-futur tal-pajjiż. Minflok, ħafna pajjiżi Ewropej ma damux biex enfasizzaw prijorità immedjata u komuni: ir-ritorn ta’ Sirjani spostati. F’Diċembru, ftit jiem wara li r-reġim ta’ Assad tilef lil Damasku, l-Awstrija – fejn il-mexxej tal-FPÖ Herbert Kickl irċieva mandat biex jifforma gvern ġdid – ħabbar “bonus ta’ ritorn” u programm ta’ deportazzjoni għal dawk b’rekords kriminali. Fin-Netherlands, il-gvern ta’ koalizzjoni mmexxi min-nazzjonalista tal-lemin Geert Wilders qed jippjana li jidentifika żoni sikuri għar-ritorni. Il-Ġermanja ħabbret ukoll li l-protezzjoni mogħtija lis-Sirjani ser tiġi “rieżaminata u revokata” jekk il-pajjiż jistabbilizza ruħu. Pajjiżi Ewropej oħra għamlu dikjarazzjonijiet simili jew qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib. Fid-dawl ta’ dan, anke d-deċiżjoni dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet tista’ tkun xprunata mill-għan li jiġu implimentati r-ritorni aktar milli minn bidla fil-fehmiet dwar it-tmexxija l-ġdida tas-Sirja.

Bl-appoġġ dejjem jikber fl-Ewropa għall-partiti tal-lemin estrem u kontra l-immigrazzjoni – u l-elezzjonijiet federali Ġermaniżi imminenti – il-viżjoni tal-Istati Membri għas-Sirja tinsab f’riskju li tiġi ddettata minn prijoritajiet domestiċi u kalkoli elettorali fuq terminu qasir. Bejn l-2015 u l-2024, aktar minn miljun Sirjan ingħataw protezzjoni mill-Istati Membri tal-UE, ħafna minnhom fil-Ġermanja. Il-preżenza tagħhom saret kwistjoni politika u soċjetali kontenzjuża. Fost inċidenti ta’ sigurtà ppubbliċizzati ħafna, inflazzjoni għolja, u żieda fl-ispejjeż tal-enerġija, is-sentiment pubbliku f’ħafna pajjiżi li jospitaw refuġjati sar inqas akkoljenti. Din il-bidla normalizzat ir-retorika u l-politiki ostili. Minkejja l-appelli mill-Kummissjoni Ewropea u l-UNHCR biex jieħdu approċċ kawt għar-ritorni, din id-dinamika tista’ timbotta lill-gvernijiet Ewropej biex jaċċellerawhom, anke b’mod unilaterali.

Minn mindu waqa’ r-reġim ta’ Assad f’Diċembru, aktar minn 125 000 refuġjat diġà rritornaw lejn is-Sirja, l-aktar minn pajjiżi ġirien. Madankollu, il-prospettivi tagħhom xejn mhuma inkoraġġanti. Anke qabel l-avvenimenti reċenti, aktar minn nofs il-popolazzjoni tas-Sirja ffaċċjat insigurtà tal-ikel, bi tliet miljun ruħ isofru ġuħ serju. B’ħafna djar meqruda mill-kunflitt, il-faċilitajiet ospitanti diġà jinsabu mimlijin. Skont l-UNHCR, hemm bżonn ta’ kważi EUR 300 miljun għall-kenn, għall-ikel u għall-ilma għal dawk li jirritornaw lura. Waqt li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw approċċi kkoordinati biex jiffaċilitaw ir-ripatrijazzjoni sikura u volontarja tas-Sirjani fuq perjodu twil, il-prijorità immedjata għandha tkun li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji tal-pajjiż f’dan il-kuntest. Il-pressjoni fuq ir-refuġjati biex jirritornaw malajr lejn pajjiż mifni bil-gwerra u instabbli tista’ fil-fatt tkun kontroproduttiva, sitwazzjoni li tkompli tillimita l-aċċess għall-ikel, l-enerġija u l-kenn. Ir-ritorni fuq skala kbira jistgħu jfixklu wkoll in-nisġa etnika u soċjoekonomika ta’ reġjuni li diġà huma fraġli. Approċċ bilanċjat u sostenibbli huwa ġġustifikat ukoll mill-kontribut potenzjali tad-dijaspora Sirjana għall-isforzi ta’ rikostruzzjoni. Il-pajjiż ser ikollu bżonn inġiniera, tobba, amministraturi u għalliema kif ukoll ħaddiema manwali b’diversi livelli ta’ ħiliet. Is-Sirjani kisbu ħiliet u esperjenza siewja fl-Ewropa f’diversi setturi rilevanti, inklużi l-edukazzjoni, il-kostruzzjoni u l-kura tas-saħħa, iżda mhux ser ikun faċli li jiġu reklutati l-persuni t-tajba. Ritorn permanenti m’għandux ikun prekondizzjoni sabiex ikun hemm kontribut għar-rikostruzzjoni: rimessi mill-Ewropa jistgħu jaqdu rwol kruċjali fit-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli. Permezz tal-impenn tad-dijaspora, is-Sirjani bbażati fl-Ewropa jistgħu jgħinu wkoll biex jissaħħu r-rabtiet diplomatiċi u kulturali bejn l-UE u s-Sirja wara l-waqgħa ta’ Assad.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jsibuha diffiċli jadottaw approċċ ibbilanċjat u jonqsu milli jsegwu aġenda koordinata. Xi pajjiżi jistgħu jipprijoritizzaw l-istabbiltà fit-tul u r-rikostruzzjoni tas-Sirja, u jippermettu li r-ritorni jseħħu b’mod spontanju. Oħrajn jistgħu jgħaġġlu biex joffru inċentivi finanzjarji għar-ripatrijazzjoni volontarja jew saħansitra jirrevedu b’mod sistematiku l-istatus tas-Sirjani hekk kif is-sitwazzjoni umanitarja titjieb, anke bi ftit. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ rieżami sistematiku tal-istatus ta’ refuġjat ser tiffaċċja ostakli legali sinifikanti, u tinvolvi spejjeż finanzjarji u amministrattivi konsiderevoli. Sadanittant, kwalunkwe inċentiv għar-ritorn ser ikollu jqis il-fatt li l-biċċa l-kbira tas-Sirjani spostati fl-Ewropa issa huma stabbiliti, b’aktar minn 300 000 persuna li kisbu ċ-ċittadinanza tal-UE. Fl-istess ħin, il-prospetti ekonomiċi u tax-xogħol skoraġġanti tal-pajjiż jistgħu jiskoraġġixxu saħansitra lil dawk l-aktar motivati milli jirritornaw lura. Mistoqsija fundamentali f’dan il-kuntest ser tkun jekk is-Sirjani jitħallewx jinvolvu ruħhom fl-hekk imsejħa “movimenti pendulari” – jirritornaw għal perjodi limitati, bil-pajjiżi ospitanti Ewropej ikomplu joffru opportunitajiet sostenibbli għal ritorn aktar permanenti. Dawn il-mistoqsijiet inevitabbilment ser ikunu marbuta ma’ diskussjonijiet usa’ dwar il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. In-negozjati futuri dwar ir-riforma tad-Direttiva tal-UE li tirregola r-ritorni, li għaliha dalwaqt hija mistennija proposta mill-Kummissjoni Ewropea, jistgħu jiksbu momentum deċiżiv skont id-diskussjonijiet li qed jevolvu dwar ir-ritorni tas-Sirjani. Iżda r-riforma tad-Direttiva bl-istess mod tista’ twassal għal aktar diviżjonijiet fost l-Istati Membri tal-UE. Peress li l-politiki dwar il-migrazzjoni jeħtieġu riflessjoni mill-ġdid fundamentali biex l-isfidi tal-lum jiġu indirizzati b’mod effettiv, l-approċċ tal-UE għas-Sirjani spostati x’aktarx li jikkostitwixxi l-ewwel punt kritiku ta’ bidla deċiżiva fiċ-ċiklu l-ġdid.

DRITT GĦALL-PUNT

L-UE qed tiffaċċja kriżi severa ta’ akkomodazzjoni xprunata minn żieda fil-kirjiet, prezzijiet tal-proprjetà immobbli mhux affordabbli, u pagi li għadhom lura meta mqabbla mal-inflazzjoni.  Thomas Kattnig, ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE L-akkomodazzjoni soċjali fl-UE – deċenti, sostenibbli u affordabbli, jikteb li sabiex jiġi rrimedjat il-falliment tas-suq fis-settur tal-akkomodazzjoni, il-KESE qed jitlob azzjoni urġenti u jappella għal strateġija soda tal-UE dwar l-akkomodazzjoni.

Read more in all languages

L-UE qed tiffaċċja kriżi severa ta’ akkomodazzjoni xprunata minn żieda fil-kirjiet, prezzijiet tal-proprjetà immobbli mhux affordabbli, u pagi li għadhom lura meta mqabbla mal-inflazzjoni.  Thomas Kattnig, ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE L-akkomodazzjoni soċjali fl-UE – deċenti, sostenibbli u affordabbli, jikteb li sabiex jiġi rrimedjat il-falliment tas-suq fis-settur tal-akkomodazzjoni, il-KESE qed jitlob azzjoni urġenti u jappella għal strateġija soda tal-UE dwar l-akkomodazzjoni.

Il-KESE jippreżenta soluzzjonijiet biex tingħeleb il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa

Minn Thomas Kattnig

L-akkomodazzjoni m’għadhiex affordabbli għal għadd dejjem jikber ta’ nies minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet u tal-proprjetà immobbli, u minħabba s-salarji li mhux iżommu l-pass mal-inflazzjoni. Il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-UE hija reali.

Dan qed iwassal għal kostijiet ogħla tal-kura tas-saħħa, telf fil-produttività, ħsara ambjentali u konsegwenzi ekonomiċi negattivi minħabba tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist.

Read more in all languages

Minn Thomas Kattnig

L-akkomodazzjoni m’għadhiex affordabbli għal għadd dejjem jikber ta’ nies minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet u tal-proprjetà immobbli, u minħabba s-salarji li mhux iżommu l-pass mal-inflazzjoni. Il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-UE hija reali.

Dan qed iwassal għal kostijiet ogħla tal-kura tas-saħħa, telf fil-produttività, ħsara ambjentali u konsegwenzi ekonomiċi negattivi minħabba tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist.

Il-KESE, bħala leħen is-soċjetà ċivili organizzata, jemmen li għandha tittieħed azzjoni urġenti biex jiġi indirizzat il-falliment tas-suq fis-settur tal-akkomodazzjoni. Għalhekk, nappellaw lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Parlament, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili biex tfassal pakkett komprensiv ta’ miżuri tal-UE li jistabbilixxu kundizzjonijiet qafas u d-dritt għall-akkomodazzjoni, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Għalhekk nilqgħu l-ħatra ta’ Kummissarju għall-Enerġija u għall-Akkomodazzjoni u t-tħabbira li se jitressaq pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli fil-100 jum li ġejjin. Fost affarijiet oħra neħtieġu reġistru ta’ trasparenza fl-UE kollha għat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli, koordinazzjoni aktar semplifikata, proċeduri għall-għoti ta’ permessi aktar effiċjenti, ippjanar aħjar tal-użu tal-art, art affordabbli għall-akkomodazzjoni soċjali, aktar investiment fir-rinnovazzjoni u kostruzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-klima, u l-programm “L-Akkomodazzjoni l-Ewwel” (Housing First) sabiex il-persuni mingħajr dar jerġgħu jingħataw s-sigurtà u l-prospetti. Nappellaw biex l-akkomodazzjoni tiġi inkorporata fil-liġi primarja tal-UE biex b’hekk tkun rikonoxxuta bħala dritt fundamentali u mhux sepliċi komodità.

Fl-istess ħin, naqblu mar-rapport ta’ Letta li l-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali jeħtieġ li jiġi definit b’mod aktar wiesa’ fil-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, il-KESE jappella għal żieda sinifikanti fl-appoġġ finanzjarju għall-akkomodazzjoni soċjali. L-ewwel nett, l-investiment pubbliku fl-akkomodazzjoni soċjali jrid jiġi eskluż mir-regoli dwar id-dejn tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. It-tieni nett, l-iżviluppaturi u l-kooperattivi tal-proprjetà mingħajr skop ta’ qligħ, kif ukoll il-muniċipalitajiet, għandhom ikunu jistgħu jiksbu self fit-tul mingħajr imgħax permezz tal-pjattaforma ta’ investiment ippjanata jew direttament mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

L-akkomodazzjoni disponibbli qed tkompli tonqos minħabba l-kirjiet għal żmien qasir, li saru problema f’ħafna bliet Ewropej ewlenin. Biex nindirizzaw dan il-fenomenu, neħtieġu sett ta’ għodod fil-livell tal-UE li jinkludi, fost l-oħrajn, taxxa fuq l-akkomodazzjoni vakanti u limiti massimi fuq il-kera, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu azzjoni adegwata.

Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari a) biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta’ programmi mmirati bħal “L-Akkomodazzjoni l-Ewwel għaż-Żgħażagħ” (Housing First for Youth) u b) għall-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità.

Sabiex jiġi żgurat li l-akkomodazzjoni ma tkunx biss affordabbli iżda wkoll sostenibbli, ir-rinnovazzjonijiet ta’ binjiet eżistenti għandhom jingħataw prijorità fuq bini ġdid. Biex jiġu ffaċilitati rinnovazzjonijiet bħal dawn, nappellaw għal taħlita ta’ miżuri obbligatorji u ta’ appoġġ biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni klimatika ġusta. Neħtieġu għodod ta’ finanzjament biex kulħadd, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja, ikun jista’ jwettaq rinnovazzjonijiet termali u tal-enerġija. Fl-istess ħin, iridu jiġu stabbiliti obbligi għas-sidien tal-proprjetà, b’mod partikolari s-sidien tal-kera, sabiex l-inkwilini jiġu protetti minn żidiet eċċessivi fil-kera minħabba trasferiment tal-ispejjeż mis-sidien.

Fl-aħħar nett, nenfasizzaw li l-kriżi tal-akkomodazzjoni ma taffettwax biss b’mod negattiv il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, iżda thedded ukoll il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-UE. Għalhekk neħtieġu strateġija tal-UE dwar l-akkomodazzjoni biex tiżdied il-provvista tal-akkomodazzjoni, jiġu introdotti miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tingħata għajnuna biex jittejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol, tiżdied il-produttività u tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Mistoqsija lil…

F’April 2024, Enrico Letta ppubblika r-rapport tant mistenni tiegħu dwar il-futur tas-suq uniku tal-UE, intitolat Much More than a Market. Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE adotta Opinjoni dwar Kif għandhom jiġu appoġġjati l-entitajiet tal-ekonomija soċjali f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat: xi riflessjonijiet wara s-suġġerimenti li saru fir-rapport ta’ Enrico Letta. Staqsejna lir-relatur tal-Opinjoni, Giuseppe Guerini, sa liema punt u għaliex huwa ħa ispirazzjoni mir-rapport ta’ Letta li, fost punti oħra, jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej itejbu l-qafas legali għall-għajnuna mill-Istat u jippermettu lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jiksbu self u finanzjament aktar faċilment. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, il-KESE kif qed jippjana li jgħin lil dawk l-intrapriżi jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat?

Read more in all languages

F’April 2024, Enrico Letta ppubblika r-rapport tant mistenni tiegħu dwar il-futur tas-suq uniku tal-UE, intitolat Much More than a Market. Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE adotta Opinjoni dwar Kif għandhom jiġu appoġġjati l-entitajiet tal-ekonomija soċjali f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat: xi riflessjonijiet wara s-suġġerimenti li saru fir-rapport ta’ Enrico Letta. Staqsejna lir-relatur tal-Opinjoni, Giuseppe Guerini, sa liema punt u għaliex huwa ħa ispirazzjoni mir-rapport ta’ Letta li, fost punti oħra, jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej itejbu l-qafas legali għall-għajnuna mill-Istat u jippermettu lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jiksbu self u finanzjament aktar faċilment. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, il-KESE kif qed jippjana li jgħin lil dawk l-intrapriżi jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat?

Niżguraw appoġġ finanzjarju ġust għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali fi ħdan ir-regoli tal-UE

Minn Giuseppe Guerini

Kif jissuġġerixxi t-titolu tar-Rapport ta’ Letta, l-Unjoni Ewropea u s-sistema ekonomika u kummerċjali tagħha huma ferm aktar minn sempliċi suq. Dan għaliex, mill-bidu nett, l-Unjoni Ewropea għażlet li tkun ekonomija soċjali tas-suq, fejn il-prosperità ekonomika ma tikkonsistix biss fl-akkumulazzjoni tal-ġid iżda wkoll li nkunu kapaċi niżguraw li l-ġid li jiġi nnegozjat u maħluq fis-suq igwadi minnu kulħadd. 

Read more in all languages

Minn Giuseppe Guerini

Kif jissuġġerixxi t-titolu tar-Rapport ta’ Letta, l-Unjoni Ewropea u s-sistema ekonomika u kummerċjali tagħha huma ferm aktar minn sempliċi suq. Dan għaliex, mill-bidu nett, l-Unjoni Ewropea għażlet li tkun ekonomija soċjali tas-suq, fejn il-prosperità ekonomika ma tikkonsistix biss fl-akkumulazzjoni tal-ġid iżda wkoll li nkunu kapaċi niżguraw li l-ġid li jiġi nnegozjat u maħluq fis-suq igwadi minnu kulħadd.

