Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

FEBRUARY 2025 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Hekk kif Marzu daqt magħna u r-rebbiegħa tieħu post ix-xitwa, il-KESE ħejja sett ta’ avvenimenti dinamiċi, li jixħtu dawl fuq leħen iż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili.

Hekk kif Marzu daqt magħna u r-rebbiegħa tieħu post ix-xitwa, il-KESE ħejja sett ta’ avvenimenti dinamiċi, li jixħtu dawl fuq leħen iż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili.

L-ewwel avveniment se jkun is-16-il edizzjoni tal-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”. Fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2025, l-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, kif inhu magħruf sew, se jlaqqa’ flimkien kważi 100 parteċipant żagħżugħ minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ,...Aktar

Hekk kif Marzu daqt magħna u r-rebbiegħa tieħu post ix-xitwa, il-KESE ħejja sett ta’ avvenimenti dinamiċi, li jixħtu dawl fuq leħen iż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili.

L-ewwel avveniment se jkun is-16-il edizzjoni tal-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”. Fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2025, l-avveniment “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, kif inhu magħruf sew, se jlaqqa’ flimkien kważi 100 parteċipant żagħżugħ minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ u skejjel sekondarji, kif ukoll 37 għalliem mill-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati u r-Renju Unit. Ilkoll kemm huma se jaqsmu esperjenza unika li fiha se jsemmgħu leħinhom biex isawru l-Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha.

Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jistgħu jservu ta’ kontribut għat-tieni Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE, bħala bażi għal diskussjonijiet iffukati fuq iż-żgħażagħ li se jsiru ftit wara. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu kondiviżi wkoll mar-rappreżentanti ta’ livell għoli mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Wara l-ewwel edizzjoni promettenti fl-2024, din is-sena l-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili se ssir mis-17 sal-21 ta’ Marzu u se tiffoka fuq It-tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati. L-instabbiltà soċjali, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-iskuntentizza mifruxa, b’mod partikolari fost dawk li ma jħossux li qed jingħataw widen u li tħallew jaqgħu lura, komplew jaggravaw d-diviżjonijiet tas-soċjetà.

Biex tindirizza dan it-tħassib urġenti, il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 se tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati tas-soċjetà ċivili mill-Ewropa u lil hinn minnha, u tipprovdilhom pjattaforma unika biex jinvolvu ruħhom f’dibattiti kritiċi, jikkondividu l-aħjar prattiki, u jikkollaboraw biex jiżviluppaw soluzzjonijiet li jrawmu l-koeżjoni soċjali u jsaħħu l-involviment demokratiku.

Din is-sena l-aġenda se tiġbor flimkien tliet inizjattivi ewlenin: l-organizzazzjonijiet u n-networks Ewropej tas-soċjetà ċivili (panels tal-Gruppi ta’ Kuntatt tal-KESE), diskussjoni dwar kif l-Istrateġija tas-Soċjetà Ċivili Ewropea tista’ trawwem koeżjoni akbar; Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) u r-rwol tal-IĊE fil-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni; u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili. It-tema tal-15-il Premju għas-Soċjetà Ċivili, li jippremja l-eċċellenza fl-inizjattivi tas-soċjetà ċivili, hija l-ġlieda kontra l-polarizzazzjoni dannuża tas-soċjetà Ewropea. Ir-rebbieħa ġejjin mill-Belġju, irrappreżentati mill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili “Diversity”; minn Franza “Réporteurs d’Espoirs”; u mis-Slovakkja “Slovenská debatná asociácia”. Il-klassifikazzjoni se titħabbar matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni!

Il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tagħna taġixxi bħala pjattaforma f’waqtha, u tappella lis-soċjetà ċivili organizzata u liċ-ċittadini biex jesprimu ruħhom dwar kwistjonijiet ewlenin, mill-isfidi dejjem jikbru tat-tibdil fil-klima, iż-żieda fl-għoli tal-ħajja u d-distakki dejjem jikbru fl-introjtu, għall-eżiti tal-elezzjonijiet tal-2024 fid-dinja kollha, li lkoll ħolqu art fertili għal polarizzazzjoni mifruxa.

Nistiednek tieħu sehem f’dan l-iskambju sinifikanti billi tingħaqad mad-diskussjonijiet tagħna u taħtaf l-opportunità biex il-konverżazzjoni nsarrfuha f’bidla. Il-vuċijiet tagħna huma importanti u jistgħu jinstemgħu dment li nibqgħu flimkien, proattivi u lesti li nikkontribwixxu għal Ewropa aktar koeżiva u parteċipattiva. Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħin! Titlifx din l-opportunità!

Laurentiu Plosceanu

Viċi President għall-Komunikazzjoni 

Inqas
Dati tad-Djarju

13-14 ta’ Marzu 2025

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek, 2025

17-20 ta’ Marzu 2025

Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025

18 ta’ Marzu 2025

Jum l-IĊE 2025

26-27 ta’ Marzu 2025

Sessjoni plenarja tal-KESE

Fil-qosor

Qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu u d-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (UNCSW69) – il-korp globali ewlieni li jippromovi d-drittijiet tan-nisa – Maria Nikolopoulou, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Il-kontribut tal-KESE għall-prijoritajiet tal-UE fid-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, tikteb dwar il-progress tal-UE fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Ħafna titjib jistħoqqlu rikonoxximent iżda n-nisa għadhom ’il bogħod milli jkollhom l-istess drittijiet bħall-irġiel. Għad iridu jingħalqu ħafna lakuni, u jridu jintrebħu ħafna aktar battalji.

Qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu u d-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (UNCSW69) – il-korp globali ewlieni li jippromovi d-drittijiet tan-nisa – Maria Nikolopoulou, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Il-kontribut tal-KESE għall-prijoritajiet tal-UE fid-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Is...Aktar

Qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu u d-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (UNCSW69) – il-korp globali ewlieni li jippromovi d-drittijiet tan-nisa – Maria Nikolopoulou, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Il-kontribut tal-KESE għall-prijoritajiet tal-UE fid-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, tikteb dwar il-progress tal-UE fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Ħafna titjib jistħoqqlu rikonoxximent iżda n-nisa għadhom ’il bogħod milli jkollhom l-istess drittijiet bħall-irġiel. Għad iridu jingħalqu ħafna lakuni, u jridu jintrebħu ħafna aktar battalji.

Inqas

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri: l-Ewropa għamlet ħafna u għad trid tagħmel saħansitra iktar

Minn Maria Nikolopoulou

Ftit jiem qabel ma niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tan-Nisa u hekk kif qed nantiċipaw id-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa fi New York, issa huwa ż-żmien opportun biex nirriflettu dwar il-kisbiet fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u nevalwawhom. Huwa wkoll mument tajjeb biex inħarsu lejn il-futur u nkomplu nwittu t-triq ’il quddiem.

Minn Maria Nikolopoulou

Ftit jiem qabel ma niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tan-Nisa u hekk kif qed nantiċipaw id-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa fi New York, issa huwa ż-żmien opportun biex nirriflettu dwar il-kisbiet fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u nevalwawhom. Huwa wkoll mument tajjeb biex inħarsu lejn il-futur u nkomplu nwittu t-triq ’il quddiem.

Fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv, nosservaw titjib: hemm aktar nisa attivi fis-suq tax-...Aktar

Minn Maria Nikolopoulou

Ftit jiem qabel ma niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tan-Nisa u hekk kif qed nantiċipaw id-69 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa fi New York, issa huwa ż-żmien opportun biex nirriflettu dwar il-kisbiet fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u nevalwawhom. Huwa wkoll mument tajjeb biex inħarsu lejn il-futur u nkomplu nwittu t-triq ’il quddiem.

Fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv, nosservaw titjib: hemm aktar nisa attivi fis-suq tax-xogħol, li qed jaqilgħu introjtu aħjar, jiksbu livelli ogħla ta’ edukazzjoni, jokkupaw aktar pożizzjonijiet ta’ poter u jżidu r-rappreżentanza politika tagħhom. Madankollu, il-progress kien kajman u mhuwiex uniformi fl-Istati Membri kollha.

Iżda sakemm jippersistu l-inugwaljanzi strutturali, l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u r-rigressi tad-drittijiet tan-nisa, in-nisa se jkomplu jkunu sottorappreżentati fl-isfera pubblika, fil-politika u fl-istudji STEM, se jkunu esposti għal vjolenza online u offline u se jkollhom nuqqas ta’ aċċess għar-riżorsi u l-kapital għall-intraprenditorija. Se jkunu wkoll aktar vulnerabbli għal faqar tal-ħin u tal-flus u d-differenzi fil-pagi u l-irtirar se jieħdu wisq snin biex jingħelbu.

It-taħriġ, il-finanzjament u l-impenn huma lkoll meħtieġa biex nimxu ’l quddiem. Neħtieġu riżorsi biex nagħtu spinta lill-ħiliet tan-nisa għal tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali li tkun ġusta, biex niffinanzjaw pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, u biex nipprovdu taħriġ għall-persunal kollu li jaħdem mas-superstiti tal-vjolenza.

Jeħtieġ li niffinanzjaw proġetti intraprenditorjali u nistabbilixxu servizzi ta’ kura tat-tfal u tal-anzjani affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja biex jitneħħa l-piż tar-responsabbiltajiet ta’ għoti ta’ kura mhux imħallsa minn fuq in-nisa. Barra minn hekk, neħtieġu impenn qawwi biex noħolqu spazji sikuri, ninvolvu aktar nisa fil-parlamenti lokali, nazzjonali u tal-UE, u niżguraw il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi proċessi ta’ riżoluzzjoni mhux vjolenti tal-kunflitti u ta’ bini tal-paċi, u fl-istess ħin nippromovu wkoll approċċi inklużivi fir-rigward tal-ġeneru f’dawn l-isforzi.

Barra minn hekk, strateġija Ewropea wiesgħa għall-Aġenda 2030 tgħinna nimxu ħafna aktar malajr biex nagħmlu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri parti ewlenija tal-politiki tagħna. L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għandhom jiġu indirizzati b’mod komprensiv, u mhux individwalment.

Fl-UE, il-progress huwa “tajjeb”. Iżda “tajjeb” mhuwiex biżżejjed għall-irġiel, in-nisa u l-bniet fl-UE li qed jiġġieldu għal ugwaljanza effettiva bejn il-ġeneri fis-snin li ġejjin. Ir-rwol tagħna bħala soċjetà ċivili huwa li nżidu l-pressjoni fuq dawk li jfasslu l-politika biex l-affarijiet jimxu ’l quddiem malajr.

Inqas

Mistoqsija lil…

Ir-rapporti tal-2024 ta’ Mario Draghi u ta’ Enrico Letta kellhom impatt mhux ħażin fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u saru pjani direzzjonali li juru t-triq li l-Ewropa għandha ssegwi biex tiżgura futur vijabbli. Fl-Opinjoni tiegħu, dwar Valutazzjoni tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi dwar il-funzjonament u l-kompetittività tas-suq uniku tal-UE, il-KESE jipprovdi perspettiva tas-soċjetà ċivili dwar ir-rapporti, u jressaq rakkomandazzjonijiet għal azzjoni urġenti. Lit-tliet relaturi tal-Opinjoni — Matteo Carlo Borsani, Giuseppe Guerini, u Stefano Palmieri — tlabnihom jindikaw il-proposti mir-rapporti li huma jqisu partikolarment importanti għall-prosperità futura tal-UE.

Ir-rapporti tal-2024 ta’ Mario Draghi u ta’ Enrico Letta kellhom impatt mhux ħażin fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u saru pjani direzzjonali li juru t-triq li l-Ewropa għandha ssegwi biex tiżgura futur vijabbli. Fl-Opinjoni tiegħu, dwar Valutazzjoni tar-rapporti ta’ Letta u ta&rs...Aktar

Ir-rapporti tal-2024 ta’ Mario Draghi u ta’ Enrico Letta kellhom impatt mhux ħażin fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, u saru pjani direzzjonali li juru t-triq li l-Ewropa għandha ssegwi biex tiżgura futur vijabbli. Fl-Opinjoni tiegħu, dwar Valutazzjoni tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi dwar il-funzjonament u l-kompetittività tas-suq uniku tal-UE, il-KESE jipprovdi perspettiva tas-soċjetà ċivili dwar ir-rapporti u jressaq rakkomandazzjonijiet għal azzjoni urġenti. Lit-tliet relaturi tal-Opinjoni — Matteo Carlo Borsani, Giuseppe Guerini, u Stefano Palmieri — tlabnihom jindikaw il-proposti mir-rapporti li huma jqisu partikolarment importanti għall-prosperità futura tal-UE.

Inqas

Ma nistgħux nagħżlu biss dak li jaqblilna mir-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi

Ta’ Matteo Borsani
Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-ewwel u l-iżjed rakkomandazzjoni importanti li l-KESE jagħti fl-Opinjoni tiegħu hija li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi. Fil-fehma tiegħi, dan għandu jsir b’mod komprensiv; ma nistgħux nagħżlu biss dak li jaqblilna miż-żewġ rapporti. Dawn iridu jiġu implimentati b’mod globali, mingħajr ma nillimitaw il-proposti u l-attenzjoni tagħna għal aspetti inqas impenjattivi, u mingħajr ma jiġu evitati l-aktar kwistjonijiet kritiċi u diviżivi, bħall-investimenti. 

Ta’ Matteo Borsani
Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-ewwel u l-iżjed rakkomandazzjoni importanti li l-KESE jagħti fl-Opinjoni tiegħu hija li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi. Fil-fehma tiegħi, dan għandu jsir b’mod komprensiv; ma nistgħux nagħżlu biss dak li jaqblilna miż-żewġ rapporti. Dawn iridu jiġu implimentati b’mod globali, m...Aktar

Ta’ Matteo Borsani
Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-ewwel u l-iżjed rakkomandazzjoni importanti li l-KESE jagħti fl-Opinjoni tiegħu hija li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi. Fil-fehma tiegħi, dan għandu jsir b’mod komprensiv; ma nistgħux nagħżlu biss dak li jaqblilna miż-żewġ rapporti. Dawn iridu jiġu implimentati b’mod globali, mingħajr ma jiġu limitati l-proposti u l-attenzjoni għal kull ħaġa li sirna mdorrijin għaliha, u mingħajr ma jiġu evitati l-aktar kwistjonijiet kritiċi u diviżivi, bħall-investimenti. 

Jekk nibdew mir-rapport ta’ Draghi, u minħabba l-importanza ovvja tal-enfasi tiegħu fuq il-kompetittività tal-UE kollha kemm hi, inqis li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-politika industrijali tal-UE huma kruċjali. B’mod partikolari, l-insistenza tiegħu dwar il-ħtieġa li tiġi adottata politika industrijali li tkun kapaċi tegħleb l-approċċ frammentat attwali. Illum għandna 27 politika industrijali nazzjonali li mhux dejjem ikunu kkoordinati. F’dan ir-rigward, sforz Ewropew strutturat biss jippermettilna niżguraw Il-aħjar bilanċ ta’ miżuri tat-taxxa, regolatorji, kummerċjali/doganali u inċentivi finanzjarji li jikkaratterizzaw l-iżjed politiki industrijali reċenti tal-Istati Uniti u ċ-Ċina, b’benefiċċji kbar għas-suq uniku.

Madankollu, dan għandu jimxi id f’id ma’ tnaqqis drastiku tal-piżijiet burokratiċi għan-negozji, li b’rabta miegħu napprezza b’mod partikolari t-talba ta’ Letta biex ikun hemm “suq uniku li jgħaġġel u jirnexxi”. Fost ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tiegħu, Letta huwa favur is-semplifikazzjoni tal-piż burokratiku, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, u azzjonijiet ulterjuri biex “titnaqqas il-burokrazija”, speċjalment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). F’dan il-kuntest, fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li jitnaqqas il-piż tar-rappurtar b’25% għan-negozji kollha u li tiġi stabbilita mira ta’ mill-inqas 50% għall-SMEs. Barra minn hekk, bil-ħsieb li niżviluppaw u nibnu fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ Letta biex jiġi kkunsidrat mekkaniżmu li jassisti lill-koleġiżlaturi b’valutazzjoni tal-impatt dinamika, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-idea ta’ kontroll tal-kompetittività li għandu jitwettaq matul il-proċeduri leġiżlattivi.

Inqas

Irridu naġixxu malajr, iżda mingħajr ma nikkompromettu l-kwalità

Minn Giuseppe Guerini
Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew inkarigaw lil Mario Draghi u lil Enrico Letta biex jabbozzaw rapporti dwar il-kompetittività tal-UE u dwar it-titjib tas-suq uniku, rispettivament. Dawn ir-rapporti stabbilixxew aġenda politika ambizzjuża għall-Unjoni Ewropea, u qed iservu kemm bħala pjan direzzjonali kif ukoll bħala punt ta’ riferiment għall-valutazzjoni tal-impenn tal-istituzzjonijiet u ta’ dawk li jfasslu l-politika biex isawru l-futur tal-UE u l-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan.

Minn Giuseppe Guerini
Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew inkarigaw lil Mario Draghi u lil Enrico Letta biex jabbozzaw rapporti dwar il-kompetittività tal-UE u dwar it-titjib tas-suq uniku, rispettivament. Dawn ir-rapporti stabbilixxew aġenda politika ambizzjuża għall-Unjoni Ewropea, u qed iservu kemm bħala pjan direzzjonali kif ukoll bħala punt ta’ riferiment għall-valutazzjon...Aktar

Minn Giuseppe Guerini
Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew inkarigaw lil Mario Draghi u lil Enrico Letta biex jabbozzaw rapporti dwar il-kompetittività tal-UE u dwar it-titjib tas-suq uniku, rispettivament. Dawn ir-rapporti stabbilixxew aġenda politika ambizzjuża għall-Unjoni Ewropea, u qed iservu kemm bħala pjan direzzjonali kif ukoll bħala punt ta’ riferiment għall-valutazzjoni tal-impenn tal-istituzzjonijiet u ta’ dawk li jfasslu l-politika biex isawru l-futur tal-UE u l-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan.

Dawn ir-rapporti jistgħu jintużaw biex ikejlu kemm l-istituzzjonijiet u l-mexxejja qed jirrispondu b’mod effettiv għall-isfidi kumplessi tal-lum.

L-Opinjoni tal-KESE dwar ir-rapporti sservi ta’ għodda siewja għall-evalwazzjoni tal-passi bikrija ta’ dan iċ-ċiklu politiku ġdid. L-ewwel pass jinsab rifless fil-Boxxla għall-Kompetittività, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fid-29 ta’ Jannar. Dan jinkludi diversi proposti ta’ prijorità għolja li ġew enfasizzati wkoll fl-Opinjoni tagħna, bħat-tnaqqis tad-distakk fil-kompetittività, l-ikkompletar tas-suq uniku, is-semplifikazzjoni tar-regolamenti mingħajr deregolamentazzjoni, u r-rikonoxximent li l-kompetittività tiddependi fuq in-nies u l-ħiliet.

