STUDENTI MILL-ISKOLA SEKONDARJA TAL-KULLEĠĠ TA’ GĦAWDEX SE JIRRAPPREŻENTAW LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ MALTIN BIEX JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA
Is-Sur Charles Vella, membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, nhar it-3 ta’ Marzu, se jżur l-istudenti mill-iskola sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, li tinsab fir-Rabat, Għawdex, biex iħejjihom għal “L-Ewropa Tiegħek, il-Lehen Tieghek". “L-Ewropa Tiegħek, il-Lehen tieghek” hija assemblea Ewropea taż-Żgħażagħ li tiġbor flimkien 33 skola mill-pajjiżi tal-UE u dawk kandidati sabiex jiddibattu dwar il-futur tal-Ewropa, u ser issir fil-KESE fi Brussell fit-30-31 ta’ Marzu 2017.