B’dan il-mod, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jiffurmaw ekosistema li tiżgura s-solidarjetà permezz tan-negozju, mudell utli għall-organizzazzjonijiet privati li madankollu jaġixxu fl-interess ġenerali.

Ir-rapport ta’ Letta jidentifika din il-karatteristika li diġà kienet inkluża fil-pjan ta’ azzjoni u fir-rakkomandazzjoni dwar l-ekonomija soċjali. Ir-rapport jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jirrikonoxxu l-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, jadattaw ir-regoli li jirregolaw is-suq intern u l-kompetizzjoni, u jtejbu l-qafas legali għall-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi żgurat li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jkollhom aċċess aktar faċli għas-self u l-finanzjament.

Il-KESE kkontribwixxa b’mod sinifikanti biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali jirrikonoxxu l-għan u r-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Huwa pparteċipa f’ħafna inizjattivi u adotta ħafna Opinjonijiet f’konformità mal-ħidma li wasslet għall-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali fl-2021 u r-Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri fl-2023. Barra minn hekk, bil-ħruġ ta’ Opinjonijiet dwar il-politika tal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat b’rabta mas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, ħriġna id-dieher il-ħtieġa li jogħlew il-limiti għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat de minimis, u żgurajna bidliet fir-regolament li ġew approvati lejn l-aħħar tal-2023. It-talbiet, stabbiliti fir-Rapport ta’ Letta, biex jiġi adattat ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija u jittejjeb il-finanzjament huma konformi mas-sejħiet tal-KESE f’diversi Opinjonijiet maħruġa fl-2022 u l-2023. Għalhekk dan iħeġġiġna nkomplu naħdmu fuq il-promozzjoni ta’ din l-Opinjoni biex insaħħu r-rikonoxximent tal-ekonomija soċjali. Irridu nissensibilizzaw aktar nies rigward il-benefiċċji ta’ regolamentazzjoni effettiva b’rabta mal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat kemm għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali kif ukoll għas-sistema kollha ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.

Aħbarijiet tal-KESE

Il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa jappella lis-soċjetà ċivili biex tgħin fit-twettiq tal-viżjoni tiegħu għal Ewropa aktar b’saħħitha u kompetittiva

António Costa, il-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew, jiddeskrivi l-prijoritajiet ewlenin tiegħu għall-UE waqt l-ewwel żjara tiegħu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Huwa enfasizza l-kompetittività bħala l-pedament għall-prosperità tal-Ewropa, u saħaq dwar l-importanza li din tiġi kkombinata mad-drittijiet soċjali biex jinbena futur sostenibbli. Il-President tal-KESE Oliver Röpke tenna dan, u qal li “Il-kompetittività trid tkun effettiva għal ħafna, mhux għal ftit.”

Read more in all languages

António Costa, il-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew, jiddeskrivi l-prijoritajiet ewlenin tiegħu għall-UE waqt l-ewwel żjara tiegħu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Huwa enfasizza l-kompetittività bħala l-pedament għall-prosperità tal-Ewropa, u saħaq dwar l-importanza li din tiġi kkombinata mad-drittijiet soċjali biex jinbena futur sostenibbli. Il-President tal-KESE Oliver Röpke tenna dan, u qal li “Il-kompetittività trid tkun effettiva għal ħafna, mhux għal ftit.”

Waqt li tkellem fis-sessjoni plenarja tal-KESE ftit jiem wara li beda l-mandat tiegħu fl-1 ta’ Diċembru, is-Sur Costa appella għal azzjoni kollettiva urġenti. “Ninsabu fit-triq it-tajba. Għamilna d-dijanjożi, għandna proposti ambizzjużi, iżda jrid jkollna rieda politika. Ejjew niffokaw fuq it-tkabbir, l-impjiegi u Ewropa soċjali, sabiex il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum tkun tista’ tħares lura u tgħid: dan kien il-mument meta żgurajna l-prosperità tagħna.”

Il-kompetittività u r-riformi mfassla apposta huma fil-qalba tal-aġenda tas-Sur Costa. Huwa ppropona t-tiġdid tas-suq uniku, it-tnaqqis ta’ regolamenti żejda, u l-investiment fil-ħiliet u l-innovazzjoni biex isaħħu l-ekonomija tal-Ewropa. Żied jgħid li “għandna bżonn kumpaniji b’saħħithom – mhux għax huma orħos iżda għax jinnovaw b’ideat u b’forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati”. Is-Sur Costa appella wkoll għal riformi bbażati fuq il-prestazzjoni u mnebbħa min-Next Generation EU: “Din hija loġika tajba għall-futur.” Huwa ħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw il-baġit tal-UE li jmiss b’sens ta’ ftuħ.

“Il-kompetittività mhijiex biss kwistjoni ta’ għanijiet ekonomiċi; tikkonċerna wkoll il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-Ewropej kollha u t-trawwim tar-reżiljenza,” qal is-Sur Röpke. “It-tkabbir ekonomiku jrid jimxi id f’id mal-progress soċjali, waqt li jiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.”

Is-Sur Costa faħħar ir-rwol tal-KESE fit-trawwim tad-djalogu soċjali, u rrefera għalih bħala “il-mudell Ewropew” għall-konnessjoni mal-pubbliku. “Id-djalogu soċjali jippermettilna nsibu soluzzjonijiet sostenibbli permezz ta’ negozjati kostanti bejn ir-rappreżentanti differenti tas-soċjetajiet tagħna. Dan huwa essenzjali, speċjalment issa,” huwa qal.

Id-dibattitu fil-plenarja indirizza t-tħassib ewlieni, inklużi l-akkomodazzjoni, il-migrazzjoni u l-ispejjeż tal-enerġija – kwistjonijiet li s-Sur Costa identifika bħala prijoritajiet. Is-Sur Röpke saħaq dwar il-ħtieġa għal soluzzjonijiet prattiċi, u enfasizza l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid, l-akkomodazzjoni affordabbli u t-tranżizzjoni ekoloġika. “Il-KESE huwa impenjat bis-sħiħ biex jintroduċi l-vuċi tas-soċjetà ċivili fil-proċess biex tissawwar Ewropa inklużiva, reżiljenti u lesta għall-isfidi tal-futur.” (gb)

L-ewwel Forum tal-KESE dwar l-Akkomodazzjoni jgħid li l-akkomodazzjoni għandha tkun dritt fundamentali

L-akkomodazzjoni trid tiġi ttrattata bħala dritt fundamentali, biex tiġi żgurata akkomodazzjoni deċenti u sostenibbli għall-Ewropej kollha, inklużi ż-żgħażagħ u l-gruppi vulnerabbli.

Read more in all languages

L-akkomodazzjoni trid tiġi ttrattata bħala dritt fundamentali, biex tiġi żgurata akkomodazzjoni deċenti u sostenibbli għall-Ewropej kollha, inklużi ż-żgħażagħ u l-gruppi vulnerabbli.

Din hija s-sejħa qawwija mressqa mill-Forum tal-KESE dwar l-Akkomodazzjoni, li sar għall-ewwel darba fis-sessjoni plenarja ta’ Diċembru fil-5 ta’ Diċembru 2024. Id-dibattitu kien jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ kelliema prominenti u l-adozzjoni ta’ opinjoni dwar is-suġġett.

Wara l-ħatra ta’ Dan Jørgensen bħala Kummissarju għall-enerġija u l-akkomodazzjoni, il-President tal-KESE Oliver Röpke laqa’ d-deċiżjoni storika li jinħoloq portafoll speċifiku dwar l-akkomodazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni l-ġdida. Is-Sur Röpke qali li: ‘“L-akkomodazzjoni hija dritt fundamentali, mhux privileġġ, u ma nistgħux naċċettaw l-esklużjoni ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli minn din il-ħtieġa essenzjali. Hekk kif qed naffaċċjaw kriżi serja tal-akkomodazzjoni li taffettwa kważi kull Stat Membru, nenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li l-akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u deċenti ssir realtà għal kulħadd.”

Huwa u jappella għal perspettiva ġdida li tqis l-akkomodazzjoni bħala infrastruttura essenzjali għas-soċjetà, fuq l-istess livell bħas-saħħa u l-edukazzjoni, Bent Madsen, il-President ta’ Housing Europe, qal: “Aħna nilqgħu s-sentiment li juri l-Kummissarju l-ġdid għall-akkomodazzjoni meta qal li l-approċċ tagħna għandu jkun ibbażat fuq valuri, regoli u investiment. Aħna lesti bħala kooperattiva pubblika u bħala fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali biex nuru t-triq biex jiġu pprovduti d-djar li n-nies u s-soċjetajiet tagħna jeħtieġu.”

Fl-Opinjoni dwar L-akkomodazzjoni soċjali fl-UE – deċenti, sostenibbli u affordabbli, abbozzata minn Thomas Kattnig u Rudolf Kolbe, il-KESE jirrikonoxxi li kien hemm falliment tas-suq fl-akkomodazzjoni. Dan irid jiġi indirizzat billi jittejbu l-kundizzjonijiet qafas bħad-data, il-koordinazzjoni, il-proċeduri ta’ approvazzjoni u r-regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art, jiġi stabbilit dritt fundamentali għall-akkomodazzjoni, jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti, jiġi implimentat l-approċċ ‘L-Akkomodazzjoni l-Ewwel’ għall-persuni mingħajr dar, u billi ssir enfasi akbar fuq is-sostenibbiltà u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ. (mp)

Mhux biss atleti Paralimpiċi, imma atleti tal-aqwa livell

Il-KESE organizza dibattitu biex jiċċelebra kemm il-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà kif ukoll l-ispirtu Olimpiku matul is-sessjoni plenarja tiegħu tal-5 ta’ Diċembru fi Brussell. 

Read more in all languages

Il-KESE organizza dibattitu biex jiċċelebra kemm il-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà kif ukoll l-ispirtu Olimpiku matul is-sessjoni plenarja tiegħu tal-5 ta’ Diċembru fi Brussell. 

Il-KESE ċċelebra kemm il-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà kif ukoll l-ispirtu Olimpiku billi stieden persuni mid-dinja tal-isport Paralimpiku – inklużi l-atleta Paralimpiku Belġjan u champion Joachim Gérard.

Waqt il-ftuħ tas-sessjoni, il-President tal-KESE Oliver Röpke qal li "Dan id-dibattitu jenfasizza l-ħtieġa urġenti li nindirizzaw id-differenza fl-impjiegi li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabbiltà. Minkejja l-oqfsa legali eżistenti, huma ħafna l-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol minħabba ostakli persistenti. Il-KESE jappella għal azzjoni biex jinħolqu postijiet tax-xogħol inklużivi, jitneħħew l-ostakli sistemiċi u jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Ewropa li tkun tassew inklużiva ma trid tħalli lil ħadd jibqa’ lura.”

 

Is-Sur Gérard, plejer u champion Belġjan tat-tennis tas-siġġu tar-roti, qal lill-plenarja li meta beda jilgħab it-tennis għall-ewwel darba, spiss kien milqugħ b’sorpriża u saħansitra protesti li kien se “jirrovina l-piċċ” bis-siġġu tar-roti tiegħu. “F’dawn l-aħħar 10 snin, rajna progress kbir fir-rwol tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fid-dinja tal-isport. Lgħabt f’għadd ta’ Gran Slams madwar id-dinja, u permezz ta’ dan il-logħob u l-Paralimpiċi, inħoss li qed insir dejjem aktar aċċettat bħala atleta tal-ogħla livell. Mhux biss atleta Paralimpiku, imma atleta tal-aqwa livell.

Anne d’Ieteren, president tal-Federazzjoni tal-Komunità Frankofona għall-Isport b’Diżabbiltà (La Ligue Handisport Francophone), indikat li minkejja s-suċċessi kbar murija mil-Logħob Paralimpiku, għad hemm ħafna ostakli fil-ħajja ta’ kuljum tal-persuni b’diżabbiltà. “Għadd sinifikanti ta’ faċilitajiet sportivi għadhom inaċċessibbli, b’faċilitajiet ta’ parkeġġ inadegwati jew disinn fqir. Dawn jistgħu jidhru bħala problemi żgħar, iżda l-effett kumulattiv tagħhom jista’ jeskludi u jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni.”

Aurel Laurenţiu Plosceanu, il-Viċi President tal-KESE responsabbli għall-komunikazzjoni, laqa’ lis-Sur Gérard u lis-Sinjura d’Ieteren, u qal li “l-preżenza u r-rekord tagħhom ifakkruna dwar kemm l-eċċellenza fl-atletika tista’ tkun ta’ ispirazzjoni għalina lkoll li nistinkaw biex nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħna, waqt li juru wkoll ir-rwol essenzjali li l-persuni b’diżabbiltà jaqdu fis-soċjetà tagħna u b’mod partikolari fid-dinja sportiva.”

Christophe Lefèvre, president tal-Grupp Permanenti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà tal-KESE, argumenta favur l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aċċessibbiltà tal-UE b’indikaturi ta’ aċċessibbiltà, li jkopri oqsma bħall-akkomodazzjoni sostenibbli, l-isport, il-ġustizzja u l-edukazzjoni, waqt li Pietro Vittorio Barbieri (membru tal-Grupp Permanenti) żied jgħid li “Huwa essenzjali li l-persuni kollha b’diżabbiltà li jgħixu fl-Ewropa jkollhom aċċess għall-isport u l-edukazzjoni, sabiex ilkoll jiġu ggarantiti l-istess privileġġi fis-soċjetà.” (lm)

Is-soċjetà ċivili tixpruna l-bidla fil-kontinent Afrikan

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru, il-KESE ospita dibattitu dwar id-demokrazija fl-Afrika ma’ rappreżentanti mill-Kunsill Ekonomiku u Kulturali tal-Unjoni Afrikana (ECOSOCC tal-UA). Iż-żewġ naħat qablu li s-soċjetà ċivili hija l-ixprun għal sħubija ta’ suċċess bejn l-UE u l-Afrika bbażata fuq l-ugwaljanza, li trawwem id-djalogu ċivili u soċjali.

Read more in all languages

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru, il-KESE ospita dibattitu dwar id-demokrazija fl-Afrika ma’ rappreżentanti mill-Kunsill Ekonomiku u Kulturali tal-Unjoni Afrikana (ECOSOCC tal-UA). Iż-żewġ naħat qablu li s-soċjetà ċivili hija l-ixprun għal sħubija ta’ suċċess bejn l-UE u l-Afrika bbażata fuq l-ugwaljanza, li trawwem id-djalogu ċivili u soċjali.

Fid-dibattitu fil-plenarja, li fih adotta wkoll l-Opinjoni Id-demokrazija fl-Afrika – is-sitwazzjoni attwali u perspettivi futuri. Xi rwol għandu l-KESE?, il-KESE tenna l-impenn tiegħu li jsaħħaħ is-sħubija strateġika mal-Unjoni Afrikana, u li jappoġġja l-inizjattiva għal impriża konġunta biex jiġu promossi l-valuri tad-demokrazija, id-djalogu inklużiv u l-iżvilupp sostenibbli. Aktar kmieni din is-sena, il-KESE u l-ECOSCOCC tal-UA ffirmaw il-Memorandum ta’ Qbil.

Kyeretwie Osei, Kap tal-Programmi fl-Unjoni Afrikana tal-ECOSOCC, fid-dikjarazzjoni li ta f’isem il-President tal-ECOSOCC, Khalid Boudali, spjega: “Għandna xogħol importanti fil-bini tal-istituzzjonijiet biex insaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-kontinent kollu, u fl-istess waqt niżguraw li nkunu kapaċi nistabbilixxu governanza tajba billi neliminaw u nnaqqsu l-korruzzjoni u noħolqu spazji għall-espressjoni taċ-ċittadini, fost affarijiet oħra. Is-soċjetà ċivili tinsab fil-qalba ta’ dan l-għan”.

Oliver Röpke, il-President tal-KESE enfasizza: “Il-kooperazzjoni mal-ECOSOCC tal-UA hija kruċjali fil-promozzjoni tar-rwol tas-soċjetà ċivili fl-Afrika. Is-soċjetà ċivili għandha tieħu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tindirizza aktar sfidi, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u l-migrazzjoni”.

Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE jindirizza dawn l-isfidi u huwa tal-fehma li, flimkien mar-rappreżentanti rikonoxxuti tal-pjattaformi tas-soċjetà ċivili Afrikana, dan jista’ jgħin fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, jippromovi d-drittijiet tal-bniedem u jgħin fid-difiża tar-reġimi demokratiċi fl-Afrika. 

Carlos Trindade, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni, semma li l-approċċ Ewropew għall-iżvilupp tad-demokrazija fl-Afrika għandu jkun ibbażat fuq relazzjoni bejn partijiet ugwali, u jqis il-kumplessità tal-kontinent f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, diversità u interessi ġeopolitiċi.

Sifa Chiyoge Buchekabiri, Direttur Reġjonali u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ International Cooperative Alliance-Africa (ICA-Africa), tkellmet dwar l-importanza tal-emanċipazzjoni tan-nisa fl-Afrika. “Il-promozzjoni tal-emanċipazzjoni tan-nisa hija kruċjali peress li ħafna drabi n-nisa huma s-sinsla tal-unitajiet domestiċi tagħhom. Għalhekk, billi nemanċipaw lin-nisa mhux biss qed ngħinu lill-individwi, imma qed insaħħu wkoll il-pożizzjoni ta’ komunitajiet sħaħ”.