Madankollu, lil hinn mid-distakk fil-kompetittività, hemm ukoll nuqqas ta’ azzjoni konkreta. Sa issa, il-Kummissjoni ppreżentat dokumenti strateġiċi, komunikazzjonijiet u impenji, iżda l-miżuri tanġibbli għadhom xhur ’il bogħod. Dan id-dewmien jenfasizza l-ħtieġa, kif innutat fl-Opinjoni tagħna, li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jibdew ukoll dibattitu dwar ir-regoli fundamentali tal-UE u r-rilevanza tat-Trattati attwali fl-indirizzar tal-isfidi attwali, li jeħtieġu azzjoni rapida.

Azzjoni rapida ma tfissirx li l-kwalità tiġi kompromessa. Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea wriet li kapaċi tagħmel dan meta implimentat f’qasir żmien l-inizjattiva Next Generation EU. Illum għandha turi l-istess aġilità.

Il-kisba ta’ dawn l-għanijiet teħtieġ approċċ multidimensjonali. It-tlestija rapida tas-suq uniku hija kruċjali, iżda trid timxi id f’id ma’ impenn qawwi għas-sostenibbiltà ambjentali, il-prosperità ekonomika u l-koeżjoni soċjali u territorjali, peress li dawn huma muturi ewlenin tal-kompetittività.

Din il-viżjoni titlob ukoll politika industrijali koeżiva li tmur lil hinn minn approċċi nazzjonali frammentati, appoġġjata minn inċentivi fiskali u doganali strateġiċi. Fl-istess ħin, it-tnaqqis tal-piżijiet burokratiċi u tal-ispejjeż tal-konformità permezz ta’ regolamentazzjoni aktar intelliġenti u proċessi amministrattivi semplifikati huwa essenzjali biex jitrawwem ambjent tan-negozju aktar dinamiku.

Fis-settur tal-enerġija, it-tnaqqis tad-disparitajiet fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri u ekonomiji globali oħra huwa vitali. Dan se jirrikjedi aktar investiment fl-enerġija rinnovabbli, li jiżgura suq tal-enerġija aktar kompetittiv u sostenibbli.

Biex tappoġġja dawn l-ambizzjonijiet, l-UE jeħtiġilha tiżviluppa wkoll politika komuni dwar il-beni pubbliċi Ewropej, li tiddefinixxi b’mod ċar il-prijoritajiet strateġiċi tagħha u ssaħħaħ ir-rwol tagħha fix-xena globali.

Il-KESE se jkompli jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki, u fl-istess ħin jiżgura li l-vuċi tas-soċjetà ċivili Ewropea titqies u tingħata widen.

Inqas

It-tqabbil tar-regolamenti tal-UE ma’ dawk tal-Istati Uniti jew taċ-Ċina huwa fundamentalment żbaljat

Minn Stefano Palmieri
Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Minkejja li r-rapporti ta’ Letta u Draghi jvarjaw b’mod sinifikanti fl-analiżi u fl-istrateġiji proposti tagħhom, hemm elementi ta’ trikkib konsiderevoli bejn dawn iż-żewġ ir-rapporti.

Minn Stefano Palmieri
Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Minkejja li r-rapporti ta’ Letta u Draghi jvarjaw b’mod sinifikanti fl-analiżi u fl-istrateġiji proposti tagħhom, hemm elementi ta’ trikkib konsiderevoli bejn dawn iż-żewġ ir-rapporti.

Bħala eżempju se nħarsu lejn il-politika ta’ koeżjoni. Fir-rapport ta’ Letta, il-politika ta’ koeżjoni għandha rwol ċentrali billi tiżgura li l-benefiċċji tas-suq uniku jiġu kondiviżi fost iċ-ċittadini u...Aktar

Minn Stefano Palmieri
Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Minkejja li r-rapporti ta’ Letta u Draghi jvarjaw b’mod sinifikanti fl-analiżi u fl-istrateġiji proposti tagħhom, hemm elementi ta’ trikkib konsiderevoli bejn dawn iż-żewġ ir-rapporti.

Bħala eżempju se nħarsu lejn il-politika ta’ koeżjoni. Fir-rapport ta’ Letta, il-politika ta’ koeżjoni għandha rwol ċentrali billi tiżgura li l-benefiċċji tas-suq uniku jiġu kondiviżi fost iċ-ċittadini u r-reġjuni kollha tal-Unjoni. Ir-rapport jenfasizza wkoll ir-rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u s-servizzi ta’ interess ġenerali, li huma essenzjali biex l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fejn jixtiequ huma. B’kuntrast ma’ dan, ir-rapport ta’ Draghi jidher li jnaqqas l-importanza tal-politika ta’ koeżjoni u d-dimensjonijiet soċjali u territorjali tal-kompetittività. Huwa jiddiskuti l-kompetittività Ewropea mingħajr ma jqis id-disparitajiet territorjali, u jimplika li sempliċiment it-tisħiħ tal-kompetittività ġenerali tal-UE jsolvi kwistjonijiet reġjonali. Huwa jinjora l-fatt li, għal ħafna reġjuni, il-kompetittività baxxa u l-iżvantaġġ territorjali huma żewġ naħat tal-istess munita.

Iż-żewġ rapporti jirrikonoxxu li l-Unjoni m’għadx għandha l-għażla li “tibqa’ miexja kif timxi s-soltu”. L-urġenza u l-kumplessità tal-kriżijiet tal-lum jeħtieġu bidla sinifikanti fit-tfassil tal-politika Ewropea, possibbilment anke permezz ta’ bidliet fit-Trattat. Nistgħu verament niddiskutu t-tkabbir mingħajr ma nindirizzaw il-ħtieġa għal integrazzjoni politika aktar profonda? Din il-bidla għandha tinvolvi wkoll bidla fl-iskala. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali huwa insuffiċjenti, ankrat fi ftit aktar minn 1 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE u ristrett mil-loġika skaduta ta’ “juste retour”. Jenħtieġ approċċ ġdid, ispirat mill-mudell Next Generation EU. L-isfidi straordinarji jridu jiġu indirizzati b’soluzzjonijiet kuraġġużi, inkluż il-ħruġ ta’ “assi sikuri komuni” kif deher matul il-pandemija.

Il-QFP 2028-2034 li jmiss se jittestja l-intenzjonijiet veri tal-UE, peress li jistabbilixxi prijoritajiet għas-seba’ snin li ġejjin. F’dan il-kuntest, huwa raġonevoli li wieħed jistenna dibattitu miftuħ dwar l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE, minħabba d-diversi kriżijiet li għaddejjin bħalissa, kif ukoll dwar l-objettivi ewlenin tagħha u l-beni komuni Ewropej li għandha l-għan li twassal liċ-ċittadini tagħha.

Meta titqies ir-riforma regolatorja, kif rakkomandat fiż-żewġ rapporti, huwa importanti li wieħed jiftakar li l-UE hija l-aktar “ekonomija soċjali tas-suq” avvanzata fid-dinja. L-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali għoljin tagħha huma essenzjali għas-suċċess ta’ dan il-mudell, u mhux ostakli għalih. Għalhekk, it-tqabbil tar-regolamenti tal-UE ma’ dawk tal-Istati Uniti jew taċ-Ċina huwa fundamentalment żbaljat. Kwalunkwe sforz biex jiġu ssemplifikati r-regoli tal-UE xorta jrid jipproteġi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sikurezza tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-konsumatur, il-koeżjoni soċjali u ekonomika, u t-tkabbir sostenibbli.

L-Ewropa waslet biex tifhem, għalkemm tard, li l-fatt li wieħed ikun suq kbir m’għadux biżżejjed. Biex timxi ’l quddiem, jeħtiġilha tistinka għal għaqda akbar, fosthom integrazzjoni politika aktar profonda u politiki verament unifikati dwar l-ekonomija, l-industrija, il-kummerċ, l-affarijiet barranin u d-difiża. Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa.

Inqas

Il-mistieden sorpriża

Il-kompetittività tidher li hija fuq fomm kulħadd dan l-aħħar, bid-deregolamentazzjoni titqies bħala riċetta maġika biex l-Ewropa ssib postha fuq il-mappa tal-atturi tal-ekonomija globali. Iżda hemm ħafna modi kif titkejjel il-kompetittività u ma hemm l-ebda tweġiba universali għall-mistoqsija dwar meta r-regolamentazzjoni ssir żejda. Jekk ma jiġux indirizzati b’attenzjoni, id-dibattiti dwar il-kompetittività u d-deregolamentazzjoni fihom ir-riskju li jiżviluppaw f’argumenti ssemplifikati żżejjed, totalment favur jew kontra, li jistgħu jheddu t-tfassil tajjeb tal-politika ekonomika, jikteb il-mistieden sorpriża tagħna Karel Lannoo, Uffiċjal Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS).

Il-kompetittività tidher li hija fuq fomm kulħadd dan l-aħħar, bid-deregolamentazzjoni titqies bħala riċetta maġika biex l-Ewropa ssib postha fuq il-mappa tal-atturi tal-ekonomija globali. Iżda hemm ħafna modi kif titkejjel il-kompetittività u ma hemm l-ebda tweġiba universali għall-mistoqsija dwar meta r-regolamentazzjoni ssir żejda. Jekk ma jiġux indirizzati b’attenzjoni, id-dibattiti dwar il-kompetittività u d-deregolamentazzjoni fihom ir-riskju li jiżviluppaw f&...Aktar

Il-kompetittività tidher li hija fuq fomm kulħadd dan l-aħħar, bid-deregolamentazzjoni titqies bħala riċetta maġika biex l-Ewropa ssib postha fuq il-mappa tal-atturi tal-ekonomija globali. Iżda hemm ħafna modi kif titkejjel il-kompetittività u ma hemm l-ebda tweġiba universali għall-mistoqsija dwar meta r-regolamentazzjoni ssir żejda. Jekk ma jiġux indirizzati b’attenzjoni, id-dibattiti dwar il-kompetittività u d-deregolamentazzjoni fihom ir-riskju li jiżviluppaw f’argumenti ssemplifikati żżejjed, totalment favur jew kontra, li jistgħu jheddu t-tfassil tajjeb tal-politika ekonomika, jikteb il-mistieden sorpriża tagħna Karel Lannoo, Uffiċjal Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS).

Karel Lannoo huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tas-CEPS, wieħed mill-gruppi ta’ riflessjoni indipendenti ewlenin tal-Ewropa. Huwa jispeċjalizza fir-regolamentazzjoni finanzjarja, fil-governanza ekonomika Ewropea u fi kwistjonijiet tas-suq uniku, u l-pubblikazzjonijiet reċenti tiegħu jinkludu “Nifhmu l-Ewropa” (bin-Netherlandiż), rapport ta’ task force dwar il-politika tas-settur finanzjarju għall-Kummissjoni von der Leyen II, u diversi kontributi għal volumi u rieżamijiet akkademiċi. Karel huwa kelliem frekwenti f’seduti ta’ smigħ ta’ istituzzjonijiet tal-UE, nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll f’konferenzi internazzjonali u programmi eżekuttivi. Huwa jidderieġi studji għall-gvernijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet multilaterali u entitajiet tas-settur privat. Il-kitbiet tiegħu jidhru regolarment fil-midja. Barra minn hekk, Karel iservi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji u fondazzjonijiet u bħala membru tal-kunsilli konsultattivi, inkluża l-Kummissjoni tas-Swieq Kapitali tal-AFM, is-superviżur tas-swieq kapitali tan-Netherlands.

Inqas

L-ossessjoni bil-kompetittività

minn Karel Lannoo

Illum il-ġurnata hija moda li ngħidu li l-Ewropa mhijiex kompetittiva u li tintalab kampanja ta’ deregolamentazzjoni massiva fil-livell tal-UE. Iżda l-punt sa fejn is-sitwazzjoni ekonomika hija problematika jiddependi fuq id-definizzjoni tal-kompetittività, id-denominatur użat u l-punt ta’ riferiment, kif ukoll iċ-ċirkostanzi.

minn Karel Lannoo

Illum il-ġurnata hija moda li ngħidu li l-Ewropa mhijiex kompetittiva u li tintalab kampanja ta’ deregolamentazzjoni massiva fil-livell tal-UE. Iżda l-punt sa fejn is-sitwazzjoni ekonomika hija problematika jiddependi fuq id-definizzjoni tal-kompetittività, id-denominatur użat u l-punt ta’ riferiment, kif ukoll iċ-ċirkostanzi.

Barra minn hekk, il-kompetittività hija meqjusa l-istess bħad-deregolamentazzjoni, li mhijiex k...Aktar

minn Karel Lannoo

Illum il-ġurnata hija moda li ngħidu li l-Ewropa mhijiex kompetittiva u li tintalab kampanja ta’ deregolamentazzjoni massiva fil-livell tal-UE. Iżda l-punt sa fejn is-sitwazzjoni ekonomika hija problematika jiddependi fuq id-definizzjoni tal-kompetittività, id-denominatur użat u l-punt ta’ riferiment, kif ukoll iċ-ċirkostanzi.

Barra minn hekk, il-kompetittività hija meqjusa l-istess bħad-deregolamentazzjoni, li mhijiex korretta, daqslikieku se tkun is-soluzzjoni kampanja ta’ simplifikazzjoni massiva. Għalhekk, huwa importanti li l-parametrili jikkontrollaw id-diskors ikun t-tajbin, għax altrimenti jista’ jintilef il-kontroll tagħhom u jispiċċaw fil-kamp Ewroxettiku.

Il-kompetittività bħala objettiv ta’ politika reġgħet lura, minkejja li qatt ma telqet – huwa importanti li wieħed ifakkar f’dawn il-preċedenti. Bl-istrateġija ta’ Liżbona, adottata formalment mill-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona f’Marzu 2000, l-UE riedet issir l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, kapaċi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli b’aktar impjiegi u impjiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar. Diġà matul is-snin Delors, il-kompetittività kienet ta’ tħassib għall-Kummissjoni Ewropea – kemm taqra l-artiklu famuż tal-1994 ta’ Paul Krugman, li sejħilha “ossessjoni perikoluża”. Is-Sur Delors dak iż-żmien kien imħasseb dwar iż-żieda fil-qgħad Ewropew, fl-isfond tal-kompetizzjoni mill-Istati Uniti u l-Ġappun, u ppropona, bħala soluzzjoni, programm ta’ investiment fl-infrastruttura u t-teknoloġija avvanzata. Mhux l-ewwel darba li smajna dan kollu.

Is-simplifikazzjoni leġiżlattiva ilha fuq l-aġenda għal żmien twil ukoll. L-eżerċizzji Leġiżlazzjoni Aktar Sempliċi għas-Suq Intern (SLIM) bdew mill-1996, meta l-UE kellha 15-il Stat Membru. Il-Kummissarju Charles McCreevy (2004-2009) iffavorixxa “pawżi” regolatorji fl-2005-06, sakemm faqqgħet il-kriżi finanzjarja. Il-Viċi President Frans Timmermans ingħata l-kompitu ta’ programm ta’ regolamentazzjoni aħjar taħt il-Kummissjoni Juncker. Waqt li dawn il-pjani kollha kienu ta’ min ifaħħarhom, ikun aħjar li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kumplessità regolatorja – il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-infurzar dgħajjef – aktar milli sempliċiment jiġu ttrattati s-sintomi. Iżda b’27 Stat Membru, dan huwa aktar faċli li jingħad milli jitwettaq.

Il-kompetittività, talanqas kif definita mir-rapport ta’ Draghi, hija aktar dwar il-produttività u t-tkabbir tal-PDG, li jistgħu jagħtu riżultati ferm differenti skont id-denominatur. Iżda hemm ukoll modi oħra biex titkejjel il-kompetittività. Wieħed jista’ jħares lejn il-kompetittività interna kontra dik esterna. Internament, l-UE tidher dgħajfa, bi tnaqqis fil-produttività meta mqabbla mal-Istati Uniti. Esternament, madankollu, l-UE għandha surplus kummerċjali u fil-kont kurrenti, waqt li l-Istati Uniti qed jiffaċċjaw defiċit kbir fil-kummerċ u fil-kont kurrenti – iżda dan ma jidhirx li huwa problema (ħlief għal President Trump).

L-UE għandha wkoll pożizzjoni fiskali ħafna aħjar mill-Istati Uniti jew saħansitra mill-Ġappun, għalkemm m’għandniex data preċiża għal tqabbil eżatt maċ-Ċina. Id-defiċit tal-baġit tal-UE kien ta’ madwar 3.5% tal-PDG fl-2024, waqt li kien kważi d-doppju ta’ dak fl-Istati Uniti (6.4%). L-Istati Uniti jistgħu jiffinanzjaw dan fis-swieq internazzjonali minħabba l-pożizzjoni globali tad-dollaru, għalkemm ir-rati tal-imgħax fuq terminu medju fl-UE u fl-Istati Uniti huma diverġenti, u dan jindika tħassib tas-suq dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti. Illum, ir-rata ta’ self tas-suq ta’ sitt xhur għall-USD hija ta’ 4.8%, waqt li fiż-żona tal-euro, hija ta’ 2.5% (Euribor).

Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-enerġija fl-UE kienu ħafna ogħla milli fl-Istati Uniti minn nofs l-2021, meta Putin beda jimmanipula l-prezzijiet, li hija problema ta’ kompetittività għall-industrija tal-manifattura, u b’mod partikolari għall-Ġermanja. Illum, l-ispiża tal-enerġija fl-UE hija mill-inqas 50% ogħla milli fl-Istati Uniti.

Il-politika tal-enerġija hija eżempju tajjeb ieħor għad-dibattitu regolatorju: il-problema hija li hemm wisq regolamentazzjoni? Għall-kuntrarju, l-UE għandha suq uniku tal-enerġija għad-distribuzzjoni iżda mhux għall-produzzjoni, li jibqa’ taħt il-kontroll tal-Istati Membri. Dan joħloq problemi f’pajjiżi bi produzzjoni żejda, peress li jgħolli l-prezzijiet minħabba nuqqas ta’ enerġija f’pajjiżi oħra, kif inhu l-każ bejn l-Iżvezja u l-Ġermanja.

Barra minn hekk, fis-settur diġitali, wieħed jista’ jistaqsi huwiex aħjar li ma jkun hemm l-ebda regolamentazzjoni. Irridu l-libertà tal-espressjoni fuq stil Amerikan u l-ebda moderazzjoni tal-kontenut? Irridu suq oligopolistiku kif għandna llum?

