You are here

Grupp ta’ Min Iħaddem (Grupp I)

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem (Grupp I) ilaqqa’ flimkien l-intraprendituri u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tal-intraprendituri li jaħdmu fl-industrija, il-kummerċ, is-servizzi u l-agrikoltura fl-Istati Membri tal-UE. Il-membri tagħna huma attivi fid-dinja tan-negozju u f’kuntatt mar-realtajiet ta’ kuljum. Huma ġenwinament jimpenjaw ruħhom li jagħmlu użu siewi mill-esperjenza tagħhom biex iġibu ’l quddiem il-proġett Ewropew.

Aħna nippromovu l-integrazzjoni Ewropea billi nappoġġjaw l-iżvilupp tan-negozji tagħna, li għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ soċjetà prospera u fil-ħolqien tal-impjiegi.

F’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi ekonomiċi, il-KESE huwa l-unika istituzzjoni Ewropea li tlaqqa’ flimkien lill-intraprendituri u persuni involuti b’mod sħiħ fil-ħajja ekonomika u soċjali ta’ pajjiżhom. Aħna nwasslu l-vuċi tan-negozju fil-livell Ewropew.

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem għandu 117-il membru. Aħna naħdmu mill-qrib mal-ħames organizzazzjonijiet ewlenin tan-negozju fl-Ewropa – BusinessEurope, CEEP, Eurochambres, EuroCommerce u UEAPME. Fil-fatt, ħafna mill-membri tagħna huma msieħba wkoll f’dawn l-organizzazzjonijiet.

Downloads

The Employers’ Group Political Priorities 2016-2018 What business believes in!