Tranżizzjoni ġusta għall-Ewropa: Il-KESE jappella għal politiki ekoloġiċi ġusti u inklużivi

Il-KESE jappella għal tranżizzjoni ġusta u inklużiva hekk kif l-UE timxi lejn in-newtralità klimatika. F’Opinjoni reċenti, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi kkoordinati biex jiġi żgurat li, meta jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi ambizzjużi, ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-2024-2029, li jindirizzaw l-impjiegi, il-ħiliet, il-benesseri soċjali u d-disparitajiet reġjonali.

Read more in all languages

Il-KESE jappella għal tranżizzjoni ġusta u inklużiva hekk kif l-UE timxi lejn in-newtralità klimatika. F’Opinjoni reċenti, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi kkoordinati biex jiġi żgurat li, meta jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi ambizzjużi, ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-2024-2029, li jindirizzaw l-impjiegi, il-ħiliet, il-benesseri soċjali u d-disparitajiet reġjonali.

Il-KESE qed jirrakkomanda pakkett komprensiv ta’ politika għal tranżizzjoni ġusta, li jippermetti flessibbiltà għall-Istati Membri biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom stess. Waqt li jidentifika d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bħala għodod ewlenin, il-KESE jipproponi wkoll l-immappjar tad-diskrepanzi fil-ħiliet, programmi ta’ taħriġ inklużivi, pjani trasparenti ta’ tranżizzjoni tal-kumpaniji, konsultazzjoni akbar tal-ħaddiema u l-integrazzjoni ta’ prinċipji ta’ tranżizzjoni ġusta fl-oqfsa tal-UE bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

“Irridu li t-tranżizzjoni ġusta tkun storja fejn il-ġustizzja, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà jwittu t-triq għal futur aktar ekoloġiku u aktar inklużiv,” qal Dirk Bergrath, ir-relatur tal-Opinjoni.

Sabiex jinkisbu l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Ewropa – tnaqqis ta’ 75% fl-emissjonijiet sal-2030 u emissjonijiet żero netti sal-2050 – il-ġustizzja jeħtieġ li tiġi inkorporata fil-politiki, il-KESE enfasizza fl-Opinjoni. Il-prijoritizzazzjoni tax-xogħol deċenti, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar hija vitali biex jiġi sostnut l-appoġġ pubbliku u jiġi żgurat is-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza appoġġ immirat għar-reġjuni affettwati b’mod sproporzjonat mit-tranżizzjoni ekoloġika. L-immappjar tal-ħtiġijiet reġjonali u tat-tranżizzjonijiet settorjali huwa kritiku, bl-Osservatorju ta’ Tranżizzjoni Ġusta jimmonitorja l-progress u jiżgura li l-ebda komunità ma tiġi injorata.

Biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-finanzjament, huwa essenzjali li jiżdied il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, jiġi ingranat l-investiment privat u jiġu allinjati l-istrumenti finanzjarji tal-UE. Il-kundizzjonalitajiet soċjali u ambjentali se jiżguraw allokazzjoni ekwa, b’enfasi fuq it-taħriġ u l-protezzjoni għall-gruppi vulnerabbli. (ks) 

Jum Ewropew tal-Konsumatur tal-KESE: L-UE għandha tibqa’ impenjata għall-Patt Blu

Il-Jum Ewropew tal-Konsumatur 2024 iffoka fuq L-isfidi tal-ilma: Nesploraw il-perspettivi tal-konsumatur – Nimxu ’l quddiem bil-Patt Blu tal-UE. L-avveniment enfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni sostenibbli tal-ilma, infrastruttura mtejba u edukazzjoni tal-konsumatur biex jiġi żgurat li l-ilma jibqa’ affordabbli għall-Ewropej kollha.

Read more in all languages

Il-Jum Ewropew tal-Konsumatur 2024 iffoka fuq L-isfidi tal-ilma: Nesploraw il-perspettivi tal-konsumatur – Nimxu ’l quddiem bil-Patt Blu tal-UE. L-avveniment enfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni sostenibbli tal-ilma, infrastruttura mtejba u edukazzjoni tal-konsumatur biex jiġi żgurat li l-ilma jibqa’ affordabbli għall-Ewropej kollha.

Kif ġie żvelat waqt il-Jum Ewropew tal-Konsumatur li sar mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fid-9 ta’ Diċembru, bil-prezz tal-ilma mistenni li jiżdied b’25% sal-2030, l-UE se jkollha bżonn tinvesti aktar minn EUR 250 biljun biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ilma tal-Ewropa u tibni soċjetà li fiha kulħadd ikollu aċċess għal ilma nadif u affordabbli.

L-ilma qed isir riżorsa skarsa, anke fl-Ewropa: sa 30% tal-Ewropej jiffaċċjaw stress idriku mill-inqas darba fis-sena. Dan ifisser li l-konsumaturi, li bħala medja għadhom iqisu l-ilma bħala komodità mhux essenzjali, se jkollhom ibiddlu l-imġiba tagħhom biex jużawh b’mod aktar effiċjenti, kemm billi jsiru aktar konxji tal-impronta tal-ilma tagħhom kif ukoll billi jużaw teknoloġiji intelliġenti li jiffrankaw l-ilma.

Madankollu, dawk li jniġġsu l-aktar għandhom iħallsu wkoll il-prezz u ma jħallux lill-konsumaturi jerfgħu l-ispejjeż moħbija tagħhom.

B’15 000 litru ilma użat għall-produzzjoni ta’ kilo biss ta’ laħam u 8 000 litru għal par jeans wieħed, spejjeż kbar tal-ilma (bħall-manifattura u speċjalment l-agrikoltura, li jammontaw għal 72% tal-estrazzjoni kollha tal-ilma) se jkollhom iġarrbu wkoll l-ispiża tal-impatt ambjentali tagħhom u jinvestu f’faċilitajiet ta’ produzzjoni aħjar.

“L-ilma għandu jitqies bħala parti fundamentali mill-inizjattivi ta’ politika ewlenin li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea. Nixtiequ naraw il-Koalizzjoni l-ġdida dwar l-Ilma mnedija biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-Patt Blu Ewropew, u bħalissa qed naħdmu fuq il-ħolqien tal-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Patt Blu Ewropew,” qalet Milena Angelova, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar Il-konsum effiċjenti tal-ilma u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impronta tagħhom fuq l-ilma. Hija enfasizzat l-importanza tal-Patt Blu tal-UE bħala inizjattiva ewlenija tal-KESE, “istituzzjoni pijuniera tal-UE” fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-ilma.

Fid-diskors ewlieni tiegħu, Gaetano Casale, Direttur tal-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Istitut IHE DELFT għall-Edukazzjoni dwar l-Ilma, qal li l-ilma għadu sottovalutat fl-Ewropa. Fil-fehma tiegħu, approċċ sostenibbli għall-ilma issa huwa assolutament essenzjali, u jappella għal aktar sensibilizzazzjoni dwar l-ispejjeż ambjentali, l-isfidi ta’ popolazzjoni dinjija li qed tikber u t-tibdil fil-klima.

“Inkun kuntent jekk ilkoll kemm aħna magħqudin – ċittadini, gvernijiet, aġenziji, xjenzati, l-industrija, u leġiżlaturi – naħtfu din l-opportunità unika u nieħdu dik il-qabża komprensiva ’l quddiem biex nagħmlu waħda mill-aktar riżorsi prezzjużi tagħna – l-ilma fuq l-art, fil-baħar, u fis-sema – valida fil-futur”, qalet Hildegard Bentele, ix-shadow rapporteur tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. (ll)

Il-KESE jappoġġja lill-poplu tal-Belarussja

Fit-13 ta’ Diċembru 2024, il-KESE, il-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) u l-Press Club Belarus organizzaw b’mod konġunt seminar dwar ir-rwol tal-media indipendenti Belarussa fit-trawwim ta’ soċjetà reżiljenti u demokratika. Il-media indipendenti Belarussa hija l-uniku sors ta’ informazzjoni għan-nies fil-pajjiż, għaldaqstant, jeħtieġ li din tiġi appoġġjata finanzjarjament u tkun involuta fi sħubijiet mal-media tal-Punent biex il-Belarussja tinżamm fuq quddiem fl-aġenda tal-aħbarijiet internazzjonali.

 

Read more in all languages

Fit-13 ta’ Diċembru 2024, il-KESE, il-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) u l-Press Club Belarus organizzaw b’mod konġunt seminar dwar ir-rwol tal-media indipendenti Belarussa fit-trawwim ta’ soċjetà reżiljenti u demokratika. Il-media indipendenti Belarussa hija l-uniku sors ta’ informazzjoni għan-nies fil-pajjiż, għaldaqstant, jeħtieġ li din tiġi appoġġjata finanzjarjament u tkun involuta fi sħubijiet mal-media tal-Punent biex il-Belarussja tinżamm fuq quddiem fl-aġenda tal-aħbarijiet internazzjonali.

 

Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-inizjattiva “Jiem il-Belarussja” (9-13 ta’ Diċembru 2024), organizzata mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mid-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir tal-Kummissjoni, il-KESE wera l-impenn sod tiegħu għal Belarussja demokratika li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-kelma.

Fil-ftuħ tal-avveniment, il-President tal-KESE Oliver Röpke qal: “Il-media indipendenti hija s-sinsla ta’ soċjetà ħielsa u demokratika. Illum, bħala parti mill-Jiem il-Belarussja, naffermaw mill-ġdid is-solidarjetà tagħna mal-poplu Belarussu u l-ġlieda kuraġġuża tiegħu kontra d-diżinformazzjoni u l-oppressjoni”.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-EED Jerzy Pomianowski enfasizza: “Ir-riżultat tal-elezzjoni tas-26 ta’ Jannar huwa predeterminat, u r-reġim se jipprova jibda paġna ġdida, billi jipprova jilleġittimizza lilu nnifsu fl-affarijiet internazzjonali u jaħbi l-oppressjoni. Madankollu, il-media indipendenti Belarussa tidher li rnexxielha tinvolvi lill-udjenza tagħha”.

Hanna Liubakova, ġurnalista freelance li tinsab fl-eżilju u li ġiet ikkundannata għal 10 snin ħabs in absentia fuq erba’ akkużi kriminali, tinsab ħerqana bil-motivazzjoni tal-poplu Belarussu li jibqa’ infurmat u li jkollu aċċess għal media indipendenti, u enfasizzat li 50 % tat-traffiku għal siti web immexxija mill-Belarussi li jinsabu barra mill-pajjiż jiġi mill-Belarussja stess. Hija kkonfermat li sa 90 % tal-udjenza tal-pjattaforma tal-media soċjali tinsab ġewwa l-Belarussja. “Il-media indipendenti fil-Belarussja hija l-aħjar antidotu għal Lukashenko u l-propaganda tal-Kremlin,” hija żiedet tgħid.

Natalia Belikova, li taħdem mal-Press Club Belarus qalet li l-għan tal-propaganda l-ġdida tal-gvern huwa li jipprovdi fehim ġdid ta’ xi jfissru l-elezzjonijiet, għalhekk huma qed jippruvaw jgħaqqdu lin-nies u jħeġġuhom juru l-patrijottiżmu tagħhom. “Tattiki bħal dawn huma kif ibiddlu l-perċezzjoni tal-popolazzjoni kollha dwar xi tfisser id-demokrazija”, qalet is-Sinjura Belikova.

Is-seminar intemm bil-wiri tal-film Under the Grey Sky, ispirat mill-istorja vera ta’ Katsyaryna Andreeva, ġurnalista Belarussa li tinsab il-ħabs, fil-preżenza tad-direttur tal-film Mara Tamkovich. (mt)

Copyright: CMEDIA CORPORATION

Taħt Sema Kiefer Belarussu

F’Diċembru, il-KESE ospita l-wiri tal-film Under the Grey Sky, dwar ġurnalisti Belarussi li ħallsu prezz personali qares ħafna talli rapportaw dwar it-taqlib politiku f’pajjiżhom

 

Read more in all languages

F’Diċembru, il-KESE ospita l-wiri tal-film Under the Grey Sky, dwar ġurnalisti Belarussi li ħallsu prezz personali qares ħafna talli rapportaw dwar it-taqlib politiku f’pajjiżhom

Under the Grey Sky, l-ewwel film tar-reġista Belarussa Pollakka Mara Tamkovich, jirrakkonta l-istorja ta’ qsim il-qalb ta’ Lena, ġurnalista Belarussa li spiċċat il-ħabs wara li xandret dirett l-azzjoni repressiva tal-gvern fuq dimostrazzjoni paċifika fil-Pjazza Peremen f’Minsk. Fl-2020 il-Belarussja nħakment minn mewġa bla preċedent ta’ protesti b’reazzjoni għall-elezzjonijiet imbagħbsa li fihom reġa’ ġie elett għas-sitt darba Aleksandr Lukashenko.

Lena u l-operatur tal-kamera tagħha Olya ġew arrestati wara li komplew jiffilmjaw il-protesti minkejja li kienu traċċati minn drone tal-pulizija. Wara serje ta’ avvenimenti assurdi denji ta’ Kafka, Lena l-ewwel ġiet mixlija li organizzat irvellijiet u fixklet it-trasport pubbliku, imma wara l-akkużi nbidlu għal tradiment kontra l-pajjiż. Dik li suppost kienet detenzjoni amministrattiva ta’ sebat ijiem inbidlet f’sentenza ta’ tmien snin ħabs wara proċess bil-bibien magħluqin. Il-kollega tagħha ngħatat sentenza ta’ sentejn. Ilya, ir-raġel ta’ Lena li wkoll safa mhedded mill-pulizija tar-reġim, ipprova b’kull mod possibbli joħroġha mill-ħabs, u saħansitra pprova jipperswadiha tammetti l-ħtija bi skambju għal-libertà. Għal Lena dan kien inaċċettabbli.

Il-film huwa ispirat mill-istorja vera ta’ Katsiaryna Andreyeva, ġurnalista tal-istazzjoni televiżiv Belarussu Belsat, żewġha Ihar Iljash u l-kollega tagħha Darya Chultsova. Minkejja li Darya skontat is-sentenza tagħha ta’ sentejn, Katsiaryna u Ihar għadhom il-ħabs, u qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs imtawla ta’ tmien snin u tliet xhur. U bħalhom hemm ferm aktar: l-Assoċjazzjoni Belarussa tal-Ġurnalisti ddikjarat li sa tmiem l-2024 l-għadd ta’ ġurnalisti l-ħabs fil-Belarussja kien 45. Ħafna jkomplu jiffaċċjaw pressjoni anke wara li jħallu pajjiżhom.

Il-film iddebutta fuq livell dinji fil-festival Tribeca fi New York f’Ġunju 2024.

Fit-13 ta’ Diċembru, Under the Grey Sky intwera fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fil-preżenza tas-Sinjura Tamkovich u bħala parti minn seminar dwar ir-rwol tal-media indipendenti Belarussa fit-trawwim ta’ soċjetà aktar reżiljenti u demokratika.

KESE Info tkellem mas-Sinjura Tamkovich dwar il-film:

Il-film kemm isegwi b’mod preċiż l-avvenimenti li seħħew tabilħaqq u d-destin ta’ Katsiaryna Andreyeva? Użajt xi filmati oriġinali tal-protesti tal-2020 u l-każ tas-Sinjura Andreyeva?

Il-filmati oriġinali ntużaw diversi drabi fil-film. Il-ġbid tal-protesta li l-protagonisti kienu qed ixandru fil-bidu tal-film sar mis-Sinjura Andreyeva u s-Sinjura Chultsova; dawk huma filmati awtentiċi li użajna fil-ħdim tax-xena bl-atturi. Anke l-filmat tad-detenzjoni ta’ Raman Bandarenka li l-protagonisti jaraw fuq il-laptop tagħhom huwa reali (op-ed l-attivist Raman Bandarenka nqatel bis-swat minn persuni b’wiċċhom mgħammad wara li pprova jwaqqafhom milli jqaċċtu żigarelli ħomor u bojod li jissimbolizzaw il-bandiera tal-Belarussja qabel l-okkupazzjoni Sovjetika). Fi tmiem il-film, nuri montaġġ ta’ xandiriet diretti tal-protesti meħudin minn Katsiaryna bħala forma ta’ epilogu.

Il-plott tal-film isegwi mill-qrib ħafna r-realtà: il-mod kif ġew arrestati u kkundannati l-ġurnalisti, u l-pieni li ngħataw. Iżda l-għan tiegħi ma kienx li nagħti analiżi preċiża tal-avvenimenti, iżda pjuttost li nipprovdi l-verità emozzjonali tal-għażliet li kellhom jagħmlu n-nies u l-għażliet diffiċli li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom. Il-protagonisti tajniehom ismijiet differenti biex nisseparawhom ftit minn dawk li servewhom ta’ ispirazzjoni fil-ħajja reali, iżda wkoll biex nistiednu l-udjenza tirrifletti dwar dik l-istorja bħala waħda minn ħafna, bħala metafora għal dak li għadda minnu n-nazzjon kollu. 

Il-pubbliku ġenerali fil-Belarussja jaf x’ġara lis-Sinjura Andreyeva u ġurnalisti oħra bħalha? Taf kemm nies sofrew l-istess destin jew simili bħal tagħha?

L-għadd ta’ arresti politiċi u azzjonijiet ta’ repressjoni fil-Belarussja tant huwa kbir li kważi impossibbli li ma tkunx konxju tas-sitwazzjoni. Wara l-2020, mill-inqas 130 000 persuna sofrew forom differenti ta’ repressjoni u madwar 500 000 telqu mill-pajjiż. L-ammont huwa tant kbir li diffiċli jibqa’ mistur.