Din ir-riflessjoni qasira tenfasizza li kwalunkwe dibattitu dwar il-kompetittività u d-deregolamentazzjoni għandu jiġi indirizzat bl-akbar attenzjoni biex jiġi evitat li jiddeġenera f’diskussjoni abjad u iswed, li jista’ jkollha impatt negattiv fuq it-tfassil ta’ politika ekonomika soda.

Inqas
Aħbarijiet tal-KESE

Il-KESE jfaħħar u jippromovi l-IA favur il-ħaddiema f’dibattitu ta’ livell għoli

Hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tbiddel għal kollox il-post tax-xogħol, huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem u l-promozzjoni ta’ politiki li jibbilanċjaw l-iżvilupp b’saħħtu tal-IA fl-Ewropa mal-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema, intqal waqt dibattitu ta’ livell għoli fil-KESE.

Hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tbiddel għal kollox il-post tax-xogħol, huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem u l-promozzjoni ta’ politiki li jibbilanċjaw l-iżvilupp b’saħħtu tal-IA fl-Ewropa mal-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema, intqal waqt dibattitu ta’ livell għoli fil-KESE.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE kellu dibattitu dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fuq il-pos...Aktar

Hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tbiddel għal kollox il-post tax-xogħol, huwa kruċjali li titkompla l-promozzjoni tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem u l-promozzjoni ta’ politiki li jibbilanċjaw l-iżvilupp b’saħħtu tal-IA fl-Ewropa mal-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema, intqal waqt dibattitu ta’ livell għoli fil-KESE.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE kellu dibattitu dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fuq il-post tax-xogħol, b’dikjarazzjonijiet mill-President tal-KESE Oliver Röpke, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Roxana Mînzatu, u l-Viċi Ministru tal-Familja, ix-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Polonja Katarzyna Nowakowska, fost l-oħrajn.

Waqt li fetaħ id-dibattitu, is-Sur Röpke stqarr li: “L-intelliġenza artifiċjali hja waħda mix-xejriet l-aktar trasformattivi ta’ żmienna, u toffri potenzjal immens waqt li tippreżenta wkoll sfidi kritiċi. Id-dibattitu tal-lum afferma mill-ġdid l-importanza li l-politika dwar l-IA tiġi ankrata fil-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.”

Is-Sinjura Mînzatu enfasizzat li: “Meta naħsbu dwar l-IA, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol, għandna nħarsu lejn modi kif nagħtu spinta lill-investiment tagħna fir-riċerka u l-innovazzjoni, u kif nissimplifikaw il-modi li bihom il-kumpaniji Ewropej jistgħu jiżviluppaw f’dan il-qasam sabiex ikollna t-teknoloġiji tagħna stess imħarrġa skont id-data Ewropea u bbażati fuq il-valuri Ewropej. Waqt li nħarsu l-valuri tagħna dwar id-drittijiet soċjali u l-ugwaljanza, niżguraw li l-ħaddiema Ewropej ikollhom l-istess drittijiet f’dinja bl-IA jew mingħajrha – li jkunu protetti, u li jiġi implimentat kontroll iċċentrat fuq il-bniedem.”

Is-Sinjura Nowakowska ddikjarat li l-intelliġenza artifiċjali fid-dinja tax-xogħol qed toffri opportunitajiet tremendi biex jiżdiedu l-produttività u l-kompetittività għan-negozji, iżda tqajjem ukoll għadd ta’ mistoqsijiet dwar l-impatt potenzjali tagħha fuq l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kwalità ġenerali tal-impjiegi, u r-rwol tad-djalogu soċjali.

Adozzjoni tal-Opinjoni dwar l-IA favur il-ħaddiema u l-kontropinjoni mehmuża

Wara d-dibattitu fil-plenarja, il-KESE adotta l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar IA favur il-ħaddiema: mekkaniżmi biex jiġi sfruttat il-potenzjal u jittaffew ir-riskji tal-IA b’rabta mal-politiki dwar l-impjiegi u s-suq tax-xogħol, imfassla mir-relatur Franca Salis-Madinier. L-Opinjoni ġiet adottata b’142 vot favur, 103 voti kontra u 14-il astensjoni. Ma rċevietx l-appoġġ tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE, li ressaq kontropinjoni.

Fl-Opinjoni, il-KESE jenfasizza li l-involviment tal-ħaddiema u d-djalogu soċjali għandhom rwol kruċjali fil-preżervazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u fil-promozzjoni ta’ IA “affidabbli” fid-dinja tax-xogħol. Iżżid tgħid li r-regoli attwali għandhom jindirizzaw il-lakuni fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u jiżguraw li l-bnedmin jibqgħu fil-kontroll fl-interazzjonijiet kollha bejn il-bniedem u l-magni.

Il-kontropinjoni tal-Grupp ta’ Min Iħaddem ġiet mehmuża mal-Opinjoni. Il-membri tal-Grupp spjegaw li, fil-fehma tagħhom, l-UE diġà għandha l-għodod biex tħaddan ir-rivoluzzjoni tal-IA, u l-qafas legali eżistenti jiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tagħha. (lm)

Inqas

Iż-żgħażagħ huma ċ-ċavetta għas-sħubija UE-Mediterranja

Iż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Mediterran jeħtiġilhom jiġu inklużi f’kull stadju, mit-tfassil tal-politika sal-implimentazzjoni. Huma jsawru mhux biss il-politiki iżda wkoll il-ħajja, kif enfasizzat fid-dibattitu organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).

Iż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Mediterran jeħtiġilhom jiġu inklużi f’kull stadju, mit-tfassil tal-politika sal-implimentazzjoni. Huma jsawru mhux biss il-politiki iżda wkoll il-ħajja, kif enfasizzat fid-dibattitu organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).

Id-dibattitu sar fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Jannar, u kien relatat mal-adozzjoni tal-Opinjoni dwar Aktar

Iż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Mediterran jeħtiġilhom jiġu inklużi f’kull stadju, mit-tfassil tal-politika sal-implimentazzjoni. Huma jsawru mhux biss il-politiki iżda wkoll il-ħajja, kif enfasizzat fid-dibattitu organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).

Id-dibattitu sar fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Jannar, u kien relatat mal-adozzjoni tal-Opinjoni dwar L-involviment taż-żgħażagħ fid-djalogu soċjali u ċivili fir-reġjun tal-Mediterran, li hija l-ewwel Opinjoni tal-KESE li tqis il-kontribut tar-rappreżentanti taż-żgħażagħ mir-reġjun. Tmien rappreżentanti żgħażagħ ikkontribwew għall-proċess ta’ abbozzar.

Matul id-dibattitu, il-Kummissarju għar-reġjun tal-Mediterran, Dubravka Šuica, saħqet dwar l-importanza taż-żgħażagħ għall-prosperità, l-istabbiltà u r-reżiljenza tar-reġjun. “Il-futur tal-Mediterran jinsab f’idejn iż-żgħażagħ ta’ dan ir-reġjun. Għal futur kondiviż u sostenibbli, jeħtiġilna ninvolvu ruħna direttament mal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, waqt li niżguraw li l-ilħna tagħhom jiggwidaw il-politiki u l-prijoritajiet tagħna. Flimkien, se nsawru l-patt il-ġdid għall-Mediterran billi ninvestu fl-edukazzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir.”

Il-President tal-KESE Oliver Röpke wera l-appoġġ tiegħu għall-patt il-ġdid tal-Kummissarju Šuica, li huwa mmirat lejn l-investiment, is-sostenibbiltà u l-migrazzjoni, u żied jgħid li s-soċjetà ċivili jeħtiġilha tkun involuta b’mod attiv fit-tfassil tiegħu. “L-involviment taż-żgħażagħ huwa essenzjali għall-futur tar-reġjun, u l-KESE għandu l-impenn li jiżgura li l-ilħna tagħhom isawru l-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Flimkien mal-Unjoni għall-Mediterran u l-Fondazzjoni Anna Lindh, qed nistinkaw biex nibnu Mediterran paċifiku u mimli ħajja.”

Waqt li enfasizzat l-importanza tal-kontribut tar-rappreżentanti żgħażagħ għall-Opinjoni, il-Prinċipessa Rym Ali, President tal-Fondazzjoni Anna Lindh, qalet li l-ħidma maż-żgħażagħ mhijiex biss importanti, iżda urġenti u ġenerattiva. “Hemm ħafna x’jista’ jintilef jew jintrebaħ. Mingħajr l-involviment taż-żgħażagħ, jekk ma jiġux offruti għodod biex jipparteċipaw b’mod ugwali, ma nistgħux nibnu soluzzjoni għall-futur. Għandhom bżonn siġġu mal-mejda”, qalet.

Eliane El Haber, rappreżentanta taż-żgħażagħ għall-Opinjoni u konsulenta fin-Network taż-Żgħażagħ u l-Istudenti tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 4 tal-UNESCO, laqgħet l-inizjattiva tal-KESE li jinvolvi b’mod attiv liż-żgħażagħ li jirrappreżentaw sfondi ta’ reġjuni, ġeneri, edukazzjoni u kulturi differenti.

Inqas

Il-KESE u l-ILO jingħaqdu flimkien biex isawru futur ġust u inklużiv immexxi mill-IA f’konferenza ta’ livell għoli

L-intelliġenza artifiċjali qed tittrasforma d-dinja tax-xogħol b’pass bla preċedent, u ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-ħaddiema, għan-negozji u għal dawk li jfasslu l-politika. Fit-3 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) organizzaw flimkien konferenza ta’ livell għoli dwar “Il-Ġustizzja Soċjali fl-Era Diġitali: L-impatt tal-IA fuq ix-xogħol u s-soċjetà”.

L-intelliġenza artifiċjali qed tittrasforma d-dinja tax-xogħol b’pass bla preċedent, u ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-ħaddiema, għan-negozji u għal dawk li jfasslu l-politika. Fit-3 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) organizzaw flimkien konferenza ta’ livell għoli dwar “Il-Ġustizzja Soċjali fl-Era Diġitali: L-impatt tal-IA fuq ix-xogħol u s-soċjetà...Aktar

L-intelliġenza artifiċjali qed tittrasforma d-dinja tax-xogħol b’pass bla preċedent, u ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-ħaddiema, għan-negozji u għal dawk li jfasslu l-politika. Fit-3 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) organizzaw flimkien konferenza ta’ livell għoli dwar “Il-Ġustizzja Soċjali fl-Era Diġitali: L-impatt tal-IA fuq ix-xogħol u s-soċjetà”.

Fil-Konferenza ta’ livell għoli pparteċipaw mexxejja prominenti – inkluż diversi ministri għax-xogħol tal-UE – fejn dawn iddeliberaw dwar strateġiji biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-IA filwaqt li jiġu indirizzati r-riskji li din toħloq għad-drittijiet tal-ħaddiema u s-swieq tax-xogħol. Dan l-avveniment immarka kontribut kbir għall-Koalizzjoni Globali għall-Ġustizzja Soċjali, u enfasizza l-ħtieġa għal approċċ ikkoordinat għall-governanza tal-IA kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak globali. Din il-konferenza konġunta ta’ livell għoli ġiet organizzata b’mod konġunt mis-Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza (SOC) tal-KESE u l-ILO.

Sejħa għal żvilupp etiku u inklużiv tal-IA

Fil-ftuħ tal-konferenza, il-President tal-KESE Oliver Röpke enfasizza l-ħtieġa urġenti għal approċċ iċċentrat fuq il-bniedem għall-IA, u ddikjara li: “L-intelliġenza artifiċjali diġà qed issawwar mill-ġdid is-soċjetajiet u s-swieq tax-xogħol tagħna, u ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi. Il-KESE u l-organizzazzjonijiet imsieħba tiegħu huma impenjati li jiżguraw li l-IA sservi bħala forza għall-ġustizzja soċjali, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema, il-promozzjoni tal-inklużjoni, u l-prevenzjoni ta’ inugwaljanzi ġodda. Jekk fil-futur irridu li l-IA tkun ġusta u ċċentrata fuq il-bniedem tenħtieġ azzjoni kollettiva – minn dawk li jfasslu l-politika sal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili – biex jiġi żgurat li t-teknoloġija taħdem għan-nies u mhux kontrihom.”

Id-Direttur Ġenerali tal-ILO Gilbert F. Houngbo enfasizza l-importanza ta’ politiki proattivi sabiex jittaffa l-impatt ta’ tfixkil tal-IA fuq l-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol: “Jeħtieġ li niżguraw li nsawru l-IA b’modi li javvanzaw il-ġustizzja soċjali. Dan ifisser diversi azzjonijiet: li jiġu appoġġjati l-ħaddiema, inkluż bil-ħiliet u l-protezzjoni soċjali; li jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-intrapriżi ta’ kull daqs u fil-partijiet kollha tad-dinja għat-teknoloġija tal-IA biex jiġu sfruttati l-benefiċċji tal-produttività; u li jiġi żgurat li l-integrazzjoni tal-IA fuq il-post tax-xogħol tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema u tippromovi d-djalogu soċjali fit-tranżizzjoni diġitali.”

Waqt żewġ panels, kelliema ta’ livell għoli qasmu l-għarfien tagħhom dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jipperċepixxu fl-isfruttar tal-IA biex jippromovu xogħol deċenti u swieq tax-xogħol inklużivi u jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-snin li ġejjin. Fost il-membri tal-panels kien hemm il-ministri għax-xogħol tal-UE Agnieszka Dziemianowicz-Bąk (il-Polonja), Yolanda Díaz (Spanja), Níki Keraméos (il-Greċja) u Maria do Rosário Palma Ramalho (il-Portugall), kif ukoll id-delegat tal-Gvern Franċiż għall-ILO u għall-G7-G20, Anousheh Karvar (fost oħrajn).

Id-diskussjonijiet li saru enfasizzaw il-fatt li, għalkemm hemm riskju assoċjat mat-tnedija tal-IA, ma hemmx bżonn li nopponu din it-teknoloġija l-ġdida. Madankollu, huwa essenzjali li ssir enfasi fuq id-djalogu soċjali u li l-ħaddiema jiġu inklużi fl-użu tal-IA, u li tingħata attenzjoni partikolari lill-isforzi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet. L-introduzzjoni u r-regolamentazzjoni adegwata u kkontrollata tal-IA se jgħinu biex jiġu evitati xokkijiet kbar u jippermettu li din it-teknoloġija tnaqqas il-kompiti ripetittivi mingħajr ma neċessarjament twassal għal sensji fuq skala kbira.(lm)

Inqas

Is-suq tal-elettriku: il-KESE jipproponi faċilità tal-elettriku biex ikun hemm regolamentazzjoni fejn meħtieġ u privatizzazzjoni fejn possibbli.

Is-suq tal-elettriku għandu jiġi riformat b’tali mod li ma jkunx limitat biss għall-ilħuq tal-miri tan-newtralità klimatika sal-2050. Skont il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sigurtà tal-provvista, prezzijiet stabbli u affordabbli u d-dritt għall-enerġija sabiex jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli.

Is-suq tal-elettriku għandu jiġi riformat b’tali mod li ma jkunx limitat biss għall-ilħuq tal-miri tan-newtralità klimatika sal-2050. Skont il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sigurtà tal-provvista, prezzijiet stabbli u affordabbli u d-dritt għall-enerġija sabiex jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli.

Fl-Opinjoni dwar Aktar

Is-suq tal-elettriku għandu jiġi riformat b’tali mod li ma jkunx limitat biss għall-ilħuq tal-miri tan-newtralità klimatika sal-2050. Skont il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sigurtà tal-provvista, prezzijiet stabbli u affordabbli u d-dritt għall-enerġija sabiex jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli.

Fl-Opinjoni dwar Il-futur tal-provvista u l-ipprezzar tal-elettriku fl-UE, ippubblikata f’Jannar u mfassla minn Jan Dirx u Thomas Kattnig, il-KESE jirrakkomanda mudell ta’ regolamentazzjoni governattiva fejn meħtieġ u intraprenditorija privata fejn possibbli, u jirrakkomanda faċilità tal-elettriku.

Din tista’ tkun f’forma ta’ kumpanija stabbilita mill-gvern li taġixxi bħala ġeneratur tas-suq fis-suq tal-elettriku, u b’hekk jintlaħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika, is-sigurtà tal-provvista, u prezzijiet stabbli u affordabbli.

Skont il-Kumitat, il-bidliet meħtieġa fis-suq tal-elettriku għandhom jitwettqu fi tliet stadji:

  • Fażi 1 – minn issa sal-2030

    Il-faċilità tal-elettriku ser tkabbar il-portafoll tagħha b’taħlita ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija (mhux tas-CO2). Matul dan il-perjodu, in-negozjar tal-enerġija ser iseħħ fuq bażi ta’ negozjar ta’ ġurnata bil-quddiem iżda l-influwenza tal-faċilità tal-elettriku fis-suq ser tikber.

  • Fażi 2 – mill-2030 sal-2040

    Il-faċilità tal-elettriku ser tikseb il-pożizzjoni tagħha ta’ ġeneratur tas-suq u ser tikkontrolla parti adegwata tal-lat tal-provvista tas-suq permezz ta’ kuntratti għall-provvista. In-negozjar ta’ ġurnata bil-quddiem ser jaġġusta ruħu matul dan il-perjodu kif meħtieġ.

  • Fażi 3 – mill-2040 sal-2050

    Il-faċilità tal-elettriku ser tottimizza l-lat tal-provvista tal-elettriku biex tiżgura, mill-2050, provvista sostenibbli fit-tul tal-elettriku b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti bi prezzijiet stabbli u prevedibbli. (mp)

Inqas

Biex tiddefendi l-interessi tagħha, l-UE jeħtieġ tikkunsidra mill-ġdid l-istrateġija tagħha għall-Artiku

L-interessi leġittimi tal-UE fl-Artiku Ewropew se jiġu difiżi l-aħjar permezz ta’ strateġija tal-UE għall-Artiku li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-deċiżjonijiet rilevanti kollha. Il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ Greenland hija wkoll essenzjali għal investiment sostenibbli fl-Artiku sabiex jiġu żgurati l-prosperità u r-reżiljenza tar-reġjun.

L-interessi leġittimi tal-UE fl-Artiku Ewropew se jiġu difiżi l-aħjar permezz ta’ strateġija tal-UE għall-Artiku li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-deċiżjonijiet rilevanti kollha. Il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ Greenland hija wkoll essenzjali għal investiment sostenibbli fl-Artiku sabiex jiġu żgurati l-prosperità u r-reżiljenza tar-reġjun.

Il-KESE ressaq Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar Aktar

L-interessi leġittimi tal-UE fl-Artiku Ewropew se jiġu difiżi l-aħjar permezz ta’ strateġija tal-UE għall-Artiku li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-deċiżjonijiet rilevanti kollha. Il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ Greenland hija wkoll essenzjali għal investiment sostenibbli fl-Artiku sabiex jiġu żgurati l-prosperità u r-reżiljenza tar-reġjun.

