Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni (TEN)

Għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej u l-funzjonament tal-mobilità tas-suq uniku, in-networks trans-Ewropej, l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, l-enerġija u s-servizzi ta’ interess ġenerali huma essenzjali lkoll. Is-Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni (TEN) tkopri dawn il-kwistjonijiet kollha.

L-Opinjonijiet huma r-riżultat ta’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll ma’ dawk l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili li huma kkonċernati minn dawn il-kwistjonijiet.

Is-Sezzjoni TEN taġixxi permezz ta’:

  • Opinjonijiet: abbażi ta’ analiżijiet fil-fond u proċess ta’ bini ta’ kunsens, il-KESE qed jgħin biex il-politiki tal-Ewropa jkunu aktar konformi mal-aspettattivi tas-soċjetà ċivili Ewropea;
  • rapporti dwar proġetti;
  • studji;
  • kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropea;
  • organizzazzjoni ta’ avvenimenti dwar suġġetti relatati: seduti pubbliċi, konferenzi u laqgħat li jinvolvu esperti, dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali; u
  • kull darba li l-membri tas-Sezzjoni TEN jieħdu sehem b’mod attiv f’avvenimenti ewlenin organizzati minn organizzazzjonijiet esterni.

Is-Sezzjoni TEN għandha wkoll Grupp ta’ Studju Tematiku dwar l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali biex jissorvelja l-iżviluppi u jikkontribwixxi għad-dibattitu f’dawn l-oqsma ta’ politika fil-livell Ewropew.

Downloads

TEN Work Program 2024
TEN section - End of mandate 20-23 report