F’dawn l-aħħar snin l-għadd uffiċjali ta’ priġunieri politiċi (dawk akkużati jew ikkundannati fuq akkużi kriminali) fil-Belarussja baqa’ 1 300 persuna. Iżda trid tifhem li mijiet, jekk mhux eluf, diġà servew il-piena tagħhom, xi wħud ingħataw ħelsien aktar kmieni u ħafna minn dawk li għadhom kif ġew ikkundannati jibżgħu jitolbu l-istatus ta’ priġunier politiku. Din hija katina sistematika ta’ repressjoni li tiċċaqlaq b’mod kostanti, bi priġunieri ġodda jieħdu post dawk li jinħelsu. 

X’kienet il-motivazzjoni ewlenija tiegħek biex tipproduċi dan il-film? X’qed tittama li tikseb bih?

Bħala Belarussa ħassejt li kelli li nagħmel xi ħaġa meta r-reġim Belarussu ħonoq il-protesta tal-2020 b’tant brutalità. Bħala eks ġurnalista nista’ nirrelata b’mod qawwi mal-perspettiva tal-protagonisti tiegħi. Bħala reġista rajt storja b’saħħitha li tqanqal sentimenti profondi. Ħassejt li kelli nirrakkontaha. 

X’messaġġ ewlieni jew emozzjoni tittama li se jieħdu magħhom l-ispettaturi wara li jaraw l-film tiegħek?

Nittama tabilħaqq li n-nies jirriflettu tassew dwar xi tfisser il-libertà, xi prezz iridu jħallsu biex jiksbuha u jekk fil-fatt japprezzawx dak li għandhom. Nittama li jaħsbu dwar Kacia, Ihar u kull persuna li tinsab il-ħabs, peress li l-libertà hija xi ħaġa li ħafna nies fl-Ewropa jieħdu bħala fatt. 

X’għandha tagħmel l-UE – l-istituzzjonijiet tagħha, is-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti u tad-drittijiet tal-bniedem u l-gvernijiet nazzjonali – biex tgħin?

Inħeġġeġ lill-UE biex lill-Belarussja ma tinsihiex u ma tqishiex kawża mitlufa. L-appoġġ tal-UE huwa dak li jippermetti lill-kultura u lill-media tagħna, u lis-soċjetà ċivili jibqgħu ħajjin taħt din il-pressjoni tremenda u, għalkemm għalissa dan jista’ jinħass bħala investiment fit-tul, se jkun vallapena.

 

“Kieku qatt ma eżista, kien ikollu jinħoloq” – il-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE jiċċelebra l-20 anniversarju tiegħu

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE, il-fundaturi u l-membri attwali tal-Grupp appellaw għal passi attivi intiżi li jiddefendu d-demokrazija Ewropea, l-ispazju pubbliku miftuħ u Ewropa ġusta.

Read more in all languages

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE, il-fundaturi u l-membri attwali tal-Grupp appellaw għal passi attivi intiżi li jiddefendu d-demokrazija Ewropea, l-ispazju pubbliku miftuħ u Ewropa ġusta.

Fil-11 ta’ Diċembru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ospita l-20 anniversarju tal-Grupp ta’ Kuntatt tiegħu man-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili, l-uniku korp permanenti għad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni strutturata bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE. Matul iż-żewġ deċennji ta’ eżistenza tiegħu, il-Grupp ta’ Kuntatt kellu rwol ewlieni biex isemma’ l-ilħna tas-soċjetà ċivili organizzata u jinkorpora l-preokkupazzjonijiet tagħha fl-aġenda Ewropea. Il-Grupp jinkludi 45 netwerk tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell Ewropew, li jħaddnu bis-sħiħ il-prinċipji minquxa fl-Artikolu 11 tat-Trattat.

“Aħna u niċċelebraw l-20 sena tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE, nonoraw mhux biss il-kisbiet notevoli tiegħu iżda wkoll is-sħubijiet dejjiema li sawru d-demokrazija parteċipattiva fl-Ewropa. Fi żmien żewġ deċennji, il-Grupp ta’ Kuntatt kiber fi pjattaforma vibranti, li ssemma’ l-ilħna tas-soċjetà ċivili u trawwem kollaborazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati. Aħna u nħarsu lejn il-futur, ejjew inkomplu ningħaqdu flimkien biex insaħħu l-valuri demokratiċi, nespandu l-ispazju ċiviku, u noħolqu Ewropa li tabilħaqq taqdi lill-poplu kollu tagħha,” qal il-President tal-KESE Oliver Röpke fid-diskors tal-ftuħ tiegħu.

“Il-vjaġġ tagħna ma kienx faċli,” spjegat Brikena Xhomaqi, Kopresident tal-Grupp ta’ Kuntatt, “iżda tgħallimna nafdaw lil xulxin. U nittama li nsaħħu l-kooperazzjoni tagħna biex niġġieldu flimkien għal strateġija koerenti tas-soċjetà ċivili Ewropea”.

Fid-diskors ewlieni tagħha, Katarina Barley, Viċi President tal-Parlament Ewropew, responsabbli għar-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ddikjarat li “Bħala l-Parlament Ewropew, aħna lesti nsaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-Grupp ta’ Kuntatt. Neħtieġu kooperazzjoni dejjem aktar strutturata mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.  Flimkien, irridu nagħmlu aktar biex niġġieldu kontra t-theddid għad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea, li huwa akbar milli fi kwalunkwe żmien ieħor fl-istorja tal-UE”, u żidiet tgħid li, fir-rigward tal-Grupp ta’ Kuntatt, “Kieku qatt ma eżista, kien ikollu jinħoloq”.

Fl-avveniment dinamiku li jfakkar l-20 anniversarju tal-Grupp ta’ Kuntatt ħadu sehem aktar minn mitt mistieden, inklużi diversi personalitajiet ewlenin tas-settur tas-soċjetà ċivili. Dawn kienu jinkludu rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mis-Serbja u l-Moldova, f’konformità mal-politika tal-KESE li tistieden rappreżentanti tal-pajjiżi kandidati tal-UE biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. Attendew ukoll erba’ eks Presidenti tal-KESE, Staffan Nilsson, Henri Malosse, Luca Jahier u George Dassis. Is-Sur Jahier enfasizza li l-KESE għandu r-responsabbiltà li jistabbilixxi u jżomm pjattaforma għad-djalogu ċivili, u s-Sur Dassis qal li “l-iżjed ħaġa importanti hija li jkollna l-paċi, u biex niksbu l-paċi, irridu nkunu b’saħħitna u magħqudin.”

Jekk ma stajtx tattendi, tista’ tisma r-reġistrazzjoni tal-avveniment, tikkonsulta l-istqarrija konġunta tal-presidenza tal-Grupp ta’ Kuntatt, tara l-filmat tal-għeluq u r-ritratti, u taqra l-istqarrija għall-istampa fil-paġna tal-avveniment hawnhekk.  (lm)

Copyright: Polish Presidency. Council of the European Union

Aħbar ġdida fjamanta: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Pollakka

Fl-1 ta’ Jannar, il-Polonja ħadet it-tmun tal-Kunsill tal-UE mill-Ungerija u, għalhekk, ser ikollha l-presidenza tal-Kunsill matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Il-Presidenza Pollakka se tibda fi żmien trasformattiv għall-Ewropa, li jikkoinċidi mal-bidu tal-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. 

Read more in all languages

Fl-1 ta’ Jannar, il-Polonja ħadet it-tmun tal-Kunsill tal-UE mill-Ungerija u, għalhekk, ser ikollha l-presidenza tal-Kunsill matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Il-Presidenza Pollakka se tibda fi żmien trasformattiv għall-Ewropa, li jikkoinċidi mal-bidu tal-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. 

Fid-dawl tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna li qed tkompli bla heda, u tensjonijiet ġeopolitiċi daqs qatt qabel fl-istorja reċenti tal-Ewropa, il-Polonja qed tiffoka l-prijoritajiet tagħha fuq it-tema ġenerali tas-sigurtà. Dan jinkludi s-sigurtà esterna, interna, ekonomika, tal-enerġija, tal-ikel u tas-saħħa, kif ukoll l-iżgurar tal-istat tad-dritt.

Dawn il-prijoritajiet jirriflettu tajjeb l-impenn tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jrawwem il-koeżjoni, iħares il-valuri demokratiċi, u jiżgura prosperità stabbli. “Fil-KESE, aħna kburin li aħna msieħeb affidabbli u koinvolt tal-Presidenza Pollakka, u nimpenjaw ruħna li naqdu rwol attiv fit-tfassil tal-prijoritajiet politiċi li ser jiddefinixxu dan iċ-ċiklu Ewropew ġdid”, qal il-President tal-KESE Oliver Röpke.

Fuq talba tal-Presidenza Pollakka, il-KESE se jabbozza 14-il Opinjoni esploratorja. Ikkonsulta l-fuljett il-ġdid tagħna u skopri aktar dwarhom u ħidma oħra tal-KESE matul l-ewwel nofs tal-2025. Tista’ tiskopri wkoll min huma l-membri Pollakki tal-KESE u liema organizzazzjonijiet jirrappreżentaw. Il-fuljett huwa disponibbli esklużivament online bl-Ingliż, bil-Pollakk, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. (ll)

“Rebranding Europe”

Jekk l-UE trid tibqa’ ħajja, trid tikkomunika b’mod effettiv, speċjalment fil-kuntest attwali ta’ diżinformazzjoni sfrenata, iż-żieda rapida tal-intelliġenza artifiċjali u żieda fit-tendenzi awtoritarji. Biex tilħaq lil kulħadd, il-komunikazzjoni dwar l-UE jeħtieġ tasal fil-livell lokali.

Read more in all languages

Jekk l-UE trid tibqa’ ħajja, trid tikkomunika b’mod effettiv, speċjalment fil-kuntest attwali ta’ diżinformazzjoni sfrenata, iż-żieda rapida tal-intelliġenza artifiċjali u żieda fit-tendenzi awtoritarji. Biex tilħaq lil kulħadd, il-komunikazzjoni dwar l-UE jeħtieġ tasal fil-livell lokali.

Rebranding Europe, il-ktieb il-ġdid tal-istrateġista tal-komunikazzjoni u awtur Stavros Papagianneas, iwitti t-triq għal diskussjoni kritika dwar ir-rwol tal-UE fix-xena globali, li l-Ewropa tinsab f’salib it-toroq fid-dawl tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li qed tidħol fit-tielet sena tagħha, il-gwerra fil-Lvant Nofsani u sensiela ta’ sfidi ġeopolitiċi u ekonomiċi.

Il-preżentazzjoni tal-ktieb saret fit-3 ta’ Diċembru fir-Residence Palace fi Brussell, li għaliha attenda l-Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni Laurenţiu Plosceanu, li ħa sehem fid-dibattitu dwar il-pożizzjoni tal-Ewropa f’arena globali turbolenti u l-ħtieġa li l-UE tikkomunika l-valuri tagħha b’mod effettiv.

“L-UE tinsab f’mument determinanti. Biex tiżgura l-futur tagħha, l-Ewropa jeħtiġilha tikkomunika viżjoni ċara u konvinċenti liċ-ċittadini tagħha u lid-dinja. Din mhix kwistjoni ta’ politika, iżda ta’ fiduċja, identità u skop kondiviż,” spjega Papagianneas.

Il-parteċipanti fid-dibattitu enfasizzaw li komunikazzjoni effettiva mhijiex biss għażla iżda ħtieġa għas-sopravivenza tal-UE, speċjalment fl-era attwali mifnija diżinformazzjoni, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, u awtoritarjaniżmu li qed jinfirex dejjem aktar. L-Ewropa trid tkun minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Ir-rwol tal-media huwa essenzjali fit-tiswir tal-isfera pubblika tal-Ewropa, kif irrikonoxxa Colin Stevens, kap editur ta’ EU Reporter u moderatur tad-diskussjoni. “Aħna, il-media, irridu nispjegaw u nirrepetu bla heda li l-Ewropa tikkonċerna lil kulħadd. U rridu nwasslu dan il-messaġġ kuljum,” qal Stevens.

L-esperti jaqblu li huwa diffiċli ħafna li nikkumbattu l-miżinformazzjoni jew l-aħbarijiet foloz f’ras il-għajn, b’mod partikolari minħabba l-użu mifrux tal-intelliġenza artifiċjali. L-aktar kontromiżura effettiva hija li tinħoloq reżiljenza fi ħdan il-popolazzjoni.

Is-Sur Plosceanu qal li “wasal iż-żmien li niftħu widnejna sew għal dak li qed jgħidulna ċ-ċittadini, aktar milli nitkellmu magħhom. Iċ-ċittadini jridu aktar involviment u parteċipazzjoni. Huwa saħaq l-importanza tal-kooperazzjoni mal-istampa reġjonali u ħeġġeġ lill-Istituzzjonijiet tal-UE biex jiżviluppaw sħubijiet mal-media reġjonali u jistiednu lill-ġurnalisti reġjonali fi Brussell. Huwa temm jgħid li l-Ewropa jeħtieġ tilħaq il-livell lokali, il-livell taċ-ċittadini.

Peress li l-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej l-ewwel jaħsbu mill-perspettiva lokali, wara reġjonali, imbagħad nazzjonali, u fl-aħħar nett dik Ewropea, il-komunikazzjoni dwar l-Ewropa trid tadatta għal din ir-realtà u tirrikonoxxi li biex jintlaħqu ċ-ċittadini, in-narrattivi jridu jkunu lokali, reġjonali u nazzjonali. (mt)

Niżżilha fil-kalendarju: Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE, 17-20 ta’ Marzu 2025

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), bħala l-imsieħeb istituzzjonali tas-soċjetà ċivili, huwa kburi jħabbar it-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili! 

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), bħala l-imsieħeb istituzzjonali tas-soċjetà ċivili, huwa kburi jħabbar it-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili! 

L-avveniment ta’ erbat ijiem, b’enfasi fuq it-tema tat-tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati, ser jinkludi sessjonijiet immexxija mill-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE man-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili. Il-punti ewlenin jinkludu wkoll Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili u kontributi minn kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali, rappreżentanti taż-żgħażagħ, ġurnalisti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi kandidati.

Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fi Frar 2025. Dalwaqt se jkun hemm aktar informazzjoni fuq il-paġna tal-avveniment #CivSocWeek u l-mezzi tal-media soċjali.  Kompli segwina!

Skejjel sekondarji: lestu ruħkom għall-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2025!

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek, il-KESE rċieva mijiet ta’ applikazzjonijiet mill-iskejjel sekondarji fl-UE, mill-pajjiżi kandidati u mir-Renju Unit. 

Read more in all languages

Għal l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek, il-KESE rċieva mijiet ta’ applikazzjonijiet mill-iskejjel sekondarji fl-UE, mill-pajjiżi kandidati u mir-Renju Unit.

L-organizzaturi ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” eżaminaw u vvalutaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet kollha, u għażlu 36 skola sekondarja li ser jieħdu sehem fl-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2025” nhar it-13 u l-14 ta’ Marzu!

“L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, li huwa l-avveniment annwali ewlieni tal-KESE għaż-żgħażagħ, din is-sena ser ilaqqa’ flimkien kważi 100 student u 37 għalliema. Dan l-avveniment ser ikun intitolat “Nagħtu vuċi liż-żgħażagħ” u ser isir fuq ġurnata u nofs. Ser jiffoka fuq ir-rwol li ż-żgħażagħ jista’ jkollhom biex isawru futur reżiljenti. Għandu l-għan li jawtonomizzahom jieħdu sehem f’azzjoni ċivika u jikkontribwixxu b’mod attiv għad-demokrazija parteċipattiva, kemm fil-komunitajiet tagħhom kif ukoll lil hinn minnhom.

Waqt li l-KESE jħejji biex jilqa’ lill-parteċipanti kollha ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, il-membri tal-KESE ser iżuru l-iskejjel magħżula fil-bidu tal-2025 biex jiltaqgħu mal-istudenti u jiskambjaw l-ideat qabel l-avveniment ewlieni.

Is-sessjoni inawgurali u dik tal-għeluq tal-14 ta’ Marzu 2025 ser jixxandru dirett. Il-link li trid tuża biex tara dawn is-sessjonijiet ser tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-KESE, fuq il-paġna web uffiċjali ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! 2025 | KESE, fejn tista’ ssib ukoll aktar informazzjoni u aġġornamenti dwar l-avveniment.

Flow jagħmel ħoss fil-KESE

Fit-23 ta’ Jannar, il-KESE se jospita skrinjar ta’ “Flow”, li qed jikkontesta l-edizzjoni tal-2025 tal-LUX – Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza.

Read more in all languages

Fit-23 ta’ Jannar, il-KESE se jospita skrinjar ta’ “Flow”, li qed jikkontesta l-edizzjoni tal-2025 tal-LUX – Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza.

Immexxi mill-produttur tal-films Latvjan Gints Zilbalodis, dan il-film animat mfaħħar mill-kritiċi huwa koproduzzjoni bejn il-Latvja, Franza u l-Belġju. Dan kiseb rikonoxximent globali, u rebaħ il-Golden Globe Award for the Best Animated Feature u l-aqwa premjijiet f’festivals bħall-Annecy International Animation Film Festival, in-New York Film Critics Circle Awards u l-European Film Awards.