Il-KESE ressaq Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar Niżviluppaw l-istrateġija tal-Ewropa għall-Artiku fi djalogu mas-soċjetà ċivili, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar u tenfasizza r-rwol importanti li l-Artiku għandu għall-awtonomija strateġika, ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-Ewropa.

Il-membru tal-KESE Anders Ladefoged, relatur tal-Opinjoni, qal: “Bl-Opinjoni ġdida tagħna dwar il-politika tal-UE dwar l-Artiku qed noffru perspettiva tas-soċjetà ċivili dwar kif l-UE tista’ tiżviluppa il-politika tagħha għal dan ir-reġjun. Kemm biex tieħu ħsieb l-interessi tagħha stess kif ukoll biex tgħin jiġi żgurat reġjun reżiljenti u prosperu għan-nies li jgħixu hemmhekk.”

Il-KESE jappoġġja u jħeġġeġ ukoll konsultazzjoni sħiħa u kooperazzjoni mal-popli indiġeni fl-Artiku. F’dan il-kuntest, il-membru tal-KESE Christian Moos, korelatur tal-Opinjoni, qal: “L-interessi tal-Istati Ewropej tal-Artiku jiġu difiżi l-aħjar flimkien, kemm permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tat-Tramuntana tal-UE kif ukoll permezz ta’ strateġija Ewropea għall-Artiku, li trid tiżgura l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tiddefendi d-drittijiet tal-popli lokali u indiġeni.”

Greenland, li hija diskussa wkoll fl-Opinjoni, qed tiffaċċja sitwazzjoni simili għall-Artiku Ewropew fir-rigward kemm tal-opportunitajiet kif ukoll tal-isfidi relatati mat-trasformazzjoni rapida fir-reġjun.

Fir-rigward ta’ Greenland, is-Sur Moos qal: “Il-kooperazzjoni Ewropea msaħħa, inkluż fi Greenland, hija essenzjali għal investiment sostenibbli fl-Artiku Ewropew sabiex isir reġjun prosperu u reżiljenti.”

Għall-Greenlandiżi, wieħed mill-punti fokali ewlenin huwa t-tisħiħ tal-awtodeterminazzjoni tagħhom bħala nazzjon taħt is-slogan “xejn dwarna, mingħajrna”. Madankollu, l-UE hija meqjusa bħala alleat mill-qrib, fuq il-bażi ta’ valuri kondiviżi, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-djalogu soċjali. (at)

Inqas

L-Ewropa trid tipprijoritizza l-kompetittività u l-integrazzjoni biex tibqa’ fuq quddiem

L-UE teħtieġ fokus aktar qawwi fuq il-politika tal-kompetizzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività globali tagħha, tagħti spinta lill-produttività u tiżgura li s-Suq Uniku jibqa’ pilastru tas-saħħa ekonomika.

L-UE teħtieġ fokus aktar qawwi fuq il-politika tal-kompetizzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività globali tagħha, tagħti spinta lill-produttività, u tiżgura li s-Suq Uniku jibqa’ pilastru tas-saħħa ekonomika.

Fil-plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta l-Opinjoni bit-titolu ...Aktar

L-UE teħtieġ fokus aktar qawwi fuq il-politika tal-kompetizzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività globali tagħha, tagħti spinta lill-produttività, u tiżgura li s-Suq Uniku jibqa’ pilastru tas-saħħa ekonomika.

Fil-plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta l-Opinjoni bit-titolu Politika tal-kompetizzjoni fil-qalba tal-kompetittività tal-UE. L-Opinjoni tappella għal integrazzjoni aktar profonda tal-ekonomiji nazzjonali u strateġiji ta’ għajnuna mill-Istat aktar intelliġenti biex jiġi sfruttat il-potenzjal ekonomiku tal-Ewropa u jiġu indirizzati l-isfidi globali ewlenin, inklużi d-diġitalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima u r-reżiljenza.

Il-KESE enfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni hija kritika għat-trawwim tal-innovazzjoni, is-sostenibbiltà u t-tkabbir ekonomiku. “M’hemm l-ebda kunflitt bejn il-kompetizzjoni u l-kompetittività”, qalet ir-relatur Isabel Yglesias. “Bi proċeduri simplifikati, għodod flessibbli u riżorsi suffiċjenti, il-politika tal-kompetizzjoni tista’ tixpruna l-prosperità għan-negozji u ċ-ċittadini tal-UE.”

Ir-regoli l-ġodda tal-kompetizzjoni tal-UE, bħall-Att dwar is-Swieq Diġitali u r-Regolament dwar is-Sussidji Barranin, diġà qed jindirizzaw id-distorsjonijiet tas-suq u jsaħħu l-pożizzjoni globali tal-blokk. Madankollu, il-KESE jappella għal aktar miżuri biex jiġu modernizzati l-valutazzjonijiet tal-fużjonijiet u jiġi żgurat li l-fużjonijiet xprunati mill-innovazzjoni jiġu kkontrollati b’mod effettiv, anke jekk dawn jaqgħu taħt il-limiti attwali tal-UE.

L-Opinjoni tenfasizza r-rwol vitali tal-għajnuna mill-Istat fl-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Madankollu, is-sussidji kkoordinati ħażin jirriskjaw li jimminaw il-produttività u t-tkabbir. L-istudji juru li koordinazzjoni aħjar fi ħdan l-UE tista’ tagħti spinta lill-produttività b’aktar minn 30 %. Il-KESE jirrakkomanda l-allinjament tas-sussidji madwar l-Istati Membri biex jissaħħu l-ktajjen tal-valur Ewropej u jiġu evitati l-ineffiċjenzi.

Il-Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs) u l-Fond Ewropew għall-Kompetittività propost għandhom jitfasslu b’perspettiva pan-Ewropea sabiex jixprunaw l-innovazzjoni industrijali fuq skala kbira. Dawn l-għodod iridu jiżguraw li l-benefiċċji jitqassmu b’mod ġust madwar l-Unjoni, waqt li jippromwovu s-sostenibbiltà u r-reżiljenza.

Biex l-UE tiġi ppożizzjonata bħala mexxejja globali, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal:

  • Integrazzjoni akbar biex jitnaqqsu s-sussidji allokati ħażin u tingħata spinta lill-produttività;
  • Regoli aktar b’saħħithom għall-protezzjoni tal-innovazzjoni Ewropea fil-kuntest ta’ akkwiżizzjonijiet barranin;
  • Kompetizzjoni simplifikata u aktar mgħaġġla u proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat biex tiżdied l-effiċjenza; u
  • Politika bbilanċjata ta’ fużjonijiet li tippromovi l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà u l-investiment fl-infrastruttura. (ll)
Inqas

Il-KESE jappella għal riformi fir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġjati l-entitajiet tal-ekonomija soċjali

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appella għal bidliet fir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu rikonoxxuti u akkomodati aħjar il-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali, li jaqdu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appella għal bidliet fir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu rikonoxxuti u akkomodati aħjar il-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali, li jaqdu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar Aktar

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appella għal bidliet fir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu rikonoxxuti u akkomodati aħjar il-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali, li jaqdu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar Kif għandhom jiġu appoġġjati l-entitajiet tal-ekonomija soċjali f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat: xi riflessjonijiet wara s-suġġerimenti li saru fir-rapport ta’ Enrico Letta, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE wissa li r-regolamenti eżistenti jonqsu milli jipprovdu appoġġ adegwat lil dawn l-intrapriżi, li ħafna drai jinvestu l-profitti tagħhom fi sforzi biex jintlaħqu l-objettivi soċjali minflok iqassumhom lill-investituri.

“Irridu nissensibilizzaw aktar nies rigward il-benefiċċji ta’ regolamentazzjoni effettiva b’rabta mal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat kemm għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali kif ukoll għas-sistema kollha ta’ servizzi ta’ interess ġenerali”, sostna ir-relatur tal-Opinjoni, Giuseppe Guerini.

L-entitajiet tal-ekonomija soċjali – li jvarjaw minn kooperattivi għal soċjetajiet mutwi u fondazzjonijiet – jimpjegaw aktar minn 11-il miljun persuna madwar l-UE, jiġifieri 6.3 % tal-popolazzjoni attiva. Dawn joperaw f’oqsma bħas-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-faqar. Minkejja l-kontribut tagħhom, ħafna jiffaċċjaw ostakli sistemiċi biex jiżguraw kapital ta’ investiment fit-tul u jinnavigaw il-proċessi tal-akkwist pubbliku, peress li l-qafas regolatorju attwali spiss jonqos milli jqis in-natura mingħajr skop ta’ qligħ jew ibbażata fuq is-solidarjetà tagħhom.

Fost affarijiet oħra, l-Opinjoni tal-KESE tenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi mhux qed jużaw biżżejjed l-għodod eżistenti bħar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (GBER) u l-qafas għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Huwa għalhekk li l-Kumitat qed jappella għas-semplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tar-regoli kumplessi żżejjed u skaduti fl-ambitu tal-GBER għall-appoġġ tal-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità, f’konformità ma’ xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta’ Letta dwar is-suq uniku.

Għalkemm iż-żieda reċenti fil-limiti massimi tal-għajnuna de minimis – EUR 300 000 għall-kumpaniji ordinarji u EUR 750 000 għall-entitajiet tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali – hija milqugħa, il-KESE jargumenta wkoll li strumenti aktar imfassla apposta, bħall-GBER jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali f’oqsma bħas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali. (ll)

Inqas

Riformi konkreti u passi deċiżivi għal ekonomija reżiljenti, kompetittiva u inklużiva

Meta mqabbla mal-pari globali tagħha bħall-Istati Uniti, iż-żona tal-euro qed tiffaċċja sfidi urġenti: produttività tax-xogħol baxxa, kompetittività li qed tiddgħajjef u tnaqqis fil-momentum ekonomiku. Sabiex din it-tendenza titreġġa’ lura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed jappella għal strateġija urġenti u kkoordinata. 

Meta mqabbla mal-pari globali tagħha bħall-Istati Uniti, iż-żona tal-euro qed tiffaċċja sfidi urġenti: produttività tax-xogħol baxxa, kompetittività li qed tiddgħajjef u tnaqqis fil-momentum ekonomiku. Sabiex din it-tendenza titreġġa’ lura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed jappella għal strateġija urġenti u kkoordinata.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar Aktar

Meta mqabbla mal-pari globali tagħha bħall-Istati Uniti, iż-żona tal-euro qed tiffaċċja sfidi urġenti: produttività tax-xogħol baxxa, kompetittività li qed tiddgħajjef u tnaqqis fil-momentum ekonomiku. Sabiex din it-tendenza titreġġa’ lura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed jappella għal strateġija urġenti u kkoordinata.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar Il-politika ekonomika taż-żona tal-euro 2025, il-KESE jiddeskrivi pjan biex jixpruna t-tkabbir billi japprofondixxi s-suq intern, inaqqas il-burokrazija regolatorja u jiżgura s-sostenibbiltà fiskali. Fl-istess ħin, il-politiki jridu jindirizzaw xejriet trasformattivi bħall-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-pressjonijiet ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ.

Wara x-xokkijiet esterni tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija, iż-żona tal-euro issa qed tiffaċċja sfidi ekonomiċi kbar. Għalkemm saru sforzi ta’ stabbilizzazzjoni, l-indirizzar tal-kwistjonijiet bħall-inċertezza domestika, il-bidliet demografiċi u l-pressjonijiet fiskali li qed jiżdiedu jirrikjedi riformi kuraġġużi.

Il-KESE jipproponi approċċ fi tliet stadji biex jissaħħu l-produttività u l-kompetittività: l-approfondiment tas-suq intern, il-koordinazzjoni tal-politika industrijali u t-tnaqqis tal-burokrazija. Is-sostenibbiltà fiskali hija kruċjali, u teħtieġ qafas ibbilanċjat, kollaborazzjoni aktar b’saħħitha tal-UE u sforzi biex jintuża bis-sħiħ id-dħul mhux sfruttat. L-investiment għadu punt dgħajjef, u għad hemm bżonn ta’ kapital ta’ riskju estiż u politiki favur l-innovazzjoni.

Ir-reżiljenza tas-suq tax-xogħol hija wkoll kruċjali, u teħtieġ flessibbiltà, pagi ġusti, riformi tas-sigurtà soċjali u żvilupp tal-ħiliet xprunat mill-IA. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal responsabbiltà kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, u jippromovi koordinazzjoni msaħħa tal-politika. B’azzjoni deċiżiva u investimenti strateġiċi, iż-żona tal-euro tista’ tibni ekonomija reżiljenti, kompetittiva u sostenibbli għall-futur (tk). 

Inqas

Il-progress tal-Ewropa biex jintlaħqu l-SDGs qed inaqqas, mentri tinħtieġ azzjoni urġenti dwar is-sistemi tal-ikel

Il-progress tal-Ewropa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) naqas b’mod sinifikanti, u qed iqajjem tħassib dwar il-ksib tal-miri tal-2030. Ir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ewropa 2025, ippubblikat min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN), jiżvela li r-rata tal-progress fil-qasam tal-SDGs mill-2020 sal-2023 kienet inqas minn nofs dik li kienet fil-perjodu preċedenti.

Il-progress tal-Ewropa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) naqas b’mod sinifikanti, u qed iqajjem tħassib dwar il-ksib tal-miri tal-2030. Ir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ewropa 2025, ippubblikat min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN), jiżvela li r-rata tal-progress fil-qasam tal-SDGs mill-2020 s...Aktar

Il-progress tal-Ewropa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) naqas b’mod sinifikanti, u qed iqajjem tħassib dwar il-ksib tal-miri tal-2030. Ir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ewropa 2025, ippubblikat min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN), jiżvela li r-rata tal-progress fil-qasam tal-SDGs mill-2020 sal-2023 kienet inqas minn nofs dik li kienet fil-perjodu preċedenti.

Bejn l-2016 u l-2019, il-progress żdied b’1.9 punti, iżda dan naqas għal 0.8 punti biss fis-snin ta’ wara. It-tnaqqis fir-ritmu jaħbat ma’ żmien ta’ sfidi ambjentali, soċjali u ġeopolitiċi dejjem akbar. L-SDG 2 (Ebda Ġuħ) għadu ta’ tħassib kbir, peress li għad hemm kwistjonijiet ta’ sigurtà u sostenibbiltà tal-ikel fl-Ewropa.

Studju separat li sar għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza l-ħtieġa għal bidliet fid-dieta biex jiġu appoġġjati l-agrikoltura sostenibbli u s-saħħa pubblika.

Bi tmexxija ġdida tal-UE fis-seħħ, l-esperti qed jappellaw għal politiki u investimenti aktar b’saħħithom biex jaċċelleraw il-progress fil-qasam tal-SDGs. Il-kooperazzjoni u l-finanzjament globali huma meqjusa kruċjali, u r-Raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li se ssir fi Spanja f’Ġunju 2025 hija mistennija tiffoka fuq żieda fl-appoġġ finanzjarju għas-sostenibbiltà.

Guillaume Lafortune, Viċi President tal-SDSN u l-awtur ewlieni tar-rapport, iwissi li t-tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu qed jikkumplikaw l-isforzi ta’ sostenibbiltà, iżda għadu ottimist.

“Id-dinja qed issir dejjem aktar perikoluża, instabbli u inċerta,” jistqarr. “Fl-istess ħin, in-nies, speċjalment iż-żgħażagħ, iridu żvilupp sostenibbli. Bid-daqs tal-ekonomija globali u t-teknoloġiji disponibbli, id-dinja għandha l-potenzjal li tikseb bis-sħiħ żvilupp sostenibbli.”

“Sistemi tal-ikel sostenibbli huma mutur kruċjali għall-implimentazzjoni tal-SDGs. Biex naċċelleraw l-azzjoni, neħtieġu mekkaniżmi aktar ambizzjużi biex nissalvagwardjaw l-għajxien tal-bdiewa, tal-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira, u ta’ partijiet ikkonċernati oħra tul il-katina tal-provvista tal-ikel. Iżda rridu nindirizzaw ukoll id-distribuzzjoni inġusta u niżguraw tranżizzjoni ġusta,” qal Peter Schmidt, President tas-Sezzjoni tal-KESE għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent(NAT), li appella wkoll għal involviment akbar tas-soċjetà ċivili.

Baqa’ ħames snin biss sad-data stabbilita u l-UE qed tiffaċċja deċiżjoni kritika: li taġixxi b’mod deċiżiv jew tirriskja li ma tilħaqx l-impenji tagħha fir-rigward ta’ futur sostenibbli u ekwu. (ks)

Inqas

Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika 2025: Applika Issa!

Fil-11 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ħabbar it-tnedija tal-applikazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika, u s-sottomissjonijiet se jibqgħu miftuħin sas-27 ta’ April 2025.

Fil-11 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ħabbar it-tnedija tal-applikazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika, u s-sottomissjonijiet se jibqgħu miftuħin sas-27 ta’ April 2025.

Dawn il-premjijiet huma ċelebrazzjoni tal-eċċellenza fil-katina tal-valur organiku, u jirrikonoxxu kontrib...Aktar

Fil-11 ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ħabbar it-tnedija tal-applikazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika, u s-sottomissjonijiet se jibqgħu miftuħin sas-27 ta’ April 2025.

Dawn il-premjijiet huma ċelebrazzjoni tal-eċċellenza fil-katina tal-valur organiku, u jirrikonoxxu kontributi eċċellenti fil-kategoriji tal-produzzjoni organika bħall-Aħjar Bidwi, Belt, Reġjun, SME tal-Ipproċessar tal-Ikel, Bejjiegħ bl-Imnut, u Restorant/Servizz tal-Ikel. Il-KESE jissorvelja tliet kategoriji b’mod speċifiku:

  • L-Aħjar SME li Tipproċessa l-Ikel Organiku
  • L-Aħjar Bejjiegħ bl-Imnut tal-Ikel Organiku
  • L-Aħjar Ristorant/Servizz tal-Ikel Organiku

Ir-rebbieħa se jitħabbru fit-23 ta’ Settembru 2025 (Jum Organiku tal-UE). Il-partijiet interessati mill-qasam tal-produzzjoni organika – inklużi l-bdiewa, il-proċessuri, il-bejjiegħa bl-imnut, u l-awtoritajiet pubbliċi – huma mħeġġa japplikaw.

Għad-dettalji tal-eliġibbiltà u l-applikazzjonijiet, żur is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Il-mistoqsijiet dwar il-kategoriji ġestiti mill-KESE jistgħu jintbagħtu lil EUorganicawardsEESC@eesc.europa.eu.

