You are here

Kategorija tal-Konsumaturi u l-Ambjent

Il-Kategorija tal-Konsumaturi u l-Ambjent bħalissa hija magħmula minn 22 membru, ilkoll misluta mill-Grupp tal-Interessi Varji (Grupp III), u l-biċċa l-kbira tagħhom jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tal-ambjent jew huma esperti f’dawn l-oqsma.

L-għan prinċipali tal-kategorija huwa li tiddiskuti dokumenti proposti mill-Kummissjoni Ewropea u tiżgura li d-drittijiet tal-konsumaturi u l-ħarsien tal-ambjent jiġu kkunsidrati fl-aspetti kollha ta’ ħidmet il-KESE. Hija forum għall-parteċipanti biex jiddiskutu l-politiki implimentati f’pajjiżhom.

Il-kategorija ħatret żewġ kelliema, il-membru Spanjol Bernardo Hernández Bataller, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Utenti tal-Komunikazzjoni, għall-parti tal- “Konsumaturi” u l-membru Irlandiż Cillian Lohan, Kap Eżekuttiv tal-Green Economy Foundation, għall-parti tal-“Ambjent”, it-tnejn li huma membri tal-Grupp III.

Is-segretarjat tal-kategorija huwa pprovdut mill-Grupp ta’ Interessi Varji. Il-kategorija rawmet kooperazzjoni partikolarment mill-qrib mal-Kategorija tal-Bdiewa.

Downloads

Bernardo HERNANDEZ BATALLER

Article 54 Internal Rules