Segwi l-vjaġġ ta’ Cat, li rnexxielu jsalva u jinsab solitarju wara għargħar post-apokalittiku, huwa u jaffaċċja realtà ġdida u jitgħallem jikkollabora ma’ annimali sħabu fuq dgħajsa tas-salvataġġ.

L-avveniment huwa parti mis-sensiela ta’ skrinjar tal-films tal-KESE li tinsab għaddejja, organizzata fi sħubija ma’ LUX – Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza tal-Parlament Ewropew, bl-għan jippromovi d-diversità kulturali u jqanqal djalogu dwar kwistjonijiet soċjali urġenti.

Skopri l-verżjoni interattiva tal-Passaport għad-Demokrazija Ewropea

Eluf ta’ kopji tal-aħħar edizzjoni tal-fuljett popolari tal-KESE, il-Passaport għad-Demokrazija Ewropea, issa qed jitqassmu madwar l-Ewropa. Qed tistaqsi jekk il-Passaport għad-Demokrazija Ewropea huwiex disponibbli wkoll f’format elettroniku? It-tweġiba hija iva! 

Read more in all languages

Eluf ta’ kopji tal-aħħar edizzjoni tal-fuljett popolari tal-KESE, il-Passaport għad-Demokrazija Ewropea, issa qed jitqassmu madwar l-Ewropa. Qed tistaqsi jekk il-Passaport għad-Demokrazija Ewropea huwiex disponibbli wkoll f’format elettroniku? It-tweġiba hija iva! 

Il-verżjoni interattiva online, li fiha filmati, kwiżżijiet, mapep u ħafna aktar, diġà hija disponibbli fi 13-il lingwa, u huma ppjanati verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali! Agħtiha titwila u skopri kif tista’ verament tagħmel differenza! 

L-istejjer ta’ suċċess tal-KESE

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tinkludi sensiela ta’ 11-il storja dwar il-kisbiet reċenti tiegħu.

Read more in all languages

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tinkludi sensiela ta’ 11-il storja dwar il-kisbiet reċenti tiegħu.

Dawn juru kif il-KESE ħadem biex jiżgura li l-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali ewlenin, identifikati mill-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, jiġu diskussi u indirizzati fil-livell Ewropew.

Dawn l-istejjer juru wkoll kif, permezz tal-ħidma konsultattiva tiegħu, il-KESE jinfluwenza l-leġiżlazzjoni tal-UE u jimmonitorja li din tiġi implimentata b’mod adegwat.

Tista’ taqra aktar dwar dawn il-11-il storja jew tniżżilhom mis-sit tagħna: Kisbiet reċenti tal-KESE | KESE.

Biex tikseb kopji stampati bl-Ingliż u bil-Franċiż, jekk jogħġbok ibgħat email hawnhekk: vipcese@eesc.europa.eu.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Nisfruttaw il-Kompetittività għal Prosperità Kondiviża: Prijoritajiet ġodda tal-Grupp ta’ Min Iħaddem

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem

“Nisfruttaw il-Kompetittività għal Prosperità Kondiviża” huwa l-għan ewlieni tal-prijoritajiet tal-Grupp tagħna li għadhom kif ġew adottati.

Read more in all languages

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem

“Nisfruttaw il-Kompetittività għal Prosperità Kondiviża” huwa l-għan ewlieni tal-prijoritajiet tal-Grupp tagħna li għadhom kif ġew adottati.

Quddiem l-isfidi globali attwali, il-prijoritizzazzjoni tal-kompetittività u l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għan-negozju jridu jkunu fuq quddiem nett tal-aġenda politika, appoġġjati minn azzjonijiet ta’ politika konkreti.

F’UE li tiffavorixxi n-negozju, il-kompetittività hija bbażata fuq l-eċċellenza u l-kompetizzjoni soda u mhux fuq is-sussidji jew il-protezzjoniżmu, u n-negozji għandhom aċċess kompetittiv għar-riżorsi kollha tal-produzzjoni li jeħtieġu. UE li tiffavorixxi n-negozju tfisser ukoll li jkollna regolament li jwassal għan-negozju u l-produttività, fejn il-piż amministrattiv jiġi minimizzat, u fejn is-Suq Uniku jiffunzjona bis-sħiħ. Barra minn hekk, fiduċja soda bejn l-intrapriżi u dawk li jfasslu l-politika hija kruċjali biex jiġi attirat l-investiment. Daqstant ieħor hija kruċjali l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-kumpaniji tal-UE fil-konfront tal-kompetituri internazzjonali tagħhom.


Huwa għalhekk li qed nappellaw għal 10 settijiet ta’ azzjonijiet ta’ politika favur in-negozju bħala prijoritajiet ewlenin:

  1. Riforma radikali tal-approċċ regolatorju
  2. Sistemi ta’ Innovazzjoni Produttiva li jiffukaw fuq l-investiment u l-innovazzjoni
  3. Kapaċità Teknoloġika Għolja fid-difiża, is-sigurtà u t-tranżizzjoni ekoloġika u l-appoġġ għal negozji ġodda fil-qasam tat-teknoloġija
  4. Bażi Industrijali b’Saħħitha
  5. Swieq Finanzjarji Integrati permezz tal-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni Bankarja
  6. Aċċess Adegwat għax-Xogħol
  7. Sistemi ta’ Enerġija u Trasport Effettivi
  8. Kundizzjonijiet Indaqs tan-Negozjar
  9. Tranżizzjoni Ekoloġika orjentata lejn in-Negozju
  10. Finanzi Pubbliċi Effiċjenti

Dawn l-azzjonijiet huma urġenti jekk irridu nisfruttaw l-impatt pożittiv tan-negozji kompetittivi fuq ekonomija robusta u UE influwenti fil-livell globali.

Ir-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi kienu twissija: jekk l-UE mhix se terġa’ tikseb il-kompetittività tagħha, tista’ tħabbat wiċċha ma’ kompromessi diffiċli fil-qasam tal-benesseri, l-istandards ambjentali u l-libertajiet fundamentali.

Dan ma nistgħux naffordjawh.

Patt industrijali nadif għall-Ewropa, għall-ħaddiema tagħha?

Mill-Grupp tal-Ħaddiema

L-industrija tal-Ewropa qed tiffaċċja ħafna sfidi differenti, inklużi prezzijiet tal-enerġija estremament għoljin, diffikultà biex tattira forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati u aċċess għall-finanzjament. Fl-2023, l-UE ressqet il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku, li jiffoka fuq il-kisba tan-newtralità karbonika. Fil-preżentazzjoni tagħha tal-linji gwida politiċi l-ħarifa li għaddiet, il-President Ursula Von der Leyen semmiet “Patt Industrijali Nadif” għal industriji kompetittivi u impjiegi ta’ kwalità, b’konsistenza mar-rapport ta’ Draghi. 

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Ħaddiema

L-industrija tal-Ewropa qed tiffaċċja ħafna sfidi differenti, inklużi prezzijiet tal-enerġija estremament għoljin, diffikultà biex tattira forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati u aċċess għall-finanzjament. Fl-2023, l-UE ressqet il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku, li jiffoka fuq il-kisba tan-newtralità karbonika. Fil-preżentazzjoni tagħha tal-linji gwida politiċi l-ħarifa li għaddiet, il-President Ursula Von der Leyen semmiet “Patt Industrijali Nadif” għal industriji kompetittivi u impjiegi ta’ kwalità, b’konsistenza mar-rapport ta’ Draghi.

L-industrija hija parti essenzjali mit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u mis-sistema ekonomika tagħna. Iżda dan il-ftehim il-ġdid xi jfisser għall-ħaddiema? Li jkun hemm forza tax-xogħol b’saħħitha, membri ta’ unions, imħallsa tajjeb u b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, hija kwistjoni li ma tikkonċernax biss lit-trade unions, iżda wkoll lis-soċjetà inġenerali, id-demokrazija u l-istabbiltà soċjali, kif ukoll il-produttività tal-kumpaniji.

Mingħajr gwida xierqa u finanzjament pubbliku suffiċjenti, dan il-ftehim jista’ jispiċċa jibbaża fuq il-partijiet tar-rapport ta’ Draghi u tal-aġenda tal-kompetittività li huma l-aktar favur id-deregolamentazzjoni. Dan jista’ jipperikola l-mudell soċjali Ewropew billi jippromovi mudell dannuż ta’ kompetizzjoni li jixpruna ġirja lejn tnaqqis fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Biex jindirizzaw dan it-tħassib, fl-14 ta’ Frar, il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) qed jorganizzaw konferenza konġunta dwar il-politika industrijali Ewropea għal impjiegi ta’ kwalità fil-bini tal-KESE. Nilqgħu lill-partijiet kollha interessati fid-diskussjoni biex jimmarkaw dan l-avveniment fil-kalendarju tagħhom u jingħaqdu mad-diskussjoni. 

L-UE teħtieġ rispons politiku pan-Ewropew għall-kriżi tal-akkomodazzjoni tagħha

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni fl-industriji tal-kostruzzjoni u tal-akkomodazzjoni u l-involviment tal-atturi tal-ekonomija soċjali fis-servizzi tal-provvista tal-akkomodazzjoni jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali relatati mal-affordabbiltà u s-sostenibbiltà tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa. Skont konferenza li saret reċentement fil-KESE, jinħtieġ rispons pan-Ewropew għad-diversi sfidi, peress li l-akkomodazzjoni mhijiex biss ħtieġa iżda wkoll dritt tal-bniedem . 

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni fl-industriji tal-kostruzzjoni u tal-akkomodazzjoni u l-involviment tal-atturi tal-ekonomija soċjali fis-servizzi tal-provvista tal-akkomodazzjoni jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali relatati mal-affordabbiltà u s-sostenibbiltà tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa. Skont konferenza li saret reċentement fil-KESE, jinħtieġ rispons pan-Ewropew għad-diversi sfidi, peress li l-akkomodazzjoni mhijiex biss ħtieġa iżda wkoll dritt tal-bniedem . 

Fil-21 ta’ Novembru, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE organizza l-konferenza Nipproteġu lill-aktar ċittadini vulnerabbli tal-Ewropa permezz ta’ akkomodazzjoni sostenibbli u affordabbli, li matulha d-diskussjonijiet iffukaw fuq kif l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jagħmlu l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa aktar inklużivi, affordabbli u sostenibbli.

Séamus Boland, President tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, enfasizza li l-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata jikkostitwixxi dritt tal-bniedem li jeħtieġ approċċ pan-Ewropew. Huwa enfasizza r-rabta bejn iż-żieda fil-prezzijiet tal-akkomodazzjoni u l-livelli tal-faqar, u indika wkoll li “l-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli hija ċentrali għall-qerda tal-faqar”.

Is-Sur Boland enfasizza wkoll li “l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar u l-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli proposti mill-President elett tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu parti minn approċċ ta’ politika transsettorjali biex jintemm il-faqar. Dan l-approċċ irid jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul il-proċess kollu tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-soluzzjonijiet. L-akkomodazzjoni sostenibbli trid tiġi eżaminata minn perspettiva usa’ li tinkludi l-effiċjenza fir-riżorsi, iċ-ċirkolarità, ir-reżiljenza, l-adattament u l-aċċessibbiltà ekonomika”.

Matul l-avveniment saret referenza wkoll għall-istudju l-ġdid tal-KESE dwar Akkomodazzjoni sostenibbli affordabbli fl-UE, ikkummissjonat mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili. L-istudju janalizza soluzzjonijiet ta’ politika għall-kisba ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fl-UE. Barra minn hekk, jinvestiga żewġ xejriet emerġenti: id-diġitalizzazzjoni u l-involviment tal-atturi tal-ekonomija soċjali fil-provvista tal-akkomodazzjoni. L-istudju jeżamina inizjattivi innovattivi f’sitt Stati Membri, u jivvaluta l-potenzjal tagħhom għal applikazzjoni usa’ fl-Ewropa.

Tista’ ssir taf aktar dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika fuq terminu medju u twil tal-istudju tal-KESE hawnhekk.

Tista’ tikkonsulta wkoll il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza.

Fokus fuq il-Migrazzjoni

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni juri kif is-soċjetà ċivili tista’ tgħin fl-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil

Id-9 Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u mid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni Ewropea, iffoka fuq kif is-soċjetà ċivili jista’ jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni li jmiss tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, u enfasizza wkoll il-ħidma diretta tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dan il-qasam.

Read more in all languages

Id-9 Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u mid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni Ewropea, iffoka fuq kif is-soċjetà ċivili jista’ jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni li jmiss tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, u enfasizza wkoll il-ħidma diretta tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dan il-qasam.

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li sar fi Brussell lejn l-aħħar ta’ Novembru, xeħet dawl fuq il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li daħal fis-seħħ f’Ġunju 2024. Il-parteċipanti esploraw l-implimentazzjoni li jmiss tiegħu u kif is-soċjetà ċivili tista’ tgħin fl-appoġġ u l-applikazzjoni tal-Patt b’mod uman. L-avveniment ta ħarsa aktar mill-qrib lejn il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà permanenti l-ġdid, li ħoloq rabtiet aktar mill-qrib bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza adegwati u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021–2027.

Fis-sessjoni tal-ftuħ, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni li għadha kif temmet il-kariga tagħha, Ylva Johansson, qalet: “Ninsab kuntenta li wieħed mill-aħħar dmir pubbliku tiegħi bħala Kummissarju huwa li nitkellem f’dan il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, pjattaforma kruċjali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għall-Istati Membri u għal dawk li jfasslu l-politika biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet relatati mal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Id-diskussjonijiet tagħna matul is-snin dejjem kienu ta’ ispirazzjoni. Flimkien, nistgħu nibnu komunitajiet aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti, inħarsu l-valuri tagħna u niżguraw li l-Ewropa tibqa’ post ta’ rifuġju u ta’ opportunità”.

Il-President tal-KESE, Oliver Röpke, irringrazzja lill-Kummissarju Johansson għad-dedikazzjoni tagħha għar-riforma tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. “Jeħtiġilna niżguraw li l-Patt dwar il-Migrazzjoni jiġi implimentat bl-aktar mod uman u sostenibbli possibbli, u l-uniku mod kif nistgħu nagħmlu dan huwa billi nisimgħu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f’dan il-qasam. Għalkemm il-Patt ġie adottat, il-ħidma għadha ’l bogħod milli tintemm – fil-fatt, wieħed jista’ jgħid li l-ħidma reali tibda issa”, huwa wissa.

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni ġie stabbilit fl-2015 bħala pjattaforma għal djalogu bejn is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet dwar kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Huwa jiltaqa’ darba fis-sena biex jiddiskuti l-aħħar żviluppi ta’ politika u biex jiġbor u jiskambja informazzjoni dwar kif il-politiki Ewropej jiġu implimentati fil-livelli reġjonali, lokali u taċ-ċittadini.

Kull sena, il-Forum jiffoka fuq tema differenti, li tintgħażel abbażi tal-kontribut li jipprovdu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul il-proċessi ta’ konsultazzjoni li jitwettqu fix-xhur ta’ qabel l-avveniment. S’issa il-Forum kopra suġġetti bħal rotot ta’ migrazzjoni sikuri, l-aċċess tal-migranti għad-drittijiet u s-servizzi u għall-UE, suq tax-xogħol Ewropew aktar inklużiv għall-migranti u r-rwol taż-żgħażagħ.

Il-KESE diġà adotta Opinjonijiet ewlenin dwar temi ewlenin relatati mal-migrazzjoni u l-ażil, inkluż dwar il-ħolqien tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, dwar ir-Regolament dwar l-ażil u l-migrazzjoni, dwar il-pakkett dwar l-Unjoni tas-Sigurtà/il-pakkett Schengen, u dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni 2021-2027. Fl-2009, il-KESE waqqaf ukoll Grupp Permanenti dwar l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jgħin biex jagħti forma tanġibbli lir-rwol tal-KESE bħala faċilitatur bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni, kif ukoll jistinka biex jippromovi l-iżvilupp ta’ politika Ewropea komuni dwar l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni. (lm)

Photo from 'The Jungle' project: Trench foot, a fungal infection that affects the feet, is one of the most common health problems among refugees attempting to cross the Białowieża Forest (October 2022). Copyright: Hanna Jarzabek

Il-Ġungla

Hanna Jarzabek, fotografiċi għal produzzjonijiet ta’ dokumentarji, u nominata għall-Premju għal Impatt tal-Ġurnaliżmu Investigattiv għall-Ewropa 2024, tagħti stampa skoraġġanti tas-sitwazzjoni fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja fejn eluf ta’ refuġjati qed jippruvaw jaqsmu l-Foresta ta’ Białowieża mlaqqma “Il-Ġungla”.

Read more in all languages

Hanna Jarzabek, fotografiċi għal produzzjonijiet ta’ dokumentarji, u nominata għall-Premju għal Impatt tal-Ġurnaliżmu Investigattiv għall-Ewropa 2024, tagħti stampa skoraġġanti tas-sitwazzjoni fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja fejn eluf ta’ refuġjati qed jippruvaw jaqsmu l-Foresta ta’ Białowieża mlaqqma “Il-Ġungla”.

Minn Hanna Jarzabek

Minn Novembru 2021 ’l hawn, eluf ta’ refuġjati, primarjament minn pajjiżi tal-Lvant Nofsani u dawk Afrikani, ippruvaw jaqsmu l-Foresta ta’ Białowieża, l-aħħar foresta primordjali fl-Ewropa, li tinsab tul il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja. Il-foresta, imlaqqma “Il-Ġungla” minn xi refuġjati, hija post perikoluż u li diffiċli taqsamha, b’mod partikolari għal dawk li mhumiex familjari mal-klima ħarxa tal-Ewropa tal-Grigal. Ħafna refuġjati jinqabdu fil-foresta għal perjodi twal ta’ ħin, fejn jiffaċċjaw kundizzjonijiet estremi bħan-nuqqas ta’ ikel u ilma, u riskju għoli ta’ ipotermja u mewt matul ix-xitwa. Jekk jinqabdu mill-gwardji tal-fruntiera, dawn ir-refuġjati normalment jiġu mġiegħla jaqsmu lura l-fruntiera, li jfisser li jitħallew fil-boskijiet fuq in-naħa Belarussa, spiss billejl, mingħajr xhieda u bit-telefowns tagħhom meqrudin biex tiġi evitata l-komunikazzjoni mal-bqija tad-dinja. Dawn ir-ritorni furzati, magħrufa bħala push-backs, iseħħu anke f’kundizzjonijiet estremi, mingħajr ma ssir l-ebda eċċezzjoni għal nisa tqal jew individwi f’xifer l-ipotermja, li xorta jisfaw imkeċċijin lejn it-territorju Belarussu. Xi wħud mir-refuġjati sostnew li sofrew dawn il-push-backs f’diversi okkażjonijiet, anke sa 17-il darba.

Il-Gvern Pollakk preċedenti bena ħajt tal-fruntiera bil-barbed wire tat-tip "concertina" fuq in-naħa ta’ fuq u bil-bażi rinfurzata. Bħal ostakli simili fi bnadi oħrajn, dan ma jwaqqafx lin-nies milli jippruvaw jidħlu fl-Ewropa iżda minflok jesponihom għal korrimenti serji oħra. Il-gwardji tal-fruntiera installaw ukoll nases tal-kamera fil-foresta biex jidentifikaw movimenti ta’ refuġjati u ħaddiema umanitarji. Mingħajr kampijiet tar-refuġjati, ir-refuġjati jistaħbew fil-foresta biex jevitaw push-backs lejn il-Belarussja, u l-preżenza militari li qed tikber tfixkel l-aċċess għall-għajnuna umanitarja.

Sa mill-bidu, l-għoti ta’ għajnuna umanitarja f’din il-fruntiera ffaċċja sfidi sinifikanti. Wara li l-gvern tal-lemin estrem tilef il-poter f’Ottubru 2023, tqawwiet it-tama għal bidla fil-politika tal-migrazzjoni, iżda l-vjolenza, ir-rifjuti u l-aċċess limitat għall-kura medika ppersistew. Bħalissa, it-Tobba Mingħajr Fruntieri joperaw bi tliet membri tal-persunal part-time biss biex joffru kura medika tul il-fruntiera ta’ 400 kilometru. L-organizzazzjoni m’għandhiex bażi permanenti, għall-kuntrarju ta’ reġjuni oħra tal-fruntiera bi flussi migratorji simili. Jiffaċċjaw kundizzjonijiet diffiċli, u spiss jipprovdu għajnuna fid-dlam u mingħajr it-tagħmir adatt biex jagħmlu dijanjożi preċiża. Huma jadattaw it-trattament tagħhom għall-kundizzjonijiet tal-foresti, pereżempju billi jagħtu infużjonijiet fil-vini billejl jew jipprovdu attenzjoni medika urġenti f’każijiet severi bħal korrimenti tat-tqala.

Wara l-kostruzzjoni tal-ħajt, minbarra l-problemi tas-saħħa, issa qed ikun hemm diversi tipi ta’ ksur, peress li n-nies li jippruvaw jitilgħu minn fuq il-ħajt xi drabi jaqgħu minn għoli ta’ 5 metri. Xi wħud mill-ksur jeħtieġu operazzjonijiet ikkumplikati u xhur ta’ rkupru. F’dawn il-każijiet, kif ukoll f’każijiet ta’ ipotermja, l-unika soluzzjoni hija li tintalab ambulanza, bl-għarfien li l-persuna se tiġi arrestata u segwita mill-gwardji tal-fruntiera waqt is-soġġorn tagħha fl-isptar. Wara li l-persuni jinħelsu mill-isptar, il-gwardji tal-fruntiera jiddeċiedu, abbażi tal-kriterji tagħhom stess, jekk jibagħtuhomx f’ċentru magħluq għall-barranin jew f’ċentru miftuħ. Skont dak li qaluli ħafna minn dawk li intervistajt, kien hemm sitwazzjonijiet fejn xi refuġjati, wara li temmew is-soġġorn tagħhom fl-isptar, ġew ittrasportati mill-gwardji tal-fruntiera lura lejn il-foresta u mġiegħla jitilqu lura lejn in-naħa Belarussa, u l-istorja reġgħet bdiet mill-bidu.

F’dawn l-aħħar xhur, l-għadd ta’ suldati stazzjonati fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja żdied ukoll b’mod kostanti, u dan jirrifletti tensjonijiet dejjem akbar fir-reġjun. F’Ġunju 2024, migrant fuq il-fruntiera darab lil suldat Pollakk b’arma bil-ponta, li aktar tard miet minħabba l-ġrieħi tiegħu. B’reazzjoni għal dan, il-gvern il-ġdid intensifika l-kampanja tiegħu kontra l-migrazzjoni u introduċa liġi li tippermetti lis-suldati jużaw l-armi kulmeta jqisu li dan ikun meħtieġ, mingħajr ma jiffaċċjaw responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom. Din id-deċiżjoni tqajjem tħassib sinifikanti, b’mod partikolari fid-dawl ta’ inċidenti allarmanti preċedenti li jinvolvu l-użu tal-forza. Pereżempju, f’Ottubru 2023, rifuġjat Sirjan intlaqat minn tiri b’arma tan-nar f’dahru matul is-sigħat ta’ binhar, u ġarrab korrimenti serji. Bl-istess mod, f’Novembru 2023, il-voluntiera umanitarji rrapportaw li l-gwardji tal-fruntiera sparaw fid-direzzjoni tagħhom mingħajr twissija minn qabel waqt li kienu qed jippruvaw jipprovdu l-għajnuna. Il-liġi l-ġdida mhux biss fiha r-riskju li tinnormalizza prattiki perikolużi bħal dawn, iżda toħloq ukoll klima ta’ impunità, li tkompli tipperikola kemm lir-refuġjati kif ukoll lil dawk li joffru assistenza umanitarja. Bl-għoti ta’ awtorità mingħajr limiti lis-suldati, din il-politika ddgħajjef id-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tista’ teskala l-vjolenza f’reġjun tal-fruntiera li diġà huwa volatili.

Donald Tusk ifittex li jipproġetta immaġni li huwa aktar miftuħ u konxju mid-drittijiet tal-bniedem, madankollu l-gvern tiegħu jkompli jipperpetwa n-narrattiva tal-amministrazzjoni preċedenti li tagħti l-istampa li l-migranti f’din il-fruntiera huma theddida għas-soċjetà Pollakka, tiddiżumanizzahom u tittikkettahom bħala terroristi jew kriminali. Il-gvern preċedenti pprova wkoll jikklassifika lill-persuni li joffru għajnuna umanitarja bħala persuni li qed jgħinu fit-traffikar tal-bnedmin — reat b’piena ta’ massimu ta’ tmien snin ħabs. Jidher li din il-politika se tissokta taħt il-gvern ta’ Donald Tusk. Fit-28 ta’ Jannar 2025, ħames voluntiera umanitarji li għenu familja mill-Iraq u individwu Eġizzjan fl-2022, se jiffaċċjaw proċess, u b’hekk jirriskjaw l-istess piena ħarxa.

Barra minn hekk, ftit li xejn joħroġ ottimiżmu mill-politika tal-migrazzjoni li għadha kif tħabbret (Ottubru 2024). Iż-żona ta’ lqugħ, introdotta f’Lulju li għadda, għadha fis-seħħ, u tirrestrinġi mmens l-aċċess għall-organizzazzjonijiet umanitarji, inklużi t-Tobba Mingħajr Fruntieri, kif ukoll il-ġurnalisti, u b’hekk tfixkel l-għoti ta’ għajnuna lir-refuġjati u d-dokumentazzjoni ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Pollakki.

Madankollu, l-aktar aspett kontroversjali ta’ din il-politika huwa l-pjan li jiġi sospiż id-dritt għall-ażil f’din il-fruntiera — miżura li tikkontradixxi b’mod sfaċċat id-drittijiet fundamentali tal-bniedem rikonoxxuti madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, din il-politika se jkollha implikazzjonijiet estensivi għall-popolazzjoni lokali fir-reġjun tal-fruntiera, u minkejja dan ġiet żviluppata mingħajr ebda konsultazzjoni minn qabel magħhom jew ma’ organizzazzjonijiet umanitarji. Dawn l-organizzazzjonijiet, li kienu qed jaħdmu bla heda biex jipprovdu l-għajnuna, ġabru wkoll għarfien kritiku dwar is-sitwazzjoni, dwar il-ħtiġijiet tar-refuġjati li qed jippruvaw jaqsmu u dwar l-isfidi li jiffaċċjaw. Jekk dan l-għarfien jiġi injorat mhux biss idgħajjef l-isforzi umanitarji iżda fih ukoll ir-riskju li jaggrava sitwazzjoni diġà mwiegħra.

Dan ir-rapport investigattiv twettaq bl-appoġġ ta’ għotja mill-fond għall-Ġurnaliżmu Investigattiv għall-Ewropa.

Hanna Jarzabek hija fotografiċi għal produzzjonijiet ta’ dokumentarji, hija Spanjola-Pollakka bbażata f’Madrid, bi sfond fix-xjenza politika u b’esperjenza bħala analista tal-politiki għall-aġenziji tan-NU. Il-ħidma tagħha tiffoka fuq temi bħad-diskriminazzjoni, l-identità tal-ġeneru, id-diversità sesswali u l-flussi migratorji tul il-fruntieri tal-Lvant tal-UE b’approċċ sensittiv u rispettuż. Xogħolha ġie ppubblikat fi stabbilimenti ewlenin bħal El País u Newsweek Japan, u ġie esibit internazzjonalment u rikonoxxut b’bosta premjijiet, inkluża nomina għall-Premju għal Impatt tal-Ġurnaliżmu Investigattiv għall-Ewropa 2024 u l-Premju Leica Oskar Barnack 2023.

Ritratt mill-proġett “The Jungle”:

Sieq tat-trunċieri, infezzjoni fungali li taffettwa s-saqajn, hija waħda mill-aktar problemi tas-saħħa komuni fost ir-refuġjati li jippruvaw jaqsmu l-Foresta ta’ Białowieża (Ottubru 2022). 

Copyright: Robert Gašpert

Unmarked graves at Europe's outer borders

Barbara Matejčić, a freelance journalist from Croatia, has had the 'List of Refugee Deaths' - a record of people who tried to reach safety in the EU from 1993 to the present day - printed out on her desk for a long time. This 'catalogue of refugee despair and the cruelty of Europe's border regime' has served as a reminder that she needs to do something about it. 

Read more in all languages

Barbara Matejčić, a freelance journalist from Croatia, has had the 'List of Refugee Deaths' - a record of people who tried to reach safety in the EU from 1993 to present day - printed out on her desk for a long time. This 'catalogue of refugee despair and the cruelty of Europe's border regime' has served as a reminder that she needs to do something about it. In 2024, she took part in a major award-winning cross-border journalism project that confirmed over 1 000 unmarked graves of migrants across Europe over the last decade. Her story Unmarked monuments of EU's shame in Croatia and Bosnia chronicles state-linked deaths along the treacherous Balkan route.

By Barbara Matejčić

As I write this, on 13 January, in Zagreb, the odds are high that someone out there on the so-called Balkan route is dying. The temperatures are below freezing; the rivers are icy, swollen, and fast-flowing, and the mountains and forests are covered in snow. People have no other way to reach the European Union and ask for asylum, so they take high-risk routes. And they do not die 'only' because they drowned, fell fatally or froze to death. They also die because the police shoot at the boats in which they cross rivers, as happened to 20-year-old Arat Semiullah from Afghanistan, whose funeral prayer I attended in Bosnia and Herzegovina. They also die because the police refuse to respond to their repeated cries for help, as in the case of three minors from Egypt who froze to death in a Bulgarian forest in late 2024.

The root of my journalistic work on migrant deaths along the Balkan route lies in the 'List of Refugee Deaths’,  compiled by UNITED, a European network of activists and non-governmental organisations. The list documents information from 1993 to the present, about who has died, where, when, how and under what circumstances, while trying to reach Europe or somewhere within Europe. Many of those on the list were refugees fleeing the wars in the former Yugoslav countries. Eleven-year-old Jasminka from Bosnia died in 1994 after her Roma family was set on fire in a refugee centre in Cologne. Lejla Ibrahimović from Bosnia took her own life on 4 December 1994 in Birmingham after the British Interior Ministry refused to grant a visa to her husband Safet. Many people on the list tragically died by suicide.

Many did so after their asylum applications were refused, or before they were due to be deported from the European country they had managed to reach or in protest of the long wait for their asylum requests to be resolved. In the summer of 1995, Todor Bogdanović from Yugoslavia was shot by French police in the mountains near the border with Italy. He was eight years old. Refugees from former Yugoslav countries crossed the borders with documents and received protection in European countries, similar to Ukrainian refugees since the war in Ukraine began. But even then, some could not cross the border legally and tried to reach safety in Western Europe by any means they could, just as non-European refugees have done over the past decade. We don't know about those deaths from the 1990s, just as we don’t know much about the ones happening today.

Twelve years ago, I printed out that list, and it has been sitting on my desk ever since as a reminder that I need to do something about it. For me, no photograph, no text, no documentary about refugees is as heart-wrenching as that bare list of dead people. Those densely written pages are a catalogue of refugee despair and the cruelty of Europe's border regime.

As a reporter, I have covered various aspects of migration, including illegal pushbacks and police violence, particularly by the Croatian police, over the past decade. I started focusing on deaths in 2023. I toured cemeteries with activists in Croatia and Bosnia and Herzegovina, sent hundreds of inquiries to state bodies, spoke to the loved ones of the deceased. It is the activists, not the police, that migrants call when their life is in danger. It is the activists who help relatives find those who have disappeared after losing contact with them. It is activists who try to identify the dead, and put up permanent gravestones. This network of compassionate people does the work that should be done by institutions.

The text Unmarked monuments of EU's shame in Croatia and Bosnia is part of what I published, and it was created as part of an international journalistic investigation into migrant deaths at the external borders of the European Union, which I conducted together with colleagues from Greece, Italy, Spain, and Poland. The series titled 1000 Lives, 0 Names: The Border Graves Investigation won the 2024 Special Award European Press Prize and Investigative Journalism for EU Impact Award (IJ4EU). 

Based in Zagreb, Croatia, Barbara Matejčić is an award-wining freelance journalist, non-fiction writer, editor, researcher and audio producer focused on social affairs and human rights in the Balkan region. She has won several awards, including the Investigative Journalism for Europe award (2024) and the European Press Prize (2024). The Croatian Journalists’ Association named her best print journalist in Croatia for her features about post-war societies in Croatia and Bosnia and Herzegovina. She writes for Croatian and international media and produces multimedia projects. She lectures in Journalism Studies at the University of VERN in Zagreb. You can find out more about Barbara's work at barbaramatejcic.com  

Copyright: UNHCR

Il-pajjiżi tal-UE m’għandhomx iġiegħlu lir-refuġjati Sirjani jirritornaw fis-sitwazzjoni ta’ instabbiltà ta’ bħalissa

L-UNHCR, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, jinsab lest jappoġġja lis-Sirjani li jħossuhom sikuri li jirritornaw lura f’pajjiżhom. Iżda lill-oħrajn kollha, jagħtihom parir kontra r-ritorn furzat lejn pajjiż ikkaratterizzat minn inċertezza politika u li qed jiffaċċja waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji fid-dinja, fejn sa 90% tal-popolazzjoni tgħix taħt il-linja tal-faqar, jikteb Jean-Nicolas Beuze mill-UNHCR.

Read more in all languages

L-UNHCR, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, jinsab lest jappoġġja lis-Sirjani li jħossuhom sikuri li jirritornaw lura f’pajjiżhom. Iżda lill-oħrajn kollha, jagħtihom parir kontra r-ritorn furzat lejn pajjiż ikkaratterizzat minn inċertezza politika u li qed jiffaċċja waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji fid-dinja, fejn sa 90% tal-popolazzjoni tgħix taħt il-linja tal-faqar, jikteb Jean-Nicolas Beuze mill-UNHCR.

Minn Jean-Nicolas Beuze

Hekk kif ix-xenarju politiku fis-Sirja qed jevolvi malajr wara li sfaxxa r-reġim tal-President Bashar al-Assad, id-dibattitu dwar l-akbar popolazzjoni ta’ refuġjati fid-dinja ħa prominenza fl-Ewropa kollha.

Għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi tal-UE qed jipposponu d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil għas-Sirjani, b’xi wħud iħabbru inizjattivi li jinkludu titjiriet charter u inċentivi finanzjarji jew “bonusijiet ta’ ritorn” biex iħeġġu lir-refuġjati jmorru lura f’pajjiżhom. Huwa saħansitra rrappurtat li oħrajn qed jippjanaw li jiddeportaw lis-Sirjani li bħalissa fit-territorju tagħhom, irrispettivament mill-istatus ta’ ażil tagħhom.