Din l-inizjattiva tappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Produzzjoni Organika, li jippromovi l-produzzjoni organika u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi. (ks) 

Inqas

Il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 – ipparteċipa fid-diskussjoni!

It-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE 2025, li se ssir mis-17 sal-20 ta’ Marzu, se tiffoka fuq It-Tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati. Irriżerva l-post tiegħek billi tirreġistra hawnhekk!

It-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE 2025, li se ssir mis-17 sal-20 ta’ Marzu, se tiffoka fuq It-Tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati. Irriżerva l-post tiegħek billi tirreġistra hawnhekk!

Għad baqa’ żmien biex tirreġistra għat-tieni Ġimgħa tas-Soċjet&agra...Aktar

It-tieni edizzjoni tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE 2025, li se ssir mis-17 sal-20 ta’ Marzu, se tiffoka fuq It-Tisħiħ tal-koeżjoni u l-parteċipazzjoni f’soċjetajiet polarizzati. Irriżerva l-post tiegħek billi tirreġistra hawnhekk!

Għad baqa’ żmien biex tirreġistra għat-tieni Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE, li matulha s-soċjetà ċivili tal-Ewropa, dawk li jfasslu l-politika tal-UE, l-esperti, il-ġurnalisti, u parteċipanti oħra se jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu waħda mill-aktar sfidi urġenti li qed niffaċċjaw illum – kif nistgħu niġġieldu l-polarizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna.

Xprunata minn kriżijiet li jikkoinċidu, mill-pandemija u t-tibdil fil-klima għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja u d-distakki dejjem jikbru fl-introjtu – il-polarizzazzjoni infirxet madwar l-UE u lil hinn minnha, approfondiet id-diviżjonijiet soċjali, naqqset il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi, u qed titfa’ pressjoni fuq l-unità tal-komunità.

F’dan il-kuntest, il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 hija sejħa kuraġġuża għal azzjoni sabiex titrawwem il-koeżjoni soċjali u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika. Permezz ta’ dibattiti vivaċi u workshops kollaborattivi, dan il-forum ta’ erbat ijiem se jipprovdi pjattaforma unika għall-parteċipanti kollha biex jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet kritiċi, jaqsmu l-aħjar prattiki, u jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi. 

X’inhu mistenni?

Il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 ser tinkludi diskussjonijiet tal-panel immexxija mill-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE, kif ukoll il-Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili.

Hija se tibda b’diskors ewlieni li jqanqal il-ħsieb mill-istudjuż, il-kittieb u l-kummentatur politiku Albena Azmanova, li se jwitti t-triq, u jsawwar id-diskors għad-dibattiti li se jsiru wara.

Fil-panel ta’ livell għoli sussegwenti, se niddiskutu l-mistoqsija “Għadna Magħquda fid-Diversità?”. Il-membri tal-panel se jinkludu l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Younous Omarjee; il-Ministru għas-Soċjetà Ċivili f’isem il-Presidenza Pollakka Adriana Porowska; il-President tal-KESE Oliver Röpke; il-Kopresident tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE Brikena Xhomaqi; is-Segretarju Ġenerali tal-Moviment Ewropew Internazzjonali Petros Fassoulas; u Mădălina-Mihaela Antoci mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Moldova.

Matul il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili, se nesploraw kif l-edukazzjoni ċivika tista’ tgħin biex jitnaqqsu d-distakki, kif l-Ewropa tista’ tmexxi fl-innovazzjoni mingħajr ma tikkomprometti l-valuri tagħha, u kif l-akkomodazzjoni tista’ ssir aktar affordabbli u sostenibbli filwaqt li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u jiġi appoġġjat l-għajxien multiġenerazzjonali. Se nħarsu wkoll lejn modi kif insaħħu s-soċjetà ċivili permezz ta’ appoġġ pubbliku u filantropiku, kif nistgħu niżguraw li l-politiki tal-UE jirriflettu l-ħtiġijiet lokali fit-tranżizzjoni ekoloġika u blu, u kif nirrikonoxxu, nipproteġu u ninvolvu ruħna mas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa b’mod aktar effettiv.

Sessjoni speċjali, ospitata flimkien mal-Parlament Ewropew, se tindirizza speċifikament il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u l-implikazzjonijiet tiegħu għas-soċjetà ċivili.

Jum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 2025

Fil-Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fit-18 ta’ Marzu, l-enfasi se tkun fuq l-għodda b’saħħitha tad-demokrazija parteċipattiva li hija l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE). Introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona, l-inizjattiva tippermetti liċ-ċittadini jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni ġdida tal-UE dwar kwistjoni partikolari. Biex jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni, l-organizzaturi jridu jiġbru miljun (1) firma biex jappoġġjaw il-kawża tagħhom.

Permezz ta’ diskussjonijiet ta’ livell għoli u workshops interattivi, il-parteċipanti se jesploraw suġġetti ewlenin bħar-rwol tal-IĊE fl-indirizzar tal-polarizzazzjoni u modi kif jinbena appoġġ aktar b’saħħtu madwar l-Istati Membri. Se jkun hemm enfasi speċjali fuq kif l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess tal-IĊE sabiex l-ilħna taċ-ċittadini jinstemgħu fit-tfassil tal-politika Ewropea.

Il-parteċipanti se jkollhom ukoll opportunità unika biex jitkellmu direttament ma’ organizzaturi ta’ IĊE – tal-passat, tal-preżent u tal-futur biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda għall-kampanji tagħhom stess.

Barra minn hekk, l-avveniment se jenfasizza l-importanza tal-istrateġiji tal-impatt biex l-IĊE u l-panels taċ-ċittadini jsiru aktar effettivi, b’enfasi fuq iż-żieda tal-possibbiltajiet ta’ segwitu leġiżlattiv mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Premju għas-Soċjetà Ċivili 2025

L-aħħar jum tal-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 se jinkludi, fost affarijiet oħra, il-15-il ċerimonja tal-għoti tal-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili.

L-għan tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili huwa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-kontribut eċċellenti tas-soċjetà ċivili għall-ħolqien ta’ identità u ċittadinanza Ewropej, kif ukoll għall-promozzjoni tal-valuri komuni li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea. Dan jingħata kull sena lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-proġetti innovattivi u kreattivi tagħhom mingħajr skop ta’ qligħ dwar temi differenti rilevanti għall-UE.

Din is-sena l-premju se jingħata lil tliet proġetti li jiġġieldu l-polarizzazzjoni dannuża tas-soċjetà tal-UE.

Il-Ġimgħa se tintemm b’sessjoni ta’ għeluq dinamika, b’kelliema li jinkludu l-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea (għad irid jiġi kkonfermat); il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Katarina Barley, il-President tal-KESE Oliver Röpke; u s-Segretarju Ġenerali tal-Fondazzjoni Ċentru għad-Demokrazija fis-Serbja Nataša Vučković.

Kun parti mid-diskussjoni!

Matul l-erbat ijiem ta’ diskussjonijiet siewja, interventi ta’ ispirazzjoni minn kelliema ta’ livell għoli, u opportunitajiet kbar ta’ networking, il-Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili 2025 se tkun avveniment li mhux ta’ min jitilfu. Irriżerva l-post tiegħek illum u ngħaqad magħna biex id-diskussjoni tinbidel f’azzjoni ta’ bidla. Leħnek huwa importanti fil-bini ta’ Ewropa aktar koeżiva u parteċipattiva!

Il-programm sħiħ hu disponibbli hawnhekk.

Irreġistra hawn qabel it-12 ta’ Marzu. (ma)

Inqas

L-Avveniment taż-Żgħażagħ annwali tal-KESE – Il-mexxejja ta’ għada jiltaqgħu flimkien

Fit-13 u l-14 ta' Marzu 2025, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jospita l-avveniment taż-żgħażagħ annwali, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS), li jlaqqa’ flimkien aktar minn 130 parteċipant minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Dan l-avveniment uniku jgħaqqad lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji, lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u lid-delegati mill-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, li għandhom bejn 16 u 25 sena, mis-27 Stat Membru kollha tal-UE, minn 9 pajjiżi kandidati, u mir-Renju Unit.

Fit-13 u l-14 ta' Marzu 2025, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jospita l-avveniment taż-żgħażagħ annwali, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS) li jlaqqa’ flimkien aktar minn 130 parteċipant minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Dan l-avveniment uniku jgħaqqad lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji, lir-rappreżent...Aktar

Fit-13 u l-14 ta' Marzu 2025, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jospita l-avveniment taż-żgħażagħ annwali, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS) li jlaqqa’ flimkien aktar minn 130 parteċipant minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Dan l-avveniment uniku jgħaqqad lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji, lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u lid-delegati mill-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, li għandhom bejn 16 u 25 sena, mis-27 Stat Membru kollha tal-UE, minn 9 pajjiżi kandidati, u mir-Renju Unit.

B'sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, panels u diskussjonijiet, l-avveniment ser jipprovdi pjattaforma għaż-żgħażagħ biex jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa. Din is-sena, l-avveniment huwa intitolat “Nagħtu vuċi liż-żgħażagħ” u l-parteċipanti se jindirizzaw suġġetti kruċjali bħas-sostenibbiltà, l-inklużjoni soċjali, it-trasformazzjoni diġitali, u oħrajn.

L-eżiti ta’ dawn id-diskussjonijiet u l-għarfien miġbur se jservu ta’ kontribut għat-tieni Ġimgħa tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE u se jiġu promossi wkoll fl-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ f’Ġunju 2025, organizzat mill-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

L-avveniment jenfasizza kemm hu importanti li l-involviment taż-żgħażagħ jissarraf fl-azzjoni ċivika, id-demokrazija parteċipattiva, u t-tfassil tal-politiki Ewropej.

Segwi l-eżiti u l-inizjattivi li joħorġu minn din il-laqgħa importanti. (kc)

Inqas
Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-Boxxla għall-Kompetittività: pass f’waqtu biex il-magna ekonomika tal-Ewropa tingħata spinta mill-ġdid

minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fid-29 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Boxxla għall-Kompetittività, pass kritiku u f’waqtu biex tingħata spinta mill-ġdid lill-magna ekonomika tal-Ewropa li se tfassal it-triq tal-UE għall-ħames snin li ġejjin.

minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fid-29 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Boxxla għall-Kompetittività, pass kritiku u f’waqtu biex tingħata spinta mill-ġdid lill-magna ekonomika tal-Ewropa li se tfassal it-triq tal-UE għall-ħames snin li ġejjin.

L-impjegaturi tal-UE ilhom ħafna favur Aktar

minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fid-29 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Boxxla għall-Kompetittività, pass kritiku u f’waqtu biex tingħata spinta mill-ġdid lill-magna ekonomika tal-Ewropa li se tfassal it-triq tal-UE għall-ħames snin li ġejjin.

L-impjegaturi tal-UE ilhom ħafna favur aġenda globali tal-kompetittività, u nilqgħu t-tliet pilastri tal-boxxla: li jiċċekken id-distakk bejn l-innovazzjoni u l-produttività, li d-dekarbonizzazzjoni tiġi kkombinata mal-kompetittività, u li jitnaqqsu d-dipendenzi għall-iżgurar tal-ktajjen tal-provvista. Dawn huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-Ewropa tkun tista’ tikkompeti globalment, tattira u żżomm it-talent u trawwem l-innovazzjoni.

Madankollu, is-suċċess aħħari tal-boxxla jiddependi fuq l-iżvilupp ta’ miżuri konkreti u l-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom. Inizjattivi ewlenin bħall-pakkett ta’ Simplifikazzjoni Omnibus, il-Patt għal Industrija Nadifa u l-istrateġija orizzontali biex jiġi approfondit is-suq uniku se jkollhom rwol deċiżiv. Madankollu, strateġiji b'dehra ġdida u titli attraenti waħedhom ma jistgħux jipproteġuna mill-isfidi li għandna quddiemna.

Pereżempju, is-semplifikazzjoni tal-qafas regolatorju hija l-ewwel u l-aktar pass urġenti. It-tnaqqis mill-piż tal-burokrazija u l-promozzjoni tal-veloċità u l-flessibbiltà huma essenzjali. Għal żmien twil wisq, in-negozji tal-UE tħabtu ma’ kumplessità żejda u teħid ta’ deċiżjonijiet kajman. Neħtieġu wkoll implimentazzjoni sinifikanti tal-kontroll tal-kompetittività, sabiex miżuri leġiżlattivi u regolatorji ġodda jappoġġjaw, aktar milli jfixklu, it-tkabbir tan-negozju.

Il-boxxla ġustament tiffoka fuq it-trawwim tal-innovazzjoni permezz ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali robusta u l-indirizzar tal-ostakli strutturali biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-Ewropa fit-teknoloġija profonda, l-enerġija nadifa u l-manifattura avvanzata, waqt li tinħoloq ekosistema fertili għal kumpaniji start-up u negozji li qed jespandu.

L-Unjoni tas-Swieq Kapitali li qatt ma tlestietx hija tabilħaqq tfakkira li ma nistgħux naffordjaw dewmien. Filwaqt li l-boxxla tippromovi koordinazzjoni aħjar tal-investimenti tal-gvern nazzjonali, hija nieqsa minn pjan ċar dwar sorsi komuni oħra ta’ finanzjament. Iżda d-dinja mhijiex se tistenniena.

It-tellieqa bdiet u issa wasal iż-żmien li nagħtu s-salt. L-isfruttar tal-kompetittività mhuwiex biss imperattiv ekonomiku, iżda huwa l-muftieħ għall-prosperità kondiviża għal kulħadd. In-negozji Ewropej huma, u se jibqgħu, parti mis-soluzzjoni. 

Inqas

Il-kompetittività akkost ta’ kollox? L-Ewropa m’għandhiex tħalli d-drittijiet soċjali u tax-xogħol jibqgħu lura

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE jwissi li d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema li tant stinkajna biex niksbuhom m’għandhomx jitwarrbu fl-isforzi tal-UE biex tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija globali. Fost sejħiet għal aktar deregolamentazzjoni, l-UE ma għandhiex tmur passi lura fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ewlenija, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE jwissi li d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema li tant stinkajna biex niksbuhom m’għandhomx jitwarrbu fl-isforzi tal-UE biex tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija globali. Fost sejħiet għal aktar deregolamentazzjoni, l-UE ma għandhiex tmur passi lura fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ewlenija, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Wara r-rakkomandazzjonijiet ...Aktar

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE jwissi li d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema li tant stinkajna biex niksbuhom m’għandhomx jitwarrbu fl-isforzi tal-UE biex tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija globali. Fost sejħiet għal aktar deregolamentazzjoni, l-UE ma għandhiex tmur passi lura fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ewlenija, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Wara r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti ta’ Draghi u Letta, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni dwar il-Boxxla għall-Kompetittività li, ikkomplementata mill-inizjattivi orizzontali li ressqet, għandha l-għan li tagħti spinta lill-attivitajiet tan-negozji. L-għan huwa li jissaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa.

Il-Grupp tal-Ħaddiema huwa mħasseb ħafna li d-drittijiet soċjali u tax-xogħol jistgħu jibqgħu lura fil-proċess, peress li l-UE tidher li għażlet li żżomm il-pass ma’ ekonomiji kompetittivi oħra akkost ta’ kollox.

Huwa għalhekk li l-Grupp tal-Ħaddiema ppropona sensiela ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja li jindirizzaw il-kwistjoni tal-kompetittività mill-perspettiva tal-valur miżjud tal-kapital uman.  Din hija l-proposta mħabbra għall-Opinjoni dwar “Ir-rwol tat-trade unions fit-titjib tal-produttività”. L-Opinjoni ser ikollha l-għan li turi li l-forza mexxejja wara l-produttività fl-UE (li taffettwa l-kompetittività) hija prinċipalment l-investiment fil-kapital uman (il-ħaddiema), kif ukoll fit-teknoloġija u l-innovazzjoni.

Ir-rwol ewlieni tat-trade unions huwa enfasizzat f’dan il-kuntest, peress li dawn jgħaqqdu ’l-ħaddiema individwali permezz ta’ negozjar u azzjoni kollettivi, li jsawru d-dinamika tas-suq tax-xogħol biex jgħinu fit-twettiq tal-wegħda ta’ ekonomija kompetittiva.

Bl-istess mod, studju li jmiss tal-Grupp tal-Ħaddiema se jkollu l-għan li janalizza u jevalwa s-sitwazzjoni attwali tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-istudju se jkun għodda importanti għall-monitoraġġ tal-politika soċjali, peress li fit-tfittxija tagħha għall-perkors tad-deheb lejn il-kompetittività, l-Ewropa hija mistennija li tiffoka prinċipalment fuq l-ekonomija tagħha.   

Fl-aħħar nett, fil-laqgħa tiegħu ta’ April tal-Kategorija “Il-vuċi tal-ħaddiema għal aktar parteċipazzjoni demokratika”, il-Grupp tal-Ħaddiema se jeżamina l-isforzi proposti biex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji fuq in-negozji – meqjusa bħala fattur li jnaqqas ir-ritmu tal-kompetittività tal-Ewropa – u l-impatt tagħhom fuq il-liġijiet tal-UE li jipproteġu lill-ħaddiema u l-ambjent, b’mod partikolari fil-kuntest tad-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà u r-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà.

Inqas

Studju ġdid tal-KESE jiffoka fuq akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fl-UE

mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’ 47% fl-UE bejn l-2010 u l-2022. Matul l-istess perjodu, il-kirjiet żdiedu bi 18%. Skont l-Eurostat, fl-2023, aktar minn 10% tal-unitajiet domestiċi fil-bliet u 7% tal-unitajiet domestiċi fiż-żoni rurali nefqu aktar minn 40% tal-introjtu disponibbli tagħhom fuq l-akkomodazzjoni. Biex jixħet aktar dawl fuq kif nistgħu nagħmlu l-akkomodazzjoni aktar affordabbli u sostenibbli għall-Ewropej kollha, il-KESE kkummissjona studju li jesplora soluzzjonijiet ta’ politika biex jintlaħaq dan l-għan. F’din l-intervista, il-koawturi tal-istudju, Agnieszka Maj, Ekonomista, u Karolina Zubel, Direttur tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima miċ-Ċentru għar-Riċerka Soċjali u Ekonomika (CASE), jiddiskutu s-sejbiet ewlenin tiegħu.

