Grupp Ad Hoc dwar l-Ugwaljanza

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Ugwaljanza (“Grupp dwar l-Ugwaljanza”) ġie stabbilit formalment fl-2020 biex jippromovi kultura trasversali ta’ ugwaljanza fi ħdan il-KESE, inklużi l-aspetti kollha ta’ dan il-prinċipju, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Ugwaljanza jissalvagwardja u javvanza l-ugwaljanza permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet:

  • it-tfassil ta’ proposti għal azzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bureau tal-KESE b’appoġġ għall-ugwaljanza;
  • reviżjoni annwali tal-eżitu tal-miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni implimentati mill-Kumitat;
  • l-iżgurar li l-prinċipji tal-ugwaljanza, inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni jiġu osservati u rispettati matul il-ħatra ta’ diversi karigi, bħal dik tal-President, tal-Viċi President u tal-membri tal-Bureau tal-KESE, kif ukoll tar-relaturi, tal-korelaturi u tal-membri tal-gruppi ta’ studju fi ħdan il-gruppi;
  • il-pubblikazzjoni ta’ data dwar attivitajiet li jsaħħu l-ugwaljanza;
  • l-iżgurar tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri b’rabta mal-politiki fil-Kumitat;
  • l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tematiċi ma’ kelliema distinti biex jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ inugwaljanza u jiġu skambjati l-aħjar prattiki biex jitrawmu l-ġustizzja, l-ugwaljanza u t-trasparenza.

Il-Grupp dwar l-Ugwaljanza huwa magħmul minn 12-il membru, peress li kull wieħed mit-tliet gruppi jaħtar erba’ membri biex jirrappreżentawh. Mill-aħħar tiġdid f’nofs il-mandat ’l hawn, il-grupp qed jiġi ppresedut minn Sif Holst (Grupp III), u ż-żewġ Viċi Presidenti huma Maria Nikolopoulou (Grupp II) u Dolores Sammut Bonnici (Grupp I).

Il-Grupp jopera b’mod miftuħ u inklużiv, b’approċċ intersezzjonali għall-ugwaljanza. Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Ugwaljanza jressaq rapport quddiem il-Bureau tal-Kumitat fi tmiem kull mandat, li jistabbilixxi l-attivitajiet u l-proposti tal-Grupp, u jqis il-progress li sar fi ħdan il-KESE fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju tal-ugwaljanza.

Is-segretarjat li jappoġġja l-ħidma tal-Grupp Ad hoc dwar l-Ugwaljanza huwa d-Direttorat A, l-Unità tar-Reġistru u l-Ippjanar Leġiżlattiv, u s-settur inkarigat mill-Bureau u l-Gruppi Ad Hoc. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil registry@eesc.europa.eu.


Sif Hoslt, Ioannis Vardakastannis