Biex l-istati tal-UE jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-ażil, jeħtieġ li jivvalutaw jekk is-Sirja hijiex sikura għar-ritorn tas-Sirjani li bħalissa huma residenti fl-Ewropa. Minħabba s-sitwazzjoni fuq il-post li qed tevolvi malajr, huwa impossibbli li f’dan il-perjodu jsiru ġudizzji definittivi dwar is-sikurezza. Ix-xenarju tas-sigurtà fis-Sirja għadu inċert, hekk kif il-pajjiż jinsab imdendel bejn il-possibbiltà ta’ paċi u rikonċiljazzjoni u r-riskju ta’ aktar vjolenza.

Miljuni ta’ refuġjati Sirjani li jgħixu barra mill-pajjiż qed jippruvaw jifhmu xi tfisser is-sitwazzjoni li qed tevolvi f’pajjiżhom għall-futur tagħhom stess. Qed jistaqsu lilhom innifishom: Is-Sirja se tkun sikura għalija? Id-drittijiet tiegħi se jiġu rispettati? Għal xi wħud, il-prospett ta’ ritorn jista’ jidher aktar fattibbli, iżda għal oħrajn għad hemm tħassib kbir.

X’inhu l-futur għal dawk li jappartjenu għal minoranzi etniċi jew reliġjużi, li għandhom fehmiet politiċi differenti jew li jidentifikaw bħala parti mill-komunità LGBTQ+ fis-Sirja tal-lum? It-tweġiba għadha mhix ċara.

Iżda għal dawk li jħossu li huwa sikur li jirritornaw, irridu nirrispettaw il-ġudizzju tagħhom – u potenzjalment nappoġġjawhom biex jirritornaw u jintegraw mill-ġdid fil-komunitajiet ta’ oriġini tagħhom. Madankollu, għall-oħrajn kollha, l-UNHCR jagħti parir kontra r-ritorn furzat minħabba l-instabbiltà u l-inċertezza politika kontinwa fil-pajjiż.

Ir-ripatrijazzjoni furzata mill-Unjoni Ewropea tikser id-drittijiet tas-Sirjani bħala refuġjati, u tpoġġihom f’riskju ta’ ħsara serja u irreparabbli mar-ritorn tagħhom.

Il-vjolenza bl-armi li tinsab għaddejja f’diversi partijiet tas-Sirja, flimkien ma’ inċertezza dwar kif l-awtoritajiet il-ġodda ser jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni, speċjalment tal-gruppi vulnerabbli, jagħmluha deċiżjoni prematura għal ħafna biex jikkunsidraw ir-ritorn. Huwa importanti li jiġi rispettat il-ġudizzju tagħhom f’din il-kwistjoni. Għalhekk, l-Istati Membri tal-UE, flimkien ma’ pajjiżi ġirien tas-Sirja li ospitaw b’mod ġeneruż il-biċċa l-kbira tar-refuġjati Sirjani għal aktar minn għaxar snin, iridu jkomplu jżommu l-impenn tagħhom li jipprovdu protezzjoni lis-Sirjani fit-territorju tagħhom.

Mill-1,1 miljun persuna spostati internament minħabba l-eskalazzjoni tal-ostilitajiet fl-aħħar ta’ Novembru, madwar 627 000 persuna għadhom kif ġew spostati, li 75 fil-mija minnhom huma nisa u tfal.

Ir-ritorni prematuri jippreżentaw riskji sinifikanti, mhux l-inqas billi jalimentaw ċiklu ta’ spostament – kemm ġewwa s-Sirja kif ukoll bejn il-fruntieri – li fl-aħħar mill-aħħar japprofondixxu l-kriżi.

Minbarra l-ispostament tal-massa, is-Sirja qed tissara ma’ waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji fid-dinja. Fil-kunflitt inqerdu porzjonijiet kbar tal-infrastruttura tas-Sirja, inklużi sptarijiet, skejjel u akkomodazzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-refuġjati ma għandhomx djar fejn jistgħu jirritornaw. Ħafna reġjuni għadhom qed jesperjenzaw nuqqas ta’ ikel, ilma nadif u kura medika. In-nuqqas ta’ servizzi bażiċi, opportunitajiet ekonomiċi u sikurezza jagħmilha diffiċli għall-persuni rimpatrijati biex jibnu ħajjithom mill-ġdid b’mod sostenibbli u dinjituż. 90 fil-mija tal-popolazzjoni fis-Sirja jgħixu taħt il-linja tal-faqar.

F’dawn l-aħħar ftit ġimgħat, ir-ritorni volontarji tas-Sirjani mil-Libanu, mit-Turkija u mill-Ġordan żdiedu b’mod notevoli, bi stimi preliminari li juru 125 000, jew madwar 7 000 kuljum. Filwaqt li dawn ir-ritorni huma xprunati minn għażliet individwali, l-UNHCR għandu l-impenn li jappoġġja lil dawk li jiddeċiedu li jirritornaw minn issa.

Hemm ħafna Sirjani fl-Ewropa u fil-pajjiżi ġirien li qed jikkunsidraw jekk huwiex sikur li jirritornaw u jistaqsu x’se jsibu f’termini ta’ servizzi bażiċi u opportunitajiet biex jibnu ħajjithom mill-ġdid, u fl-istess ħin għandhom xewqa kbira li jerġgħu jingħaqdu mal-maħbubin. Għal din ir-raġuni, ħafna jixtiequ jirritornaw lura d-dar għal żjarat qosra biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fuq il-post. Jeħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr il-biża’ li jitilfu l-istatus tagħhom ta’ rifuġjat fl-Ewropa. Dawn iż-żjarat biex “imorru u jaraw” huma essenzjali biex in-nies jieħdu deċiżjonijiet infurmati li jwasslu għal eżiti aħjar, inklużi ritorni sikuri u dejjiema.

Il-paċenzja u l-kawtela huma essenzjali hekk kif is-Sirjani jistennew il-kundizzjonijiet it-tajba għal ritorn sikur u riintegrazzjoni b’suċċess fil-komunitajiet tagħhom. Peress li hemm ħafna Sirjani li bdew jikkunsidraw li jirritornaw f’darhom, l-UNHCR huwa lest li jappoġġjahom. Wara snin ta’ spostament, din tista’ tkun l-opportunità tant mistennija għal ħafna biex itemmu l-vjaġġ tagħhom ta’ refuġjati u jħaddnu soluzzjoni dejjiema billi jirritornaw lejn is-Sirja. Hekk kif l-Unjoni Ewropea u l-UNHCR akkumpanjawhom matul l-eżilju tagħhom, se nkomplu nappoġġjawhom hekk kif jirritornaw u jerġgħu jibnu Sirja ġdida.

Jean-Nicolas Beuze huwa r-rappreżentant tal-UNHCR għall-UE, il-Belġju, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Portugall, wara li qabel serva bħala rappreżentant fl-Iraq, il-Jemen u l-Kanada. Huwa għandu aktar minn 27 sena esperjenza ta’ ħidma għan-NU fuq il-post u fil-kwartieri ġenerali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, iż-żamma tal-paċi u l-protezzjoni tat-tfal.

Copyright: Camille Le Coz

L-implimentazzjoni tal-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil – test għall-proġett Ewropew?

Il-Patt il-ġdid tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li meta ġie adottat f’Mejju 2024 tfaħħar tant bħala pass storiku, għad irid jagħti prova tal-valur tiegħu. Iżda l-isfidi li għandu quddiemu fl-2025 mhumiex faċli: f’ambjent ġeopolitiku straordinarjament inċert, il-kumplessità inerenti tal-Patt u l-iskadenza stretta għall-implimentazzjoni tiegħu se jirrikjedu kawtela u ħafna bbilanċjar – analiżi minn Camille Le Coz tal-Migration Policy Institute Europe (MPI Europe)

Read more in all languages

Il-Patt il-ġdid tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li meta ġie adottat f’Mejju 2024 tfaħħar tant bħala pass storiku, għad irid jagħti prova tal-valur tiegħu. Iżda l-isfidi li għandu quddiemu fl-2025 mhumiex faċli: f’ambjent ġeopolitiku straordinarjament inċert, il-kumplessità inerenti tal-Patt u l-iskadenza stretta għall-implimentazzjoni tiegħu se jirrikjedu kawtela u ħafna bbilanċjar – analiżi minn Camille Le Coz tal-Migration Policy Institute Europe (MPI Europe)

Fil-bidu tal-2025 tqajmu mistoqsijiet urġenti dwar il-futur tal-politiki dwar il-migrazzjoni fl-Unjoni Ewropea (UE). Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida stabbiliet perkors ċar bil-pjan ta’ implimentazzjoni tagħha għall-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, iżda ċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jistgħu jiddevjaw l-enfasi politika u r-riżorsi xi mkien ieħor. L-elezzjonijiet li jmiss fil-Ġermanja, il-waqgħa tar-reġim ta’ Assad u l-perkors imprevedibbli tal-gwerra fl-Ukrajna qed ikomplu jżidu l-inċertezza. Id-diskussjonijiet dwar il-mudelli ta’ esternalizzazzjoni għadhom għaddejjin, iżda dawn l-isforzi ħafna drabi jsiru bħala manuvri politiċi iżolati u mhux bħala parti minn strateġija Ewropea koeżiva. Sadanittant, il-migrazzjoni għadha qed tiġi strumentalizzata fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja, u dan qed iwassal dejjem aktar għal ksur tad-dritt tal-UE. Din is-sena se tkun kruċjali biex jiġi ddeterminat jekk l-Unjoni Ewropea tistax issegwi approċċ li jrawwem il-fiduċja u jwassal għal azzjoni kollettiva tant meħtieġa, jew jekk hijiex se tiffaċċja frammentazzjoni ulterjuri.

F’Mejju 2024, ħafna minn dawk li jfasslu l-politika Ewropea faħħru l-adozzjoni tal-Patt bħala pass storiku, wara snin ta’ negozjati diffiċli. Eżatt qabel l-elezzjonijiet Ewropej, dan il-ftehim wera l-kapaċità tal-blokk li jgħaqqad u jindirizza wħud mill-aktar kwistjonijiet diffiċli tiegħu. L-għanijiet tal-Patt huma fundamentali biex jiġu indirizzati t-tensjonijiet fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà u solidarjetà, biex tiġi solvuta l-perċezzjoni ta’ kriżi ta’ migrazzjoni perpetwa u biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ qbil bejn il-proċeduri tal-ażil bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu armonizzati. Għalkemm il-qafas il-ġdid fil-parti l-kbira tiegħu jkompli jibni fuq is-sistema eżistenti, jintroduċi miżuri aktar stretti bħal skrinjar sistematiku, proċeduri mtejba tal-ażil u tar-ritorn fil-livell tal-fruntieri, u derogi minn regoli komuni f’każ ta’ kriżi. Il-Patt jappoġġja wkoll Ewropizzazzjoni akbar, peress li jipprevedi solidarjetà obbligatorja, isaħħaħ ir-rwol tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u jżid il-finanzjament u s-sorveljanza Ewropej.

Madankollu, din l-ispinta għall-kredibbiltà tal-UE f’termini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni bħala blokk jista’ jkollha ħajja qasira jekk l-Ewropej ma jibdewx jimplimentaw ir-regoli l-ġodda minn Mejju 2026. Din l-iskadenza stretta hija sfida partikolarment diffiċli, peress li l-Patt jirrikjedi l-ħolqien ta’ sistema kumplessa, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal, speċjalment għall-Istati Membri l-aktar esposti. Għalkemm l-Istati Membri żviluppaw pjani ta’ azzjoni nazzjonali, ħafna minn din il-ħidma twettqet bil-bibien magħluqin u mingħajr diffużjoni ta’ messaġġi politiċi. Din id-diskrepanza toħloq riskju dejjem akbar, peress li t-tmexxija politika hija kruċjali biex jinżamm il-bilanċ delikat fil-livell tal-UE.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida teħtieġ il-formazzjoni ta’ koalizzjonijiet bejn l-partijiet interessati. L-aġenziji nazzjonali tal-ażil huma essenzjali biex testi leġiżlattivi kumplessi jiġu tradotti f’oqfsa prattiċi, u l-aġenziji tal-UE – b’mod partikolari l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil – diġà jaqdu rwol ċentrali f’dan il-proċess. Daqstant importanti huwa l-involviment tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom u jiġi żgurat l-aċċess għall-konsulenza legali u s-sorveljanza tal-proċeduri l-ġodda, fost affarijiet oħra. Biex jiġu appoġġjati dawn l-isforzi, huma meħtieġa approċċi aktar kollaborattivi, inklużi konsultazzjonijiet regolari, mekkaniżmi robusti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u task forces operazzjonali li jiltaqgħu regolarment.

Għalissa, il-kwistjoni li qed tingħata ħafna attenzjoni hija dik tal-istrateġiji ta’ esternalizzazzjoni, li għadd dejjem jikber ta’ kapitali Ewropej iqisuhom bħala soluzzjonijiet għall-isfidi tal-migrazzjoni tal-UE. Il-ftehim bejn l-Italja u l-Albanija, li f’dan il-qasam stabbilixxa lil Giorgia Meloni bħala figura ewlenija fix-xena Ewropea, qajjem ħafna dibattitu dwar il-kapaċità tagħha li ttejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni mħallta. Madankollu, dan għadu ma ta l-ebda riżultat, u għadu ftehim bilaterali, li jeskludi kontribuzzjonijiet minn imsieħba Ewropej oħra. Sadanittant, gvernijiet oħra fasslu mudelli alternattivi, bħaċ-ċentri ta’ ritorn, u pproponew modi kif dawn jiġu integrati f’approċċ mifrux mal-UE kollha.

Hija preċiżament din il-kwistjoni tar-ritorn li mistennija tkun fiċ-ċentru tad-dibattitu politiku fix-xhur li ġejjin. Tabilħaqq, parti mill-Patt tiddependi fuq it-titjib tat-tħaffif tar-ritorn, speċjalment għal individwi li jkunu għaddejjin minn proċeduri fuq il-fruntieri fl-Istati l-aktar esposti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jaħdmu biex jindirizzaw din l-emerġenza u fl-istess ħin jipprovdu spazju għal skemi pilota ta’ pjattaformi ta’ ritorn. F’Marzu huma mistennija proposti għar-rieżami tad-Direttiva dwar ir-Ritorn. Minħabba l-iskadenzi qosra, ir-riskju huwa li l-Ewropej ma jirriflettux bis-sħiħ fuq it-tagħlimiet meħuda fil-prattika, minkejja l-progress li sar matul l-aħħar għaxar snin f’oqsma bħas-sensibilizzazzjoni, il-konsulenza, l-appoġġ għar-riintegrazzjoni u t-tagħlim reċiproku fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tkun kawta li l-esperimentazzjoni b’mudelli ta’ esternalizzazzjoni ma tagħmilx ħsara lir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi ta’ oriġini u ddgħajjef il-pożizzjoni usa’ tagħha.

Dan l-att delikat ta’ bbilanċjar li qed jiżviluppa f’ambjent straordinarjament inċert se jservi ta’ test għall-implimentazzjoni tal-Patt għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, u anke għall-proġett Ewropew b’mod aktar ġenerali. B’mod partikolari, is-sitwazzjoni fil-fruntiera Pollakka toħroġ fid-dieher sfidi speċifiċi għall-osservazzjoni ta’ regoli vinkolanti taħt il-pressjoni ta’ ġar ostili. Fir-rigward tas-Sirja u l-Ukrajna, jeħtieġ li l-bliet kapitali Ewropej jitħejjew għal żviluppi mhux previsti. Fis-sena li ġejja, se jkun kruċjali li titrawwem tmexxija b’saħħitha fil-livell tal-UE biex jiġu implimentati regoli ġodda u jkomplu jiġu esplorati toroq innovattivi li jallinjaw u jsaħħu approċċ konġunt. Approċċ bħal dan jeħtieġ li l-isforzi jiġu kkonċentrati fuq l-istabbiliment ta’ sħubijiet reżiljenti ma’ pajjiżi ta’ prijorità u li tiġi evitata d-devjazzjoni tar-riżorsi permezz ta’ manuvri politiċi.

Camille Le Coz hija Direttur Assoċjat fil-Migration Policy Institute Europe, istitut tar-riċerka bbażat fi Brussell li jfittex ġestjoni aktar effettiva tal-immigrazzjoni, l-integrazzjoni tal-immigranti, u s-sistemi tal-ażil kif ukoll riżultati ta’ suċċess għal immigranti ġodda, familji bi sfond ta’ immigrazzjoni, u komunitajiet ospitanti.