 

mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’ 47% fl-UE bejn l-2010 u l-2022. Matul l-istess perjodu, il-kirjiet żdiedu bi 18%. Skont l-Eurostat, fl-2023, aktar minn 10% tal-unitajiet domestiċi fil-bliet u 7% tal-unitajiet domestiċi fiż-żoni rurali nefqu aktar minn 40% tal-introjtu disponibbli tagħhom fuq l-akkomodazzjoni. Biex jixħet aktar dawl fuq kif nistgħu nagħmlu l-akkomod...Aktar

mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’ 47% fl-UE bejn l-2010 u l-2022. Matul l-istess perjodu, il-kirjiet żdiedu bi 18%. Skont l-Eurostat, fl-2023, aktar minn 10% tal-unitajiet domestiċi fil-bliet u 7% tal-unitajiet domestiċi fiż-żoni rurali nefqu aktar minn 40% tal-introjtu disponibbli tagħhom fuq l-akkomodazzjoni. Biex jixħet aktar dawl fuq kif nistgħu nagħmlu l-akkomodazzjoni aktar affordabbli u sostenibbli għall-Ewropej kollha, il-KESE kkummissjona studju li jesplora soluzzjonijiet ta’ politika biex jintlaħaq dan l-għan. F’din l-intervista, il-koawturi tal-istudju, Agnieszka Maj, Ekonomista, u Karolina Zubel, Direttur tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima miċ-Ċentru għar-Riċerka Soċjali u Ekonomika (CASE), jiddiskutu s-sejbiet ewlenin tiegħu.

X’inhu dan l-istudju tal-KESE u għaliex huwa rilevanti?

Dan l-istudju dwar akkomodazzjoni sostenibbli affordabbli fl-UE jeżamina l-ħtieġa għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli fl-UE, waqt li jenfasizza r-rwol tad-diġitalizzazzjoni (IA, permessi tal-bini diġitali, bażijiet tad-data rilevanti) u strutturi tal-ekonomija soċjali. Permezz ta’ studji tal-każijiet, jenfasizza sforzi innovattivi li jtejbu l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tal-akkomodazzjoni. L-istudju jipprovdi rakkomandazzjonijiet azzjonabbli għall-2030 u l-2050, li jallinjaw mal-għanijiet tal-UE tar-reżiljenza għall-klima, l-ekwità soċjali u t-tkabbir ekonomiku. L-istudju joffri għarfien strateġiku għall-adattament tal-politiki tal-akkomodazzjoni għall-isfidi li qed jevolvu waqt li jitrawwem il-benesseri tal-komunità.

X’inhuma s-sejbiet ewlenin tal-istudju?

Id-diġitalizzazzjoni tippreżenta opportunità sinifikanti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-akkomodazzjoni, u potenzjalment jitnaqqsu l-kostijiet u tissaħħaħ is-sostenibbiltà. Madankollu, l-impatt attwali tagħha fuq l-iffrankar tal-kostijiet huwa limitat. L-ostakli ewlenin għall-adozzjoni tal-avvanz diġitali jinkludu l-fehmiet tradizzjonali tal-partijiet ikkonċernati, il-perċezzjoni ta’ redditu baxx fuq l-investiment, kostijiet għoljin ta’ implimentazzjoni, u nuqqas ta’ inċentivi, taħriġ u regolamenti. Biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-diġitalizzazzjoni, huwa essenzjali li jsir aktar investiment fl-infrastruttura diġitali, pereżempju billi l-pjattaformi diġitali jsiru interoperabbli.

L-involviment tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali (assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni bi profitt limitat, organizzazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku, kooperattivi) jirrappreżenta innovazzjoni politika promettenti biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali tal-akkomodazzjoni. Dawn l-entitajiet joffru soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni kosteffettivi u mfassla tajjeb li jrawmu l-koeżjoni tal-komunità u jippromovu l-istabbiltà tal-akkomodazzjoni fit-tul. Pereżempju, l-akkomodazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u bi profitt limitat fi Vjenna, li tammonta għal 30% tal-produzzjoni totali tad-djar tal-belt, għandha rwol kruċjali fl-istabbilizzazzjoni tas-suq tad-djar billi teżerċita effett ta’ tnaqqis fil-prezzijiet. Dan jgħin biex il-kirjiet jinżammu affordabbli u jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq.

Abbażi tas-sejbiet, x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tiegħek għal azzjoni u riċerka ulterjuri?

Fit-terminu medju, il-politiki tal-UE dwar l-akkomodazzjoni għandhom jagħtu prijorità lill-introduzzjoni ta’ “Patt Ewropew Ġdid għal Akkomodazzjoni Soċjali Sostenibbli Affordabbli” u “Direttiva dwar l-Akkomodazzjoni” għal approċċ unifikat madwar l-Istati Membri. Il-pajjiżi għandhom jippromovu mudelli innovattivi bħall-kooperattivi u l-akkomodazzjoni bi profitt limitat, jipprovdu appoġġ finanzjarju flessibbli għall-proġetti tal-akkomodazzjoni, u jħaddnu għodod diġitali biex itejbu s-soluzzjonijiet tal-akkomodazzjoni.

Fit-tul, il-politiki tal-akkomodazzjoni għandhom jadottaw approċċ strateġiku u sostenibbli, waqt li jenfasizzaw soluzzjonijiet lokali u monitoraġġ kontinwu. Id-diġitalizzazzjoni trid tiġi standardizzata permezz ta’ leġiżlazzjoni, bi prattiki tal-ekonomija ċirkolari bħas-self bankarju marbut maċ-ċirkolarità tal-bini, inċentivi għall-kiri bbażati fuq l-effiċjenza enerġetika, u inizjattivi ta’ finanzjament fil-livell lokali. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “akkomodazzjoni soċjali” għandu jespandi biex jinkludi familji b’introjtu medju, simili għall-mudell ta’ “akkomodazzjoni soċjetali” ta’ Vjenna, il-promozzjoni tat-taħlita soċjali u l-prevenzjoni tal-ġentrifikazzjoni. Huwa kruċjali wkoll li ssir enfasi kemm fuq il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjonijiet ġodda, kif ukoll li l-bini mhux użat jiġi adattat mill-ġdid biex jissodisfa b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni.

Ir-riċerka futura għandha tiffoka fuq approċċi inklużivi fl-ippjanar urban, il-kostruzzjoni u l-provvista tal-akkomodazzjoni biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għaċ-ċittadini kollha. Għandha tinvestiga wkoll l-impatt tat-teknoloġiji emerġenti, bħall-IA u l-awtomatizzazzjoni, fuq l-iffrankar tal-kostijiet u l-effiċjenza fl-iżvilupp u l-ġestjoni tal-akkomodazzjoni. Barra minn hekk, ir-riċerka għandha tesplora mudelli innovattivi ta’ akkomodazzjoni madwar l-Istati Membri tal-UE, waqt li tidentifika strateġiji li jistgħu jtejbu kemm l-affordabbiltà kif ukoll is-sostenibbiltà.

L-istudju ġie kkummissjonat mill-KESE fuq talba tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.

Inqas
Soon in the EESC/Cultural events

Il-Boxxla għall-Kompetittività tonqos milli tibbilanċja l-ħtiġijiet tan-negozji mad-drittijiet tal-ħaddiema

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU), l-organizzazzjoni ewlenija tat-trade unions tal-Ewropa li tirrappreżenta 45 miljun ħaddiem fil-livell Ewropew, irrifjutat li tapprova l-Boxxla għall-Kompetittività, il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-UE. Għall-KETU, il-Boxxla fil-forma preżenti tagħha mhijiex aċċettabbli. Tħadditna mas-Segretarju Ġenerali tal-KETU, Esther Lynch, dwar l-oġġezzjonijiet ewlenin tal-ħaddiema għall-Boxxla u d-destin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fost sejħiet ġodda għal deregolamentazzjoni drastika u enfasi aktar qawwija fuq il-kompetittività.

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU), l-organizzazzjoni ewlenija tat-trade unions tal-Ewropa li tirrappreżenta 45 miljun ħaddiem fil-livell Ewropew, irrifjutat li tapprova l-Boxxla għall-Kompetittività, il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-UE. Għall-KETU, il-Boxxla fil-forma preżenti tagħha mhijiex aċċettabbli. Tħadditna mas-Segretarju Ġenerali tal-KETU, Esther Lynch, dwar l-oġġezzjonijiet ewl...Aktar

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU), l-organizzazzjoni ewlenija tat-trade unions tal-Ewropa li tirrappreżenta 45 miljun ħaddiem fil-livell Ewropew, irrifjutat li tapprova l-Boxxla għall-Kompetittività, il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-UE. Għall-KETU, il-Boxxla fil-forma preżenti tagħha mhijiex aċċettabbli. Tħadditna mas-Segretarju Ġenerali tal-KETU, Esther Lynch, dwar l-oġġezzjonijiet ewlenin tal-ħaddiema għall-Boxxla u d-destin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fost sejħiet ġodda għal deregolamentazzjoni drastika u enfasi aktar qawwija fuq il-kompetittività.

It-trade unions tal-UE diġà esprimew in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom bl-aħħar pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex terġa’ tagħti l-ħajja lill-ekonomija tal-UE.
Fil-fehma tiegħek, fejn jinsab it-tort ewlieni fir-rigward tal-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni? Liema proposti fil-pjan tqis bħala senjalazzjonijiet ta’ allarm partikolari?

Il-problema ewlenija bil-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni Ewropea hija li tagħti prijorità lid-deregolamentazzjoni fuq l-investimenti meħtieġa biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, biex tiġi żviluppata politika industrijali Ewropea b’saħħitha u biex jiġu żgurati servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja. Bl-istess mod, waqt li l-Boxxla tirrikonoxxi l-importanza ta’ impjiegi ta’ kwalità għal ekonomija kompetittiva, minflok ma tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa biex issaħħaħ id-drittijiet, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tippromovi n-negozjar kollettiv, hija timmina din il-prijorità billi tippromovi d-deregolamentazzjoni, li tista’ twassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol ifqar u nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi.

Waħda mill-aktar proposti ta’ tħassib hija l-introduzzjoni tat-28 reġim ta’ kumpaniji, li jippermetti lill-kumpaniji joperaw barra mil-liġijiet nazzjonali tax-xogħol. Dan jista’ jimmina serjament il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi madwar l-Ewropa, u joħloq ġirja lejn l-aktar livell baxx f’termini ta’ drittijiet u protezzjonijiet tal-ħaddiema.

Bl-istess mod, projbizzjoni fuq ir-“regolamentazzjoni żejda” – il-kapaċità tal-gvernijiet li jilleġiżlaw lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti mid-Direttivi tal-UE – hija problematika ħafna. L-idea wara d-Direttivi tal-UE, b’distinzjoni mir-Regolamenti tal-UE, hija li jistabbilixxu standards minimi għall-pajjiżi kollha. Il-fatt li dawn isiru l-limitu massimu ta’ dak li huwa possibbli mhux biss idgħajjef din l-idea, iżda jkun ta’ detriment kbir għall-persuni li jaħdmu u jfisser il-qerda ta’ progress li nkiseb wara ħafna sforzi fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew paga ġusta biex insemmu xi eżempji.

Barra minn hekk, is-sejħa tal-Boxxla għal riformi tal-pensjonijiet abbażi ta’ ħajja tax-xogħol itwal hija problematika, peress li tpoġġi piż żejjed fuq il-ħaddiema mingħajr ma tindirizza l-ħtieġa għal sistemi tal-pensjonijiet sostenibbli u ġusti.

Barra minn hekk, il-Boxxla hija żbilanċjata ħafna biex tkun ta’ benefiċċju għan-negozji, b’bosta wegħdiet li saru lill-gruppi tan-negozju iżda l-ebda impenn konkret għal leġiżlazzjoni li tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema. Dan jinkludi nuqqas ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-investimenti pubbliċi jintużaw biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità aktar milli sempliċiment jiżdiedu l-profitti korporattivi.

Fil-qosor, il-Boxxla għall-Kompetittività tonqos milli tibbilanċja l-ħtiġijiet tan-negozji mad-drittijiet u l-benesseri tal-ħaddiema, u b’hekk hija proposta inaċċettabbli fil-forma attwali tagħha.

Taħseb li l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali issa tista’ tkun mhedda?

Fuq il-karta, il-Kummissjoni reġgħet impenjat ruħha għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2025 li ġie ppubblikat dan l-aħħar. Madankollu, fil-prattika, l-istess programm ta’ ħidma huwa l-ewwel wieħed li ma jinkludi l-ebda inizjattiva leġiżlattiva soċjali mill-2019 ’l hawn.

B’kuntrast ma’ dan, il-Kummissjoni pproponiet tmien biċċiet ta’ leġiżlazzjoni ta’ “simplifikazzjoni” matul is-sena d-dieħla. Ħadd ma jieħu gost jitgħabba żżejjed mill-amministrazzjoni u t-trade unions qed jipproponu b’mod attiv soluzzjonijiet għal dan l-għan, pereżempju regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Madankollu, huwa evidenti li l-problemi li qed tiffaċċja l-Ewropa mhux se jiġu solvuti permezz tas-simplifikazzjoni.

L-akbar theddida għall-implimentazzjoni tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali hija l-mewġa ta’ sensji tal-massa mħabbra madwar l-Ewropa. Dan se jipperikola l-pagi u s-sigurtà tal-impjiegi, iżda wkoll il-pensjonijiet, il-protezzjoni soċjali u ħafna mill-prinċipji l-oħra tal-Pilastru.

Huwa meħtieġ li jiġu żgurati investimenti biex jiġu protetti u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, inkluż strument SURE 2.0 u mekkaniżmu ta’ investiment b’saħħtu tal-UE, kif ukoll li jiġu introdotti l-inizjattivi leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu ggarantiti impjiegi ta’ kwalità.

Jekk mhux billi jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji, liema hi t-triq it-tajba għall-UE biex ittejjeb ir-rilevanza tagħha fil-kuntest ekonomiku globali attwali?

Il-kundizzjonijiet li wasslu għal dawn is-sensji kienu xprunati minn nuqqas ta’ investiment. Dan jgħodd kemm għall-privat kif ukoll għall-investiment pubbliku.

Il-korporazzjonijiet qed jidderieġu mill-ġdid l-investimenti lil hinn mill-paga tal-ħaddiema u r-riċerka u l-iżvilupp tant meħtieġa u lejn ħlasijiet ta’ dividendi li ma jdumux u li jaqsmu x-xiri lura, u b’hekk ixekklu l-avvanz tal-iżviluppi ekoloġiċi u teknoloġiċi hawnhekk fl-Ewropa.

Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-Istati Uniti u ċ-Ċina bdew mewġiet kbar ta’ investiment pubbliku. Sadanittant, l-UE kienet impenjata li tadotta regoli ġodda li jġiegħlu lill-Istati Membri tagħha jnaqqsu l-awsterità.

L-UE trid tibdel id-direzzjoni b’mod urġenti. L-investimenti pubbliċi tal-massa – b’rekwiżiti soċjali biex jiġi żgurat li dawn l-investimenti jwasslu għal impjiegi ta’ kwalità – huma prekundizzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Esther Lynch, Segretarju Ġenerali tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU). Hija għandha esperjenza estensiva fit-trade unions fil-livell Irlandiż, Ewropew u internazzjonali u serviet kemm bħala Viċi Segretarju Ġenerali kif ukoll bħala Segretarju Konfederali fil-KETU. Fir-rwoli tagħha, hija mexxiet sforzi biex jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema u tat-trade unions, waqt li influwenzat direttivi ewlenin dwar pagi minimi adegwati, kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, u żvelar ta’ informazzjoni protetta. Hija mexxiet ukoll kampanji għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u paga ġusta. Il-ħidma tagħha żgurat 15-il limitu ta’ esponiment legalment vinkolanti għall-karċinoġeni u l-ftehimiet tal-imsieħba soċjali dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sustanzi riprotossiċi. Femminista tul ħajjitha, Esther hija favur it-tmiem tas-sottovalutazzjoni tax-xogħol li jsir b’mod predominanti min-nisa.

Il-KETU tirrappreżenta 45 miljun membru minn 94 organizzazzjoni tat-trade unions fi 42 pajjiż Ewropew, flimkien ma’ 10 Federazzjonijiet Ewropej tat-Trade Unions.

Inqas

Id-deregolamentazzjoni mħabbra hija pass fid-direzzjoni t-tajba

Minn Kinga Grafa

In-negozji fl-Ewropa għadhom qed jiffaċċjaw burokrazija żejda, frammentazzjoni regolatorja u spejjeż li qed jiżdiedu. Din ir-regolamentazzjoni żejda żżomm lura t-tkabbir tagħhom u ma tħallihomx iżommu l-pass mal-kompetituri minn partijiet oħra tad-dinja. L-Ewropa ma tistax tibqa’ tagħqad fl-istess post – l-intraprendituri jeħtieġu bidla reali, mhux aktar analiżi tal-istess ostakli li ilna nafu dwarhom snin sħaħ. Dan huwa mument ewlieni biex nimxu mill-kliem għall-azzjoni, tikteb lil Kinga Grafa tal-konfederazzjoni tan-negozju Pollakka Lewiatan.

Minn Kinga Grafa

In-negozji fl-Ewropa għadhom qed jiffaċċjaw burokrazija żejda, frammentazzjoni regolatorja u spejjeż li qed jiżdiedu. Din ir-regolamentazzjoni żejda żżomm lura t-tkabbir tagħhom u ma tħallihomx iżommu l-pass mal-kompetituri minn partijiet oħra tad-dinja. L-Ewropa ma tistax tibqa’ tagħqad fl-istess post – l-intraprendituri jeħtieġu bidla reali, mhux aktar analiżi tal-istess ostakli li ilna nafu dwarhom snin sħaħ. Dan huwa mument ewlie...Aktar

Minn Kinga Grafa

In-negozji fl-Ewropa għadhom qed jiffaċċjaw burokrazija żejda, frammentazzjoni regolatorja u spejjeż li qed jiżdiedu. Din ir-regolamentazzjoni żejda żżomm lura t-tkabbir tagħhom u ma tħallihomx iżommu l-pass mal-kompetituri minn partijiet oħra tad-dinja. L-Ewropa ma tistax tibqa’ tagħqad fl-istess post – l-intraprendituri jeħtieġu bidla reali, mhux aktar analiżi tal-istess ostakli li ilna nafu dwarhom snin sħaħ. Dan huwa mument ewlieni biex nimxu mill-kliem għall-azzjoni, tikteb lil Kinga Grafa tal-konfederazzjoni tan-negozju Pollakka Lewiatan.

Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar żvelat il-Boxxla għall-Kompetittività, pjan direzzjonali għall-ħames snin li ġejjin li jfittex li jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tal-UE u jappoġġja n-negozji Ewropej. Il-perkors ta’ azzjoni mressaq mill-Kummissjoni huwa dak it-tajjeb. In-negozji ilhom jitolbu bidliet bħal dawn, li jagħmlu l-“kompetittività” u s-“suq uniku” l-ogħla prijoritajiet tagħhom. Iżda jekk l-UE trid tkun kompetitur globali, trid taġixxi issa. B’ekonomija b’saħħitha bħala bażi, jeħtieġ li b’mod urġenti nissemplifikaw ir-regolamentazzjoni, innaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija u niżguraw appoġġ effettiv għall-investiment u l-innovazzjoni. Quddiem ambjent ġeopolitiku volatili, neħtieġu wkoll li jiġu ffinalizzati ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ msieħba ewlenin, bħal dawk li jkopru l-aċċess għal materja prima kritika.

Illum, in-negozji fl-Ewropa għadhom qed jiffaċċjaw burokrazija żejda, frammentazzjoni regolatorja u spejjeż li qed jiżdiedu. Il-kompetituri minn partijiet oħra tad-dinja qed jikbru b’rata aktar mgħaġġla, waqt li r-regolamentazzjoni żejda żżomm lura t-tkabbir tan-negozji Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq riformi speċifiċi li ġenwinament itejbu l-ambjent tan-negozju tal-UE. Il-Boxxla għall-Kompetittività tindirizza l-ostakli ewlenin għat-tkabbir u l-produttività fl-UE, bħall-ispejjeż għoljin tal-enerġija, ir-regolamentazzjoni żejda u n-nuqqas ta’ ħiliet u ħaddiema. Din hija l-azzjoni t-tajba, iżda l-aktar ħaġa importanti hija li din tiġi implimentata fil-prattika. Dan ifisser proposti leġiżlattivi u pjani ta’ azzjoni li jippromovu l-kompetittività u li ma jaġixxux bħala xkiel għaliha.

Is-suq uniku huwa wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-integrazzjoni Ewropea, iżda l-potenzjal tiegħu jrid jiġi sfruttat bis-sħiħ. Mhuwiex aċċettabbli li l-ostakli fis-suq uniku, identifikati 20 sena ilu, jibqgħu fis-seħħ. Il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE għandha l-opportunità li tbiddel dan, bil-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħala prijorità ewlenija. Dan huwa vitali mhux biss għas-settur tat-trasport, iżda wkoll għall-grupp dejjem jikber ta’ kumpaniji li joffru servizzi professjonali. Sfortunatament, ir-rapporti ta’ Letta u Draghi ma jagħtux biżżejjed attenzjoni lil din il-kwistjoni. Letta ffoka biss fuq il-kostruzzjoni u l-bejgħ bl-imnut, filwaqt li Draghi ma qiesx l-istimi tal-Kummissjoni għall-passi addizzjonali li setgħu jisfruttaw il-potenzjal tas-suq tas-servizzi. B’mod pożittiv, ir-rapport ta’ Niinistö enfasizza r-rwol tas-servizzi fil-bini tar-reżiljenza u s-sigurtà. Ħadd ma jeħtieġ li jiġi konvint kemm dan huwa importanti fix-xenarju ġeopolitiku attwali. Huwa fuq dan l-isfond li l-Kummissjoni qed tipproponi “t-28 reġim” – sett uniku ta’ regoli li jkopru t-tassazzjoni, il-liġi tax-xogħol u l-liġi korporattiva. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tissemplifika l-attivitajiet transfruntiera, speċjalment għall-SMEs, iżda ma nafux biżżejjed dwar il-proposta f’dan l-istadju biex inkunu nistgħu nivvalutawha.

It-tħabbir dwar id-deregolamentazzjoni u l-leġiżlazzjoni semplifikata huwa b’mod ċar pass fid-direzzjoni t-tajba. Issa, madankollu, wasal iż-żmien li l-proposti jiġu implimentati fil-prattika, u dan għandu jkun dwar aktar minn sempliċi tnaqqis tal-piż tar-rappurtar. Nittamaw li l-Kummissjoni twettaq “awditu” bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE li jissarraf fi proposti speċifiċi biex jittejjeb malajr l-ambjent regolatorju tal-UE.

Nistennew bil-ħerqa l-Forum tas-Suq Uniku fi Kraków u nistennew il-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni pubblika li tinvolvi lill-membri ta’ Lewiatan. L-għan se jkun li titħejja l-istrateġija tas-suq uniku li jmiss.

Dan huwa mument ewlieni, fejn nimxu mill-kliem għall-azzjoni u nimplimentaw soluzzjonijiet li verament jisfruttaw l-iżvilupp tan-negozju Ewropew. Id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-imsieħba soċjali se jkun essenzjali biex ikun hemm soluzzjonijiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet reali tan-negozji. Sakemm ma niħdux deċiżjonijiet kuraġġużi, se nitilfu ħin siewi u nibqgħu lura meta mqabbla mal-kompetizzjoni globali.

Kinga Grafa hija Viċi Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej fil- Konfederazzjoni Lewiatan u Delegat Permanenti għal BusinessEurope. L-edukazzjoni tagħha kienet fix-xjenzja politika u l-ġurnaliżmu, u kisbet l-esperjenza tagħha fir-rigward tal-funzjonament tal-UE hi u taħdem fl-Uffiċċju tal-Kumitat għall-Integrazzjoni Ewropea (2008-2009) u l-Parlament Ewropew (2009-2014). Hija wkoll koawtriċi ta’ ktieb dwar l-aristokrazija Pollakka u l-awtriċi ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi dwar il-politika barranija Amerikana, l-elit Amerikan u d-diplomazija kulturali.

Inqas

“Future 500”: nespandu n-negozji Ewropej għal suċċess globali

“Wasal iż-żmien li nieħdu pass konkret ’il quddiem mir-Rapport ta’ Draghi qabel ma jisparixxi fil-kurituri tal-politika. Neħtieġu strateġisti u dawk li jfasslu l-politika li huma tajbin u kapaċi jmorru lil hinn minn dan ir-Rapport biex jiżviluppaw strateġiji għall-politika industrijali tal-UE”, jgħid l-intraprenditur u x-xjenzjat Kroat Stjepan Orešković.  Flimkien ma’ Jörn Fleck, direttur għoli fl-istitut tal-grupp ta’ riflessjoni trans-Atlantiku tal-Kunsill tal-Atlantiku, huwa ppreżenta l-inizjattiva ambizzjuża “Future 500” waqt il-konferenza internazzjonali pubblika “Conclave II” fi Brussell. Parti mill-pjattaforma usa’ SEEUS Futures tal-Kunsill tal-Atlantiku, l-inizjattiva “Future 500” għandha l-għan li tidentifika u tappoġġja 500 kumpanija Ewropea lesti għal tkabbir sostanzjali u impatt globali. L-għan huwa li l-intraprendituri l-ġodda tal-Ewropa jiġu appoġġjati biex jikkompetu globalment, u fl-istess ħin tissaħħaħ il-preżenza tal-Ewropa fix-xena ekonomika internazzjonali. Stjepan Orešković qalilna aktar dwar il-proġett.

“Wasal iż-żmien li nieħdu pass konkret ’il quddiem mir-Rapport ta’ Draghi qabel ma jisparixxi fil-kurituri tal-politika. Neħtieġu strateġisti u dawk li jfasslu l-politika li huma tajbin u li kapaċi jmorru lil hinn minn dan ir-Rapport biex jiżviluppaw strateġiji għall-politika industrijali tal-UE” jgħid l-intraprenditur u x-xjenzjat Kroat Stjepan Orešković.  Flimkien ma’ Jörn Fleck, direttur għoli fl-istitut tal-grupp ta’ riflessjoni...Aktar

“Wasal iż-żmien li nieħdu pass konkret ’il quddiem mir-Rapport ta’ Draghi qabel ma jisparixxi fil-kurituri tal-politika. Neħtieġu strateġisti u dawk li jfasslu l-politika li huma tajbin u li kapaċi jmorru lil hinn minn dan ir-Rapport biex jiżviluppaw strateġiji għall-politika industrijali tal-UE” jgħid l-intraprenditur u x-xjenzjat Kroat Stjepan Orešković.  Flimkien ma’ Jörn Fleck, direttur għoli fl-istitut tal-grupp ta’ riflessjoni trans-Atlantiku tal-Kunsill tal-Atlantiku, huwa ppreżenta l-inizjattiva ambizzjuża “Future 500” waqt il-konferenza internazzjonali pubblika “Conclave II” fi Brussell. Parti mill-pjattaforma usa’ SEEUS Futures tal-Kunsill tal-Atlantiku, l-inzijattiva “Future 500” għandha l-għan li tidentifika u tappoġġja 500 kumpanija Ewropea lesti għal tkabbir sostanzjali u impatt globali. L-għan huwa li l-intraprendituri l-ġodda tal-Ewropa jiġu appoġġjati biex jikkompetu globalment, u fl-istess ħin tissaħħaħ il-preżenza tal-Ewropa fix-xena ekonomika internazzjonali. Stjepan Orešković qalilna aktar dwar il-proġett.

Tista’ tippreżenta fil-qosor l-idea ewlenija tal-proġett “Future 500”?

Abbażi tal-għarfien minn rapporti importanti dwar il-futur tal-Ewropa – imħejjija minn Draghi, Letta u Heitor – u analizzata permezz tal-lenti doppja ta’ xjenzati u intraprendituri, l-inizjattiva tqajjem diversi mistoqsijiet kritiċi: Min ser jimplimenta dawn il-pjani ta’ kompetittività, u l-Kumpass tal-Kompetittività li għadu kif ġie ppubblikat? X’mekkaniżmi ser jintużaw? Xi spejjeż ser jiġġarrbu? U x’redditi jistgħu jkunu mistennija meta mqabbla ma’ dawk ta’ kumpaniji Amerikani ġodda b’rata għolja ta’ tkabbir? Il-proġett “Future 500” huwa pedament tal-pjattaforma SEEUS, li tirrappreżenta lill-Istati Uniti, l-UE u x-Xlokk tal-Ewropa, u għandu l-għan li jagħti spinta lill-viżibbiltà u l-kooperazzjoni fost dawn ir-reġjuni. Huwa mfassal b’mod strateġiku biex jindirizza l-ħtieġa urġenti tal-Ewropa li trawwem ambjent dinamiku li jittrasforma lill-kumpaniji lokali f’mexxejja fix-xena globali. L-inizjattiva tiffoka fuq l-għoti ta’ kapital ta’ riskju, gwida strateġika, u networking internazzjonali, u tisfrutta t-tagħlim ta’ esperti bħal Dani Rodrik mill-Università ta’ Harvard u Beata Jaworcik mill-BERŻ biex jiġu żviluppati politiki industrijali tas-seklu 21 li jsaħħu b’mod sinifikanti l-pożizzjoni kompetittiva tagħna.

Diġà għandek kandidati potenzjali għall-500 kumpanija li qed tippjana li tagħżel? X’inhuma r-rekwiżiti bażiċi li kumpanija trid tissodisfa biex tintgħażel?

Filwaqt li s’issa ma ntgħażlet l-ebda kumpanija speċifika, il-proġett “Future 500” ser jimmira lejn entitajiet b’potenzjal ta’ skalabbiltà u tkabbir rapidu. Il-proċess ser ikun miftuħ u kontinwu, u ser jipprijoritizza l-wegħda ekonomika, l-innovazzjoni, u l-importanza strateġika fis-setturi tagħhom. Ser infittxu wkoll li nistabbilixxu sħubijiet ma’ banek multilaterali tal-iżvilupp u investituri li diġà qed jappoġġjaw kumpaniji biex isiru forza kompetittiva. L-enfasi hija fuq kumpaniji li diġà juru perkors robust ta’ tkabbir, kapaċitajiet innovattivi, u l-ambizzjoni li jespandu globalment. Dan jiżgura li l-kumpaniji ma jkunux biss mexxejja tas-suq iżda wkoll pijunieri fit-teknoloġija u fil-mudelli kummerċjali. Ser nibnu fuq l-esperjenzi ta’ proġetti kbar bħal “Scale-Up Europe”, li jlaqqgħu flimkien fundaturi, investituri, eżekuttivi u xjenzati bil-missjoni li l-Ewropa ssir dar il-promoturi tat-teknoloġija. ‎Għall-pajjiżi kandidati tal-UE, dawn il-kumpaniji li potenzjalment jintgħażlu għandhom importanza kruċjali – dawn ser jinkorporaw il-prinċipji tal-ekonomija l-ġdida u jservu bħala mudelli għal ditti ambizzjużi u kompetittivi internazzjonalment li ma jiddependux l-aktar mill-finanzjament nazzjonali tal-kontribwenti.

Kemm inti ottimist dwar il-potenzjal tal-kompetittività globali tal-Ewropa?

Hemm ottimiżmu sinifikanti dwar il-kapaċità tal-Ewropa li ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva globali tagħha u titbiegħed mill-attitudnijiet prevalenti tal-awtokommiżerazzjoni. Ir-redditi totali tal-valur referenzjarju tal-istokk taż-żona tal-euro minn meta beda dan is-suq tiela’ (bull market) lejn l-aħħar tal-2022 kienu ogħla minn dawk ta’ S&P 500, jekk inħallu lil Nvidia barra. Is-sistemi soċjali u tas-saħħa Ewropej qed iżommu lin-nies b’saħħithom u attivi għal perjodi itwal bi spiża ħafna aktar baxxa, u għandhom impatt pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija tagħna fuq skala globali.

Qed nippruvaw nirrepetu l-kunċett ta’ Immanuel Kant ta’ “entużjażmu ġenwin” li kien semma fil-kuntest tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Mentalità bħal din tista’ tittrasforma l-isfidi f’forza motivazzjonali, li twassal għal determinazzjoni apparentement invinċibbli. Neħtieġu inqas eliti sinjuri u kompjaċenti u segwaċi wisq obbidjenti u mhux ambizzjużi, li ilhom il-favoriti għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Minflok, neħtieġu aktar “żgħażagħ għatxana” – individwi enerġetiċi u ambizzjużi lesti li jilqgħu l-isfidi.

L-inizjattiva “Future 500” għandha l-għan li tindirizza b’mod proattiv il-kwistjonijiet kroniċi indikati fir-rapporti dwar il-kompetittività, bħall-ħtieġa għal innovazzjoni intraprendenti u l-espansjoni tal-intrapriżi. Il-pożizzjoni globali tal-Ewropa ser tiddependi ħafna mill-kapaċità tagħha li tintegra teknoloġiji avvanzati, trawwem it-talent intraprenditorjali, u tirfina l-politiki industrijali biex tappoġġja t-tkabbir inklużiv. Billi tisfrutta l-forza tax-xogħol edukata sew, il-wirt innovattiv rikk, u s-setturi industrijali tradizzjonali u ġodda – u tindirizza kwistjonijiet bħall-frammentazzjoni regolatorja u l-iżbilanċ tas-suq – l-inizjattiva tistinka biex toħloq ambjent fertili għall-mexxejja tan-negozju u l-innovaturi.

Fil-qosor, l-inizjattiva “Future 500” timmarka pass importanti fl-ittestjar tax-xenarju ekonomiku tal-Ewropa, billi tippożizzjona l-kontinent bħala kompetitur globali billi tippromovi kumpaniji b’potenzjal għoli u ssaħħaħ l-ekosistema intraprenditorjali. Ma nistgħux nirbħu f’kompetizzjoni jekk ma nkunux nafu min huma l-kompetituri tagħna.

Dr Stjepan Orešković huwa xjenzat u intraprenditur. Huwa membru tal-Akkademja Ewropea tax-Xjenza u l-Arti u fundatur ta’ Bosqar Invest. Taħt it-tmexxija tal-familja tiegħu, Bosqar Invest żied il-forza tax-xogħol tiegħu minn 300 għal aktar minn 16 000 impjegat fi żmien ħames snin, u wera strateġija ta’ espansjoni formidabbli li tintegra x-xjenza, it-teknoloġija, l-investimenti minn fondi tal-pensjoni u fondi oħra, u kuraġġ intraprenditorjali – approċċ vitali rrakkomandat mir-rapport ta’ Draghi. Din l-enfasi strateġika x’aktarx influwenzat it-tnedija tal-proġett Future 500 mill-Kunsill Atlantiku li qed jitkellem dwaru.

Inqas

Il-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva tgħid le lil Omnibus: l-interessi korporattivi m’għandhomx jixprunaw il-politika tal-UE

Pakkett ta’ riformi leġiżlattivi dwar id-dmirijiet ta’ rappurtar korporattiv, magħruf bħala l-“Pakkett Omnibus”, dalwaqt se jiġi żvelat mill-Kummissjoni Ewropea.  Il-pakkett għandu l-għan li jissimplifika r-regolamenti dwar is-sostenibbiltà, u jagħmel l-obbligi ta’ rapportar aktar sempliċi għan-negozji. Minn mindu tħabbar f’Novembru, kien xokk madwar l-UE, u qanqal ħafna dibattitu u argumenti kontra minn diversi gruppi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivilli, it-trade unions, in-negozji, investituri, avukati u akkademiċi kollha qajmu tħassib dwar il-potenzjal tal-Pakkett Omnibus li jwassal għad-deregolamentazzjoni, u ħeġġew lill-Kummissjni tipproteġi, mhux iddgħajjef, dawk l-istrumenti.  Andriana Loredan tal-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva tispjega x’inhu involut u għaliex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħall-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva jopponu l-Pakkett Omnibus. 

Pakkett ta’ riformi leġiżlattivi dwar id-dmirijiet ta’ rappurtar korporattiv, magħruf bħala l-“Pakkett Omnibus”, dalwaqt se jiġi żvelat mill-Kummissjoni Ewropea.  Il-pakkett għandu l-għan li jissimplifika r-regolamenti dwar is-sostenibbiltà, u jagħmel l-obbligi ta’ rapportar aktar sempliċi għan-negozji. Minn mindu tħabbar f’Novembru, kien xokk madwar l-UE, u qanqal ħafna dibattitu u argumenti kontra minn diversi gruppi. ...Aktar

Pakkett ta’ riformi leġiżlattivi dwar id-dmirijiet ta’ rappurtar korporattiv, magħruf bħala l-“Pakkett Omnibus”, dalwaqt se jiġi żvelat mill-Kummissjoni Ewropea.  Il-pakkett għandu l-għan li jissimplifika r-regolamenti dwar is-sostenibbiltà, u jagħmel l-obbligi ta’ rapportar aktar sempliċi għan-negozji. Minn mindu tħabbar f’Novembru, kien xokk madwar l-UE, u qanqal ħafna dibattitu u argumenti kontra minn diversi gruppi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivilli, it-trade unions, in-negozji, investituri, avukati u akkademiċi kollha qajmu tħassib dwar il-potenzjal tal-Pakkett Omnibus li jwassal għad-deregolamentazzjoni, u ħeġġew lill-Kummissjni tipproteġi, mhux iddgħajjef, dawk l-istrumenti.  Andriana Loredan tal-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva tispjega x’inhu involut u għaliex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħall-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva jopponu l-Pakkett Omnibus.

Il-kompetittività tintuża bħala pretest għad-deregolamentazzjoni tar-regolamenti dwar is-sostenibbiltà li huma tant meħtieġa

Il-Pakkett Omnibus jiffoka fuq tliet strumenti ewlenin ta’ sostenibbiltà fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jiġifieri d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD), id-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (CSDDD) u r-Regolament dwar it-Tassonomija. Dan il-pakkett huwa riżultat dirett tal-bidla fid-direzzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida, li bdiet bir-rapport ta’ Mario Draghi dwar il-Futur tal-Kompetittività Ewropea f’Settembru 2024. Ir-rapport ta’ Draghi parzjalment jattribwixxi l-istaġnar tas-swieq tal-UE għal piżijiet regolatorji eċċessivi għan-negozji, waqt li b’mod konvenjenti jinjora fatturi ewlenin oħra, bħall-inflazzjoni taż-żejt, tal-gass u tal-ikel xprunata mill-ispekulazzjoni minn kumpaniji multinazzjonali. Skont ir-rapport ta’ Draghi, il-qafas tal-UE għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u d-diliġenza dovuta huwa sors ewlieni ta’ piż regolatorju. Mingħajr evidenza li torbot il-leġiżlazzjoni dwar is-sostenibbiltà man-nuqqas perċepit ta’ kompetittività tal-UE, din il-perspettiva dejqa saret pretest biex potenzjalment titneħħa għal kollox il-leġiżlazzjoni dwar is-sostenibbiltà.

B’dan il-Pakkett Omnibus partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha tissimplifika wħud mill-aktar strumenti kritiċi adottati reċentement biex jindirizzaw l-impatti tan-negozji l-kbar fuq in-nies u l-ambjent. Dan jinkludi s-CSDDD, li ġie adottat biss is-sena l-oħra u li għad irid jiġi implimentat.

Kwalunkwe diskussjoni dwar il-kontenut ta’ Omnibus għadha spekulattiva għalissa. Madankollu, wieħed mill-aktar riskji sinifikanti assoċjati ma’ Omnibus huwa l-ftuħ mill-ġdid leġiżlattiv tal-istrumenti ta’ sostenibbiltà, li jista’ jirriżulta fin-negozjar mill-ġdid ta’ dispożizzjonijiet ewlenin (bħar-responsabbiltà ċivili jew il-pjani ta’ tranżizzjoni klimatika skont is-CSDDD). Il-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva topponi bil-qawwa l-ftuħ mill-ġdid ta’ leġiżlazzjoni dwar is-sostenibbiltà maqbula preċedentement. Dan iżid l-inċertezza regolatorja, jipperikola r-rispett tan-negozji għad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent u jippenalizza lil dawk li jidħlu l-ewwel.

Influwenza kummerċjali sproporzjonata f’nofs proċess ta’ konsultazzjoni difettuż

It-tħabbira tal-Pakkett Omnibus u l-iżvilupp mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha twettqu b’nuqqas totali ta’ trasparenza u mingħajr ebda kunsiderazzjoni għal-liġi tat-trattati tal-UE jew għar-regoli proċedurali tal-Kummissjoni stess.

Il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta l-inizjattiva Omnibus tagħha fi żmien qasir ħafna, li ma jippermettix valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni pubblika adegwata. Dan l-approċċ huwa inkompatibbli mad-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, prinċipju demokratiku protett mil-liġi tat-trattati tal-UE. Dan jikkontradixxi wkoll il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni stess, li jirrikjedu konsultazzjoni wiesgħa u trasparenti mal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni.

Minflok, fi Frar 2025, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni fid-dehra biss, l-hekk imsejħa ‘verifika tar-realtà, ma’ grupp żgħir u selettiv ta’ partijiet ikkonċernati, primarjament kumpaniji kbar u assoċjazzjonijiet tan-negozju. Ħafna minn dawn il-kumpaniji bħalissa qed jiffaċċjaw azzjoni legali minħabba abbuż tad-drittijiet tal-bniedem jew ambjentali fl-operazzjonijiet jew fil-katina tal-valur tagħhom stess. Għalhekk, huma għandhom interess qawwi li jdgħajfu l-leġiżlazzjoni dwar is-sostenibbiltà, għad-detriment tal-ħaddiema, tal-komunitajiet lokali u tal-klima. Barra minn hekk, ir-rappreżentanza sproporzjonata tan-negozji l-kbar ikkuntrastat ħafna mas-sottorappreżentanza tas-soċjetà ċivili. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-trade unions u n-negozji ż-żgħar kienu rappreżentati b’mod simboliku biss, waqt li l-vittmi tal-abbuż korporattiv u n-negozji li jippromovu r-regolamenti dwar is-sostenibbiltà ġew kompletament esklużi mill-konverżazzjoni.

Pakkett Omnibus: theddida potenzjali għal politiki tal-klima ambizzjużi

Il-President Ursula von der Leyen u l-Kummissarju Valdis Dombrovskis, li jissorvelja l-isforz koll favur is-“simplifikazzjoni”, jidhru li qed jallinjaw mal-aġenda tal-akbar korporazzjonijiet u dawk l-aktar b’saħħithom. B’mod partikolari, l-imsieħba ewlenin tal-Kummissjoni matul l-hekk imsejħa verifika tar-realtà inkludew kumpaniji li l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tibdil fil-klima u li għandhom interess li jnaqqsu l-obbligi klimatiċi, bħal kumpaniji fis-setturi taż-żejt, tal-gass, tal-petrokimika, tal-karozzi u dawk finanzjarji. Minħabba l-kriżi klimatika attwali u l-impatti negattivi tagħha fuq in-nies u l-ambjent, dan iqajjem tħassib dwar jekk il-Pakkett Omnibus huwiex se jkun pass lura għall-politiki dwar il-klima.

Il-prijorità tal-Kummissjoni għandha tkun l-implimentazzjoni aktar milli d-deregolamentazzjoni

Jekk il-Kummissjoni hija verament imħassba dwar il-kompetittività u piż regolatorju mnaqqas, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja klimatika, għandha tikkunsidra kif timplimenta b’mod effettiv l-istrumenti ta’ sostenibbiltà. Dan jista’ jsir faċilment billi jiġu żviluppati linji gwida biex jassistu lill-kumpaniji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif speċifikat fis-CSDDD, kif ukoll billi jiġu żviluppati l-finanzjament u l-bini tal-kapaċitajiet. Dan l-approċċ jindirizza l-kritika tar-rapport ta’ Draghi dwar nuqqas ta’ gwida biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sostenibbiltà.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-kitba mill-ġdid b’mod sigriet ta’ regolamenti kruċjali dwar is-sostenibbiltà wara bibien magħluqa, b’xi wħud mill-akbar korporazzjonijiet tad-dinja, ċertament mhijiex it-triq lejn il-kisba ta’ kompetittività ġenwina. 

Andriana Loredan hija uffiċjal tal-politika fil-Koalizzjoni Ewropea għall-Ġustizzja Korporattiva u ilha involuta fil-promozzjoni tad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva minn mindu l-proposta ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-2022. Qabel kienet taħdem fuq is-suġġett tan-negozju u d-drittijiet tal-bniedem minn perspettiva ta’ xogħol furzat, mal-Anti-Slavery International. 

Inqas

Ma nipperikolawx għexieren ta’ snin ta’ kisbiet diffiċli ambjentali, soċjali u ekonomiċi

Jeħtieġ li l-UE tirreżisti t-tentazzjoni tad-deregolamentazzjoni, peress li din toħloq biss inċertezza għan-negozji, iddgħajjef il-kompetittività xprunata mis-sostenibbiltà, u tnaqqas il-benesseri u l-fiduċja taċ-ċittadini, jgħid Danny Jacobs, id-direttur ġenerali tan-network ambjentali ta’ Flanders  Bond Beter Leefmilieu - BBL. Huwa kkondivida magħna t-tħassib tal-NGOs ambjentali rigward l-aħħar proposta tal-UE biex jiġu ssemplifikati r-regolamenti, li qed jibżgħu li dawn jistgħu jwarrbu l-ambizzjonijiet ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Jeħtieġ li l-UE tirreżisti t-tentazzjoni tad-deregolamentazzjoni, peress li din toħloq biss inċertezza għan-negozji, iddgħajjef il-kompetittività xprunata mis-sostenibbiltà, u tnaqqas il-benesseri u l-fiduċja taċ-ċittadini, jgħid Danny Jacobs, id-direttur ġenerali tan-network ambjentali ta’ Flanders  Bond Beter Leefmilieu - BBL. Huwa kkondivida magħna t-tħassib tal-NGOs ambjentali rigward l-aħħar proposta tal-UE biex ...Aktar

Jeħtieġ li l-UE tirreżisti t-tentazzjoni tad-deregolamentazzjoni, peress li din toħloq biss inċertezza għan-negozji, iddgħajjef il-kompetittività xprunata mis-sostenibbiltà, u tnaqqas il-benesseri u l-fiduċja taċ-ċittadini, jgħid Danny Jacobs, id-direttur ġenerali tan-network ambjentali ta’ Flanders  Bond Beter Leefmilieu - BBL. Huwa kkondivida magħna t-tħassib tal-NGOs ambjentali rigward l-aħħar proposta tal-UE biex jiġu ssemplifikati r-regolamenti, li qed jibżgħu li dawn jistgħu jġennbu l-ambizzjonijiet ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Tista’ tikkummenta dwar l-aħħar inizjattivi tal-Kummissjoni dwar id-deregolamentazzjoni, bħall-Boxxla għall-Kompetittività jew il-pakkett Omnibus?

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat aġenda mmexxija ekonomikament ta’ deregolamentazzjoni u semplifikazzjoni, li qed thedded li tipperikola l-kisbiet diffiċli ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Din it-tensjoni bejn l-adattament u l-preservazzjoni tal-acquis Ewropew tagħmilha diffiċli għall-UE biex tmexxi f’direzzjoni ċara.

Il-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni, ippreżentata lejn l-aħħar ta’ Jannar, ittenni t-tħassib korporattiv dwar il-kostijiet tal-enerġija u l-isfidi ekonomiċi, iżda twarrab prijoritajiet ewlenin bħat-tniġġis żero u l-benesseri taċ-ċittadini, u tonqos milli tiggwida l-ekonomija tal-Ewropa lejn futur nadif, prosperu u ċirkolari. Hemm ir-riskju li l-Boxxla se tmexxi ’l-Ewropa fid-direzzjoni l-ħażina. Il-promozzjoni tad-dekarbonizzazzjoni kompetittiva mingħajr l-integrazzjoni tal-objettivi soċjali u ambjentali timmina l-iskop proprju tal-istituzzjonijiet tal-UE: li jaqdu u jiddefendu l-ġid komuni.

Dak li qed jinkwieta lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa l-mira riskjuża ta’ semplifikazzjoni ta’ 25 % fi ħdan il-Boxxla. Filwaqt li s-semplifikazzjoni tar-regolamenti hija milqugħa tajjeb, is-semplifikazzjoni mingħajr valutazzjonijiet bir-reqqa tista’ timmina l-protezzjonijiet kritiċi tas-saħħa, soċjali u ambjentali. Mhijiex ir-regolamentazzjoni li xxekkel l-innovazzjoni tan-negozju, iżda pjuttost in-nuqqas ta’ regoli ċari. Deregolamentazzjoni ulterjuri toħloq biss klima ta’ inċertezza, li tippenalizza lil dawk li jieħdu l-ewwel pass – negozji minn ta’ quddiem fit-tmexxija – waqt li tikkomprometti l-progress u s-sostenibbiltà.

Nibżgħu wkoll li din l-ispinta għas-semplifikazzjoni se ssir għad-detriment tal-objettivi ambjentali u soċjali. Id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD), id-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, u t-tassonomija tal-UE għandhom ħafna nuqqasijiet u ma waslux sa fejn setgħu jaslu. Jekk dawn indgħajfuhom minn punt tat-tluq diġà baxx, dawn id-direttivi jsiru bla sens.

Eżempju konkret ieħor iwitti t-triq għal dak li qed jiġri bħalissa.  Flanders qed tiffaċċja problema enormi ta’ sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati f’dawn l-aħħar snin: parti kbira mit-territorju tagħna hija mniġġsa minn dawn is-sustanzi kimiċi, u mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini huma affettwati. Restrizzjoni jew projbizzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi (REACH) titqies bħala l-aktar għodda effettiva għall-kontroll tar-riskji maħluqa minn sustanzi, bħas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati, li jintużaw fil-proċessi industrijali kif ukoll fi prodotti (taħlitiet u oġġetti). Kieku l-Kummissjoni Ewropea kellha tabbanduna l-importanza tar-regolament strett tar-REACH, dan iżid ir-riskju ta’ esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi, li huwa ta’ ħsara għas-saħħa pubblika. Il-kumpaniji jkollhom inqas obbligi biex ifittxu alternattivi sikuri, li jimpedixxi l-innovazzjoni fil-kimika sostenibbli. It-tniġġis ambjentali jista’ jiżdied peress li regoli inqas stretti jwasslu għal skariki u skart aktar perikolużi. Il-konsumaturi huma aktar f’riskju minħabba li l-prodotti mhumiex iċċekkjati bir-reqqa għas-sustanzi tossiċi. Dan jista’ jwassal biex il-kumpaniji Ewropej jibqgħu lura fit-tranżizzjoni globali lejn prodotti aktar sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u b’hekk jitilfu s-sehem mis-suq għall-kompetituri li jħaddnu innovazzjonijiet li jibqgħu validi fil-futur.

X’tama għandek dwar id-destin tal-Patt Ekoloġiku fid-dawl tal-perkors li għadu kif tħabbar mill-Kummissjoni biex tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea?

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 jippreżenta kemm wegħda kif ukoll periklu. Filwaqt li l-impenji tagħha lejn id-dekarbonizzazzjoni u l-enerġija affordabbli jindikaw perkors potenzjali lejn Ewropa aktar nadifa u aktar reżiljenti, l-ambizzjonijiet ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jinsabu fil-periklu li jitwarrbu. Qed jiżdied it-tħassib dwar ir-Regolament Omnibus propost, li jista’ jservi bħala mod indirett għad-deregolamentazzjoni tar-responsabbiltà korporattiva bl-iskuża tas-“semplifikazzjoni”. Xejriet reċenti juru li s-semplifikazzjoni spiss wisq tintuża biex iddgħajjef is-salvagwardji essenzjali, mil-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi sal-agrikoltura. Ir-riforma mgħaġġla tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) f’Marzu 2024, li neħħiet is-salvagwardji ekoloġiċi, hija eżempju ċar ta’ dan. Issa, ir-reviżjoni tar-REACH li ilha mistennija, ladarba titfassal bħala għodda għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ambjent, tirriskja li tiġi ppakkettata mill-ġdid bħala miżura ta’ “semplifikazzjoni” biex jiġu ffaċilitati r-regoli tal-industrija.

Ftit xhur ilu biss, il-President von der Leyen wiegħdet li tibqa’ fit-triq lejn l-għanijiet kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Madankollu, il-Programm ta’ Ħidma attwali jirrakkonta storja differenti, li tneħħi l-prijorità tal-għanijiet stess fejn l-azzjoni hija l-aktar urġenti – b’mod partikolari l-ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero.

Tara li d-deregolamentazzjoni, kif proposta, jista’ jkollha impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà u l-progress miksub s’issa?

Jeħtieġ li l-UE tirreżisti t-tentazzjoni tad-deregolamentazzjoni, li ddgħajjef biss iċ-ċertezza regolatorja u l-prevedibbiltà għan-negozji, iddgħajjef il-kompetittività fit-tul immexxija mis-sostenibbiltà, u tnaqqas il-benesseri u l-fiduċja taċ-ċittadini.

Jeħtieġ li l-UE tiżgura li t-tnaqqis tal-burokrazija ma jfissirx li jitnaqqsu l-protezzjonijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika. Implimentazzjoni intelliġenti għandha ssaħħaħ, u mhux iddgħajjef, il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Li jiddgħajfu l-protezzjonijiet ambjentali u soċjali ewlenin bil-pretest tat-tnaqqis tal-burokrazija mhijiex strateġija għas-saħħa ekonomika. Huwa pass lura imprudenti li se jissabotaġġa r-regoli stess li tfasslu biex l-ekonomija tagħna tibqa’ valida fil-futur. Dan kollu jsaħħaħ ir-riskju allarmanti li jixxejnu għaxar snin ta’ progress dwar is-sostenibbiltà.

Fl-istess ħin, is-soċjetà ċivili tinsab taħt pressjoni dejjem akbar madwar l-UE, b’liġijiet restrittivi dwar l-aġenti barranin, repressjonijiet ta’ protesta, u tnaqqis fil-finanzjament li jhedded id-drittijiet fundamentali. It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija u l-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili li jmiss iridu jwettqu aktar minn sempliċi impenji simboliċi – iridu jipprovdu protezzjonijiet legali, finanzjament sostenibbli, u djalogu ċivili strutturat mal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għandu jagħti prijorità lis-salvagwardja tad-demokrazija billi jsaħħaħ is-soċjetà ċivili. Mingħajr soċjetà ċivili indipendenti u b’riżorsi tajbin, id-demokrazija Ewropea nnifisha tinsab f’riskju.

Danny Jacobs huwa d-direttur ġenerali ta’ Bond Beter Leefmilieu - BBL (federazzjoni ta’ 135 NGO ambjentali fi Flanders, il-Belġju) u rappreżentant Belġjan fl- Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (l-akbar network ta’ organizzazzjonijiet taċ-ċittadini ambjentali fl-Ewropa, li jirrappreżenta madwar 30 miljun membru u sostenitur individwali).

Inqas
Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Laura Lui (ll)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Christian Weger (cw)
Daniela Vincenti (dv)
Dimitra Panagiotou (dm)
Erika Paulinova (ep)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Laura Lui (ll)
Leonard Mallet (lm)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Millie Tsoumani (mt)
Pablo Ribera Paya (prp)
Samantha Falciatori (sf)
Parminder Shah (sp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

 

 

Indirizz

European Economic and Social Committee
Jacques Delors Building,
99 Rue Belliard,
B-1040 Brussels, Belgium
Tel. (+32 2) 546.94.76
Email: eescinfo@eesc.europa.eu

EESC info is published nine times a year during EESC plenary sessions. EESC info is available in 24 languages
EESC info is not an official record of the EESC’s proceedings; for this, please refer to the Official Journal of the European Union or to the Committee’s other publications.
Reproduction permitted if EESC info is mentioned as the source and a link  is sent to the editor.
 

February 2025
02/2025

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram