You are here

Relazzjonijiet Esterni

Tkabbir / il-pajjiżi ġirien tal-UE

Il-KESE jaqdi rwol kruċjali fin-netwerk ta’ rabtiet bejn is-soċjetà ċivili fl-UE u l-imsieħba tagħha fil-pajjiżi kandidati kif ukoll bejn il-pajjiżi ġirien. Aħna nappoġġjaw il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir u fl-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Mediterran.

Flimkien mal-imsieħba tagħna mill-Iżvizzera, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein, aħna niżguraw monitoraġġ regolari tal-funzjonament tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

L-azzjoni esterna tagħna fl-Ewropa u fil-Baċir tal-Mediterran tinqasam f’erba’ oqsma ewlenin:

Il-bqija tad-dinja

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerika Latina, l-Asja u l-pajjiżi tal-AKP (l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku) issaħħew matul is-snin. Dawn ikopru diversi oqsma bħad-djalogu politiku, il-kummerċ, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u r-riċerka.

Aħna nirrappreżentaw is-soċjetà ċivili organizzata fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk aħna involuti b’mod attiv – permezz tas-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni (REX) – fit-trawwim ta’ rabtiet ekonomiċi, politiċi u soċjali ma’ dawn it-tliet reġjuni.