Copyright: Schotstek

Schotstek: Il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs u diversità fil-pożizzjonijiet maniġerjali

L-oriġini u l-isfond soċjali qatt ma għandhom ikunu ostakli għas-suċċess, tikteb Evgi Sadegie, Direttur Maniġerjali ta’ Schotstek, organizzazzjoni bbażata f’Hamburg u Berlin li tippromovi opportunitajiet indaqs u diversità kulturali fid-dinja professjonali. Il-programmi uniċi ta’ boroż ta’ studju ta’ Schotstek għandhom l-għan li jappoġġjaw żgħażagħ intelliġenti, ambizzjużi u motivati bi sfond ta’ migrazzjoni fil-vjaġġ tagħhom lejn pożizzjonijiet ta’ tmexxija fir-riċerka, in-negozju u s-soċjetà. Billi tgħinhom jibnu networks b’saħħithom u tagħtihom il-ħiliet it-tajba, Schotstek tagħti s-setgħa lill-istudenti li għandhom talent u lill-professjonisti żgħażagħ biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Read more in all languages

L-oriġini u l-isfond soċjali qatt ma għandhom ikunu ostakli għas-suċċess, tikteb Evgi Sadegie, Direttur Maniġerjali ta’ Schotstek, organizzazzjoni bbażata f’Hamburg u Berlin li tippromovi opportunitajiet indaqs u diversità kulturali fid-dinja professjonali. Il-programmi uniċi ta’ boroż ta’ studju ta’ Schotstek għandhom l-għan li jappoġġjaw żgħażagħ intelliġenti, ambizzjużi u motivati bi sfond ta’ migrazzjoni fil-vjaġġ tagħhom lejn pożizzjonijiet ta’ tmexxija fir-riċerka, in-negozju u s-soċjetà. Billi tgħinhom jibnu networks b’saħħithom u tagħtihom il-ħiliet it-tajba, Schotstek tagħti s-setgħa lill-istudenti li għandhom talent u lill-professjonisti żgħażagħ biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Minn Evgi Sadegie

Il-Ġermanja hija pajjiż kulturalment divers, iżda dan ftit li xejn huwa rifless fit-tmexxija ekonomika, xjentifika, kulturali u politika tagħha. Persuni bi sfond ta’ migrazzjoni spiss jiffaċċjaw ostakli li jaggravaw l-inugwaljanzi soċjali, iħallu l-potenzjal tal-innovazzjoni mhux sfruttat u jimminaw il-koeżjoni soċjali. Il-preġudizzji, l-opportunitajiet edukattivi mhux ugwali u n-nuqqas ta’ mudelli eżemplari u ta’ networks ixekklu l-progress fil-karriera ta’ ħafna persuni li għandhom talent.

Schotstek twaqqfet fl-2013 minn Sigrid Berenberg u ħbieb tagħha. Sigrid Berenberg hija avukat, u għal ħafna snin kienet impenjata li tippromovi l-ġustizzja soċjali u d-diversità. Flimkien ma’ persuni tal-istess fehma, hija waqqfet Schotstek u speċifikament wittiet it-triq għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija għal żgħażagħ intelliġenti, ambizzjużi u motivati bi sfond ta’ migrazzjoni. Hija ppromoviet detenturi ta’ boroż ta’ studju bi prestazzjoni għolja li se jsiru persuni li fil-futur se jagħmlu ħoss u bidliet u jieħdu d-deċiżjonijiet. Għal ħafna snin, Sigrid Berenberg kienet involuta bis-sħiħ fit-tmexxija tal-programm fuq bażi kompletament volontarja.

Schotstek hija kumpanija mingħajr skop ta’ qligħ appoġġjata permezz ta’ donazzjonijiet u inizjattivi konġunti ma’ kumpaniji oħra. Il-programm huwa appoġġjat bis-sħiħ minn network ta’ msieħba, korpi konsultattivi u ħbieb – dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet ta’ livell għoli minn firxa wiesgħa ta’ setturi u kulturi. Ta’ min isemmi b’mod partikolari li tlieta mis-seba’ msieħba u d-direttur maniġerjali attwali huma, huma stess, alumni tal-programm Schotstek. Dan juri kif Schotstek tgħaddi dejjem aktar ir-responsabbiltà lit-talenti li tappoġġja, u b’hekk ikollha impatt dejjiemi.

Schotstek toffri appoġġ uniku lill-istudenti u lill-professjonisti żgħażagħ permezz ta’ żewġ programmi paralleli. Il-panels jammettu sa 25 student kull sena f’Hamburg, u sa 20 professjonist żagħżugħ f’Hamburg u Berlin. Wara programm obbligatorju ta’ sentejn, il-parteċipanti jibqgħu fin-network u jistgħu jieħdu sehem fl-avvenimenti.

Fil-qalba ta’ Schotstek hemm il-bini ta’ networks b’saħħithom: ħafna żgħażagħ bi sfond ta’ migrazzjoni ma għandhomx aċċess għall-konnessjonijiet professjonali u soċjali li huma kruċjali għall-opportunitajiet ta’ karriera. Schotstek tpoġġihom f’kuntatt mal-alumni, il-korpi konsultattivi u l-esperti min-negozju, ix-xjenza, il-politika, il-kultura u s-soċjetà. Avvenimenti regolari bħal serati u taħditiet tematiċi ma’ personalitajiet ewlenin jippromovu skambji u jwessgħu l-orizzonti tagħhom. Dawn il-konnessjonijiet jiftħu opportunitajiet ta’ karriera u joħolqu komunità li tippermetti appoġġ fit-tul u suċċess reċiproku. L-alumni issa għandhom rwol ewlieni billi jikkondividu l-għarfien u n-networks tagħhom, u jespandu kontinwament l-ambitu ta’ Schotstek.

Schotstek toffri sessjonijiet ta’ ħidma u kkowċjar li speċifikament iħejju lill-parteċipanti għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija. It-taħriġ isaħħaħ il-kompetenzi ewlenin bħall-ħiliet ta’ komunikazzjoni, il-fiduċja tal-persuna fiha nnifisha u t-tmexxija. Il-parteċipanti jirċievu wkoll appoġġ personali permezz ta’ mentoraġġ. Dawn jitqiegħdu f’kuntatt ma’ professjonisti u maniġers b’esperjenza li jistgħu jipprovdu għarfien siewi dwar id-dinja professjonali, jappoġġjawhom fl-ippjanar tal-karrieri tagħhom u jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi professjonali. Il-mentors jaġixxu bħala mudelli eżemplari, u jħeġġu lill-parteċipanti jsegwu għanijiet professjonali u jegħlbu l-ostakli.

Karatteristika speċifika oħra tal-programm Schotstek hija l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni kulturali. Il-parteċipanti jżuru mużewijiet, teatri, teatri tal-opra, galleriji u istituzzjonijiet kulturali oħrajn. Dan isaħħaħ l-edukazzjoni kulturali, l-iżvilupp personali u l-identifikazzjoni mal-bliet tagħhom. Dawn l-esperjenzi jwessgħu l-perspettiva tad-detenturi ta’ boroż ta’ studju u jrawmu sens ta’ appartenenza.

Schotstek tfittex li tippromovi d-diversità fil-livell maniġerjali. L-oriġini u l-isfond soċjali m’għandhomx jibqgħu ostakli għas-suċċess. Minn mindu twaqqfet, Schotstek diġà appoġġjat mijiet ta’ żgħażagħ, fejn aktar minn 240 parteċipant u alumni jibqgħu attivi. Ħafna huma involuti fil-Bord Konsultattiv tal-Alumni, huma ambaxxaturi, jappoġġjaw il-ħidma tal-midja soċjali jew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bħala buddies jew mentors. Kull min kien detentur ta’ borża ta’ studju Schotstek jibqa’ parti permanenti tan-network – mudell li jippermetti suċċess dejjiemi. L-espansjoni tal-programm għal Berlin fl-2023 turi li l-kunċett Schotstek jista’ wkoll jiġi implimentat b’suċċess fi bliet oħrajn.

Schotstek hija aktar minn programm ta’ appoġġ – hija moviment li juri b’mod impressjonanti kif id-diversità bi prestazzjoni għolja tista’ tiġi promossa u ssir viżibbli b’mod speċifiku. Schotstek tiftaħ u toħloq opportunitajiet li jmorru lil hinn mis-suċċess individwali u tipprovdi eżempju ta’ kif il-Ġermanja tista’ tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tagħha bħala pajjiż tal-immigrazzjoni. Billi jippromovi t-talent eċċellenti u jneħħi l-ostakli, il-programm għandu rwol kruċjali fit-tiswir ta’ soċjetà aktar ġusta u valida għall-futur, xi ħaġa li hija essenzjali f’dinja globalizzata.

Evgi Sadegie, M.A. Studji tat-Tork, hija d-Direttur Maniġerjali ta’ Schotstek gGmbH u hija stess hija alumna mill-grupp tal-2014. Qabel ir-rwol attwali tagħha, hija mexxiet il-proġett ta’ mentoraġġ “Yolda” fil-Fondazzjoni Ċivika ta’ Hamburg, li jappoġġja tfal minn familji soċjoekonomikament żvantaġġati li jitkellmu bit-Tork. B’dan il-mod, hija ppromoviet l-opportunitajiet indaqs minn tarf importanti ieħor tal-ispettru tal-ugwaljanza. Bl-esperjenza estensiva tagħha fil-ġestjoni tal-proġetti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-mentoraġġ u l-kooperazzjoni interkulturali, hija impenjata b’mod attiv fil-promozzjoni tad-diversità u l-integrazzjoni fis-soċjetà.

Copyright: Almir Hoxhaj

L-Albaniżi m’għandhomx permess jidħlu: L-istorja mimlija Sfidi, Adattament u Tama ta’ Immigrant Wieħed

L-immigrant Albaniż fil-Greċja, Almir Hoxhaj, issa jitkellem bil-Grieg kif ukoll bil-lingwa materna tiegħu. Wara aktar minn 30 sena fil-Greċja, huwa jħossu parti mill-pajjiż, iżda ma kienx faċli biex jadatta għas-soċjetà Griega fejn il-kelma “Albaniż” tintuża wkoll bħala insult. Din hija l-istorja personali tiegħu.

Read more in all languages

L-immigrant Albaniż fil-Greċja, Almir Hoxhaj, issa jitkellem bil-Grieg kif ukoll bil-lingwa materna tiegħu. Wara aktar minn 30 sena fil-Greċja, huwa jħossu parti mill-pajjiż, iżda ma kienx faċli biex jadatta għas-soċjetà Griega fejn il-kelma “Albaniż” tintuża wkoll bħala insult. Din hija l-istorja personali tiegħu.

Twelidt f’villaġġ żgħir fid-distrett ta’ Avlonas, fejn għext sakemm kelli tnax-il sena. Il-familja tiegħi marret tgħix Tirana, iżda fl-1997 għamilt id-deċiżjoni diffiċli li nfittex futur aħjar fil-Greċja. Dak iż-żmien, wara l-ftuħ tal-fruntieri, kien komuni li l-Albaniżi jfittxu s-sikurezza fil-Greċja peress li, suppost, il-fruntieri tal-art għamluha aktar faċli. Qsamt il-fruntiera bil-mixi tmintax-il darba. Kont nibża’ mill-baħar. Niftakar ukoll fil-mixja finali tiegħi ta’ ħamest ijiem lejn Veroia fejn, minkejja x-xita bla waqfien, kont inkredibbilment bil-għatx. Meta fl-aħħar kelli tazza sa fuq bl-ilma f’idi, ma kinitx biżżejjed biex tissodisfani. Dan hu kif bdiet ħajti fil-Greċja. B’tazza sa fuq bl-ilma f’idi.

L-ewwel kuntatt tiegħi mal-pajjiż seħħ meta kelli 15-il sena meta qasmt il-fruntiera b’mod sigriet għall-ewwel darba mal-ħbieb. Lanqas biss kien għaddielna minn moħħna li konna qed nagħmlu xi ħaġa illegali. Kieku stajt intir lejn il-Greċja, kont nagħmilha. Il-Greċja, il-lingwa, il-mitoloġija, u l-istorja tagħha kienu partikolarment attraenti għalija. Fis-sajf ħdimt ħafna, ippruvajt nappoġġja lill-familja tiegħi. Iċ-ċaqliq definittiv tiegħi lejn il-Greċja kien mimli sfidi: inċertezza legali, razziżmu u problemi ta’ integrazzjoni. Niftakar b’mod distint inċident wieħed fil-bidu. Kont hemm illegalment, mingħajr assigurazzjoni, ma kontx naf il-lingwa — u waħda minn snieni nkisret. L-unika għażla tiegħi kienet li naqlagħha jien stess, niġbidha quddiem mera b’xi tnalja li kont nuża fuq ix-xogħol. Kelli ħalq mimli demm.

L-adattament għas-soċjetà Griega ma kienx faċli. Bħala migrant tal-ewwel ġenerazzjoni, ħassejtni bħala barrani – qisni l-ħin kollu bid-demm f’ħalq. Kont hemm illegalment u kont nibża’ mmur mixja jew noħroġ nieħu kafè. Esperjenzajt razziżmu kullimkien, f’ħafna forom. Missier hedded lill-wild żgħir tiegħu li kien se jġiegħel lill-Albaniż jieklu jekk ma joqgħodx kwiet. Ġejt irrifjutat id-dħul fil-kafetteriji, fil-klabbs, u f’postijiet oħra, li xi wħud minnhom, meta mort hemm għall-ewwel darba, saħansitra kellhom sinjal li jgħid “L-Albaniżi m’għandhomx permess jidħlu”. Sejħulna maħmuġin għax konna minn reliġjon differenti. Ir-relazzjonijiet bejn il-Griegi u l-Albaniżi issa huma aħjar, għalkemm l-sterjotipi għadek issibhom. Il-kelma “Albaniż” fil-Greċja tintuża wkoll bħala insult. Kien hemm razziżmu, u għad hemm, iżda issa huwa aktar moderat. Iż-żminijiet inbidlu. Madankollu, ir-razziżmu jippersisti, amplifikat minn diffikultajiet finanzjarji u nuqqas ta’ edukazzjoni.

Il-preġudizzji u d-diskriminazzjoni għandhom għeruq fondi u ħafna drabi jwasslu għal xejriet politiċi u soċjali estremi li jespandu u saħansitra jaslu sal-Parlament Ewropew. Dan huwa ta’ dispjaċir! Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet, tibqa’ realtà. Madankollu, hemm tama għall-ġenerazzjonijiet iżgħar. Uliedna se jkollhom opportunità aħjar li jiġu aċċettati bis-sħiħ. Dan huwa wkoll il-każ għat-tifla tiegħi ta’ 12-il sena.

Illum, li naħdem bħala kuntrattur tal-bini, inħares lura u nesperjenza sentimenti kuntrastanti. Id-diffikultajiet fl-adattament u n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni li esperjenzajt kienu realtà ta’ kuljum. Madankollu, permezz ta’ dawn l-isfidi, żviluppajt fehim aktar profond tal-ħajja u l-importanza tal-integrazzjoni.

L-Albanija tibqa’ għal dejjem parti minni. Niftakar biċ-ċar is-snin tar-reġim Komunista. Kien żmien ta’ paranoja, biża’, nuqqas ta’ sigurtà u faqar estrem. Bil-kollass tar-reġim ħadna r-ruħ iżda ġab ukoll problemi ġodda bħall-qgħad u l-kriminalità. Dawn l-esperjenzi ffurmawni; għallmuni napprezza l-istabbiltà u l-libertà li sibt fil-Greċja.

Personalment, inħossni konness mal-Greċja. Minkejja li qalbi tinsab fir-raħal tiegħi fl-Albanija, ħajti tinsab hawn. Il-Grieg tiegħi huwa tajjeb daqs il-lingwa materna tiegħi. L-esperjenzi tiegħi, il-battalji tiegħi u l-kisbiet tiegħi jġegħluni nħossni parti minn dan il-pajjiż. Nittama li, maż-żmien, il-poplu Grieg jaċċettana bis-sħiħ, u jirrikonoxxi l-kontribut tagħna għas-soċjetà.

Il-migrazzjoni hija test mimli sfidi, iżda wkoll opportunitajiet u, bħala migrant Albaniż fil-Greċja, ma kien hemm l-ebda mod kif stajt nevita dan. L-istorja tiegħi hija waħda mimlija sfidi, adattament u tama.

Fis-snin li ġejjin, narani nkompli ngħix il-Greċja, li hija d-dar tiegħi, u lill-Albanija bħala membru ugwali tal-Unjoni Ewropea. Din issa art twelidna lkoll.

Almir Hoxhaj għandu 47 sena. Huwa jgħix u jaħdem fi Tripoli, belt żgħira fuq il-peniżola Griega Peloponnese. Għandu tifla ta’ 12 sena. Il-belt favorita tiegħu hija Berlin. Huwa jitkellem u jikteb bil-Grieg b’mod fluwenti u ttraduċa għall-Grieg il-ktieb Το έπος των άστρων της Αυγής [Is-saga ta’ kwiekeb iż-żerniq] tal-awtur Albaniż Rudi Erebara. Il-ktieb ingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura fl-2017 u jiddeskrivi t-traġedja tal-poplu Albaniż fis-seklu 20. Għalkemm l-istorja tiżvolġi fis-seklu preċedenti, l-essenza tat-totalitarjaniżmu, il-faxxiżmu u l-irrazzjonaliżmu sfortunatament tibqa’ rilevanti llum, f’forom aktar “moderni”.

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Laura Lui (ll)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Christian Weger (cw)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Laura Lui (ll)
Leonardo Pavan (lp)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Millie Tsoumani (mt)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

 

 

Indirizz

European Economic and Social Committee
Jacques Delors Building,
99 Rue Belliard,
B-1040 Brussels, Belgium
Tel. (+32 2) 546.94.76
Email: eescinfo@eesc.europa.eu

EESC info is published nine times a year during EESC plenary sessions. EESC info is available in 24 languages
EESC info is not an official record of the EESC’s proceedings; for this, please refer to the Official Journal of the European Union or to the Committee’s other publications.
Reproduction permitted if EESC info is mentioned as the source and a link  is sent to the editor.
 

Jannar 2025
01/2025

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram