Sezzjonijiet u korpi oħrajn

Il-KESE għandu sitt sezzjonijiet li jispeċjalizzaw f’temi speċifiċi ta’ rilevanza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, li jvarjaw mill-affarijiet ekonomiċi u soċjali sal-enerġija, l-ambjent, ir-relazzjonijiet esterni u s-suq intern. Il-membri jipparteċipaw f’sezzjoni waħda jew aktar skont il-qasam tal-għarfien speċjalizzat tagħhom u huwa hawnhekk li ssir ħafna mill-ħidma ta’ bażi dwar l-Opinjonijiet. Il-KESE għandu wkoll Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), li tgħin lill-industrija tal-UE tantiċipa u tadatta ruħha għall-impatt tal-globalizzazzjoni.

Is-sezzjonijiet/kummissjonijiet tal-KESE huma:

Il-KESE waqqaf ukoll tliet osservatorji speċjalizzati – dwar it-tranżizzjoni diġitali u s-suq uniku (DSMO,  is-suq tax-xogħol (LMO) u dwar l-iżvilupp sostenibbli (SDO) – u anke l-Grupp Ad Hoc dwar is-Semestru Ewropew  u l-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt.

Twaqqaf Grupp ta’ Kuntatt biex jinteraġixxi mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-networks Ewropej u biex jissorvelja inizjattivi konġunti.