Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

JULY 2018 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Għeżież qarrejja,

Kif x’aktarx tafu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tefa s-60 xemgħa fuq il-kejk tal-anniversarju tiegħu f’Mejju u bi kburija ħares lura lejn il-kisbiet tiegħu sal-lum. Barra minn hekk, din id-data ħeġġitna nirriflettu dwar ir-rwol u l-ġejjieni tal-KESE u dwar il-post tas-soċjetà ċivili tal-Ewropa tal-lum u ta’ għada, l-Ewropa li l-valuri ewlenin tagħha għandhom jiġu promossi u msaħħa.

Iżda ż-żminijiet li qed ngħixu fihom – mimlija inċertezzi u sfidi enormi kkawżati minn bidliet...Aktar

Kif x’aktarx tafu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tefa s-60 xemgħa fuq il-kejk tal-anniversarju tiegħu f’Mejju u bi kburija ħares lura lejn il-kisbiet tiegħu sal-lum. Barra minn hekk, din id-data ħeġġitna nirriflettu dwar ir-rwol u l-ġejjieni tal-KESE u dwar il-post tas-soċjetà ċivili tal-Ewropa tal-lum u ta’ għada, l-Ewropa li l-valuri ewlenin tagħha għandhom jiġu promossi u msaħħa.

Iżda ż-żminijiet li qed ngħixu fihom – mimlija inċertezzi u sfidi enormi kkawżati minn bidliet soċjali, ekonomiċi u ambjentali enormi – jagħtu spinta lill-Kumitat biex ma jibqax iserraħ fuq il-kisbiet passati tiegħu iżda pjuttost jaħtaf il-momentum il-ġdid.

Fl-istess ġurnata tas-60 anniversarju tiegħu, li ntemmet b’lejla kulturali f’Albert Hall li wriet id-diversità tal-wirt kulturali tagħna li fl-istess ħin tqarribna, il-KESE organizza d-9 edizzjoni tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili dwar is-suġġett taċ-Ċittadinanza, id-Demokrazija u Kultura f’Ewropa diġitalizzata. Din kienet l-ewwel darba li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ingħaqdu f’dibattitu komprensiv dwar il-kwistjoni kumplessa tad-diġitalizzazzjoni.

Ftit wara tnieda l-premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili 2018. Il-KESE għażel “L-Identitajiet, il-Valuri u l-Wirt Kulturali fl-Ewropa” bħala t-tema tal-għaxar edizzjoni tal-Premju tiegħu. F’Diċembru, dan se jingħata lil ħames organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u/jew individwi li taw kontribut tanġibbli u eċċellenti għall-promozzjoni tal-valuri Ewropej komuni tagħna billi qajmu kuxjenza dwar ir-rikkezza tal-identitajiet Ewropej, sfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-ġid kulturali tal-Ewropa jew iffaċilitaw l-aċċess għall-wirt kulturali Ewropew.

Nixtieq ukoll insemmi l-ewwel Panel taċ-Ċittadini Ewropej, organizzat mill-KESE kmieni f’Mejju. L-għan tiegħu kien li jipprepara konsultazzjoni pubblika dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, sabiex tingħata vuċi liċ-ċittadini Ewropej u biex jiġu indirizzati l-opinjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet importanti li jistgħu jiddeterminaw id-destin tal-Ewropa.  Il-konsultazzjoni tnediet mill-President Franċiż Emmanuel Macron u ġiet organizzata b’mod konġunt mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kummissjoni Ewropea.

Huwa b’dawn il-proġetti u proġetti karatteristiċi oħra li l-KESE ser ikompli jikkonferma r-rwol siewi tiegħu fl-UE, bħala punt fokali reali għad-djalogu, bħala l-pont bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet lokali u ċ-ċittadini li l-Kumitat jagħtihom vuċi. U f’dan ir-rwol, il-KESE ser ikompli jisma’ u jsemma’ leħnu.

Tislima lil Peter Lindvald-Nielsen, Direttur tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tagħna li temm id-dmirijiet tiegħu u telaq fl-1 ta’ Lulju. Grazzi Peter għax-xogħol eċċellenti tiegħek!

Nixtiqilkom waqfa tas-sajf sabiħa u rilassanti! Se nkunu qed jistennewkom f’Settembru – mimlija entużjażmu!

Isabel Caño Aguilar

Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni

Inqas
Dati tad-Djarju

12/07/2018  Brussell

Is-16-il laqgħa tal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE fil-qafas tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea

13/07/2018  Brussell

l-1 laqgħa tal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE fil-qafas tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA)

17/07/2018  Podgorica

Il-11-il laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-Soċjetà Ċivili UE-Montenegro

17/07/2018  Brussell

Il-5 Laqgħa tan-netwerk tal-Partijiet Interessati Ekonomiċi u Soċjali UE-Afrika

Ħidmiet l-Ewropa

Il-filmat “Ħidmet l-Ewropa” jiċċelebra s-60 anniversarju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan juri eżempji konkreti mill-oqsma ta’ ħidma fejn il-KESE u l-membri tiegħu għamlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini Ewropej matul is-snin.

Aktar

Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2018

L-Awstrija se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018. "Ewropa li tipproteġi" huwa l-motto magħżul mill-gvern tal-Kanċillier Sebastian Kurz. Fost is-suġġetti tal-programm hemm: is-sigurtà u l-migrazzjoni, iż-żamma tal-kompetittività permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-istabbiltà fil-viċinat u t-tqarrib tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Il-Presidenza se tkompli n-negozjati dwar il-Brexit. Qabel l-irtirar finali tar-Renju Unit mill-UE, skedat għad-29 ta' Marzu 2019, il-parlamenti nazzjonali kollha fl-Istati Membri tal-UE għandhom jirratifikaw ftehim finali dwar il-Brexit. Il-Presidenza tal-UE se tkompli wkoll in-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Gernot Blümel se jkun mistieden mill-KESE fis-sessjoni plenarja ta' Lulju (11 u 12 ta' Lulju 2018) biex jippreżenta l-programm ta' ħidma u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-KESE. (eh)

L-Awstrija se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018. "Ewropa li tipproteġi" huwa l-motto magħżul mill-gvern tal-Kanċillier Sebastian Kurz. Fost is-suġġetti tal-programm hemm: is-sigurtà u l-migrazzjoni, iż-żamma tal-kompetittività permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-istabbiltà fil-viċinat u t-tqarrib tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Il-Presidenza se tkompli n-negozjati dwar il-Brexit. Qabel l-irtirar finali tar-Renju Unit mill-UE, skedat g...Aktar

L-Awstrija se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018. "Ewropa li tipproteġi" huwa l-motto magħżul mill-gvern tal-Kanċillier Sebastian Kurz. Fost is-suġġetti tal-programm hemm: is-sigurtà u l-migrazzjoni, iż-żamma tal-kompetittività permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-istabbiltà fil-viċinat u t-tqarrib tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Il-Presidenza se tkompli n-negozjati dwar il-Brexit. Qabel l-irtirar finali tar-Renju Unit mill-UE, skedat għad-29 ta' Marzu 2019, il-parlamenti nazzjonali kollha fl-Istati Membri tal-UE għandhom jirratifikaw ftehim finali dwar il-Brexit. Il-Presidenza tal-UE se tkompli wkoll in-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Gernot Blümel se jkun mistieden mill-KESE fis-sessjoni plenarja ta' Lulju (11 u 12 ta' Lulju 2018) biex jippreżenta l-programm ta' ħidma u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-KESE. (eh)

Inqas

Ħadd ma għandu jitħalla barra mir-rivoluzzjoni diġitali

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-konferenza dwar Id-Diġitalizzazzjoni fl-Awstrija fid-19 ta’ Ġunju, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-konferenza dwar Id-Diġitalizzazzjoni fl-Awstrija fid-19 ta’ Ġunju, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew...Aktar

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-konferenza dwar Id-Diġitalizzazzjoni fl-Awstrija fid-19 ta’ Ġunju, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Rappreżentanti mill-Ministeru Awstrijak tal-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi, il-belt ta’ Vjenna u firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Awstrija ħadu sehem fil-konferenza. Kien hemm ukoll panel ta’ esperti żgħazagħ Awstrijaċi dwar id-diġitalizzazzjoni, li ġew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma rappreżentati wkoll fit-tliet gruppi tal-KESE – Grupp ta’ Min Iħaddem, tal-Ħaddiema u Diversità Ewropa.

“Mhuwiex kompitu faċli biex tittratta d-diġitalizzazzjoni b’mod li s-saffi kollha tas-soċjetà jgawdu l-istess benefiċċji,” enfasizza fid-diskors tal-ftuħ tiegħu l-President tal-KESE, Luca Jahier, . "Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li aħna fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew nippromovu l-idea ta’ "ġustizzja diġitali" – irridu li ħadd ma jitħalla barra mir-rivoluzzjoni diġitali." 

Il-konferenza dwar id-diġitalizzazzjoni seħħet wara l-laqgħa straordinarja tal-Bureau tal-KESE li saret fi Vjenna. Is-suġġett tal-konferenza huwa konformi mal-prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li se tibda fl-1 ta’ Lulju 2018. (sg)

Inqas

Is-servizzi finanzjarji tal-konsumatur: il-KESE jsib appoġġ għall-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ avveniment lokali fi Spanja

Waqt konferenza organizzata mill-membru tal-KESE Trias Pintó fl-24 ta’ Mejju fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Madrid ġiet enfasizzata l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji transkonfinali fl-Ewropa bil-għan li jiżdied is-sehem tagħhom, li bħalissa huwa biss 7 % tat-total. L-MEP Othman Karas ħabbar li l-Parlament Ewropew ser jinkludi xi wħud mill-proposti ewlenin tal-KESE fir-reazzjoni tiegħu stess għall-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur.

Waqt konferenza organizzata mill-membru tal-KESE Trias Pintó fl-24 ta’ Mejju fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Madrid ġiet enfasizzata l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji transkonfinali fl-Ewropa bil-għan li jiżdied is-sehem tagħhom, li bħalissa huwa biss 7 % tat-total. L-MEP Othman Karas ħabbar li l-Parlament Ewropew ser jinkludi xi wħud mill-proposti ewlenin tal-KESE fir-reazzjoni tiegħu stess għall-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta’ ...Aktar

Waqt konferenza organizzata mill-membru tal-KESE Trias Pintó fl-24 ta’ Mejju fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Madrid ġiet enfasizzata l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji transkonfinali fl-Ewropa bil-għan li jiżdied is-sehem tagħhom, li bħalissa huwa biss 7 % tat-total. L-MEP Othman Karas ħabbar li l-Parlament Ewropew ser jinkludi xi wħud mill-proposti ewlenin tal-KESE fir-reazzjoni tiegħu stess għall-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur.

Il-konferenza, bit-titolu L-isfidi tal-kuntest diġitali ġdid: il-kwalità tal-offerta, l-aċċessibilità, il-kompetizzjoni ġusta u l-ħarsien tal-konsumatur, kienet intiża li tippromovi l-Opinjoni tal-KESE dwar is-servizzi finanzjarji tal-konsumatur, adottata f’Settembru 2017.

Il-membru tal-KESE Bernardo Hernández Bataller kien il-moderatur tal-avveniment u tkellmu kemm ir-relatur tal-Opinjoni Michael Ikrath kif ukoll il-korelatur, is-Sur Trias Pintó. Kelliema oħrajn kienu l-MEPs Othman Karas kif ukoll Jonas Fernández Álvarez, membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), Manuel Pardos, President tal-Asociación de Usuarios de Bancos Cajas de Ahorro y Seguros (ADICAE), Fernando Tejada de la Fuente, mill-Bank ta’ Spanja, u Jose Luis Martínez Campuzano, kelliem tal-Assoċjazzjoni Spanjoli għall-Banek (ATI).

Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-aħjar u l-aktar prodotti finanzjarji innovattivi bejn il-fruntieri, qal is-Sur Ikrath, u enfasizza li s-suq tas-servizzi finanzjarji fl-UE kien għadu frammentat u l-armonizzazzjoni ’l bogħod ħafna. Huwa qal li l-banek tradizzjonali tal-bejgħ bl-imnut, speċjalment banek reġjonali u lokali, kienu intermedjarju ewlieni fil-bini tal-fiducja tal-konsumatur, peress li tradizzjonalment gawdew minn livell għoli ta’ fiduċja mill-konsumaturi tal-UE, li t-tendenza tagħhom li jibdlu l-fornituri kienet pjuttost baxxa.

Il-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kellha tiġi armonizzata biex tissolva l-problema ta’ “l-għażla tas-self” (loan shopping), fejn dawk li jisselfu jieħdu self għall-konsumatur transkonfinali li ma jkunx disponibbli għalihom f’pajjiżhom bir-riskju ta’ dejn eċċessiv. L-insolvenza tal-konsumatur kienet teħtieġ li tiġi minimizzata permezz ta’ regolament, qal is-Sur Trias Pintó, li enfasizza wkoll ir-riskji ta’ muniti diġitali alternattivi bħall-bitcoin, il-muniti ċibernetiċi u t-teknoloġija blockchain hekk kif dawn idgħajfu s-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-fiduċja tal-konsumatur.

Is-Sur Karas esprima appoġġ għall-Opinjoni tal-KESE u ħabbar li wħud mill-proposti tagħha ser jiġu inklużi fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari:

  • il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-arranġamenti fiskali għall-prodotti u s-servizzi ma jibqgħux ikunu ta’ xkiel għall-kompetizzjoni ġusta;
  • il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi “prodotti ewlenin” addizzjonali li huma sempliċi, għandhom l-istess karatteristiċi u li għalhekk huma komparabbli u trasparenti, flimkien ma’ prodotti tal-konsumatur;
  • hemm bżonn li jkun hemm għodod tat-tqabbil indipendenti u ċċertifikati disponibbli għall-prodotti finanzjarji differenti;
  • il-ġganti tal-IT, bħall-Google, Apple, eċċ, għandhom ukoll japplikaw ir-regoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. (dm)
Inqas

Reġjuni li qed jelimaw il-faħam fl-Ewropa: il-KESE jagħti ħarsa mill-qrib lejn il-Ġermanja

L-ewwel Round table dwar ir-reġjuni tal-Faħam fi tranżizzjoni saret fid-29 ta’ Mejju 2018 fi Grevenbroich, il-Ġermanja. Fid-diskussjoni ħadu sehem numru ta’ atturi lokali, flimkien ma’ membri tal-KESE u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kelliema spjegaw is-sitwazzjoni fiż-żona tal-estrazzjoni tar-Renu, li qed tiġi affettwata minn bidliet strutturali. Il-parteċipanti saħqu li kien hemm bżonn ta’ approċċ preventiv u preparazzjoni għa...Aktar

L-ewwel Round table dwar ir-reġjuni tal-Faħam fi tranżizzjoni saret fid-29 ta’ Mejju 2018 fi Grevenbroich, il-Ġermanja. Fid-diskussjoni ħadu sehem numru ta’ atturi lokali, flimkien ma’ membri tal-KESE u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kelliema spjegaw is-sitwazzjoni fiż-żona tal-estrazzjoni tar-Renu, li qed tiġi affettwata minn bidliet strutturali. Il-parteċipanti saħqu li kien hemm bżonn ta’ approċċ preventiv u preparazzjoni għat-tranżizzjoni. Il-ħolqien ta’ alternattivi għall-faħam hija sfida ewlenija u wieħed mill-għanijiet ewlenin għar-reġjun huwa li jibqa’ attur ewlieni fil-provvista sikura tal-enerġija lill-Ġermanja.

Il-muniċipalitajiet għandhom rwol importanti biex jinfurmaw lin-nies u jgħinuhom jifhmu s-sitwazzjoni. Il-kelliema enfasizzaw li l-fatturi ewlieni għall-ilħuq tal-għanijiet kienet il-flessibbiltà tas-sistema, u li kien importanti li jiġu analizzati aspetti transreġjonali, transindustrijali u transsettorjali.

Il-provvista tal-enerġija hija l-aktar parti kritika min-netwerks tal-provvista kollha, iżda il-konnessjonijiet bejn is-setturi differenti - eż. il-plastiks, it-traffiku, il-produzzjoni tal-gass - jistgħu jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista. Ġew ippreżentati proġetti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-ġestjoni tal-enerġija deċentralizzata. Wara d-diskussjoni, il-parteċipanti żaru l-minjiera fil-miftuħ ta’ Garzweiler. (sma)

Inqas

Il-manwal għall-era diġitali għadu ma nkitibx, iżda l-Ewropa teħtieġ pjan

Il-KESE ddiskuta d-diġitalizzazzjoni u l-inugwaljanzi tal-Forum dinji tal-midja 2018 organizzat mid-Deutsche Welle, li ttella' f'Bonn bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju

Il-KESE ddiskuta d-diġitalizzazzjoni u l-inugwaljanzi fil-Forum dinji tal-midja 2018 organizzat mid-Deutsche Welle, li ttella' f'Bonn bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju

Il-fokus tematiku tal-11-il Forum dinji tal-midja 2018 organizzat mid-Deutsche Welle u bi sħab mal-KESE, kien Inugwaljanzi Globali. Il-KESE organizza panel li ħares lejn kif id-diġitalizzazzjoni u r-raba' rivoluzzjoni industrijali jistgħu jnaqqsu jew iżidu l-faqar u l-inugwaljan...Aktar

Il-KESE ddiskuta d-diġitalizzazzjoni u l-inugwaljanzi fil-Forum dinji tal-midja 2018 organizzat mid-Deutsche Welle, li ttella' f'Bonn bejn il-11 u t-13 ta' Ġunju

Il-fokus tematiku tal-11-il Forum dinji tal-midja 2018 organizzat mid-Deutsche Welle u bi sħab mal-KESE, kien Inugwaljanzi Globali. Il-KESE organizza panel li ħares lejn kif id-diġitalizzazzjoni u r-raba' rivoluzzjoni industrijali jistgħu jnaqqsu jew iżidu l-faqar u l-inugwaljanzi fid-dinja globali.

Il-panel, imlaqqa' flimkien quddiem sala ppakkjata, laqqa' flimkien lill-Membru tal-KESE u trejdjunjonista full-time Peter Schmidt; lir-riċerkatur assoċjat fl-Istitut ta' Humboldt għall-Internet u għas-Soċjetà, il-Professur Dr Dr Ayad-Al-Ani; lir-riċerkatriċi postdottorali fid-Dipartiment tal-Ġeografija fl-Università ta' Cambridge, Dr Judith Schleicher; u lill-ġurnalist Alexander Damiano Ricci, pubblikatur ta' Cafebabel. Input ulterjuri ġie pprovdut minn żewġ kelliema mir-ringiela ta' quddiem nett – il-Membri tal-KESE Brendan Burns u Baiba Miltoviča.

Il-panellisti argumentaw, fost l-oħrajn, dwar il-bidliet profondi u vasti li rriżultaw miż-żieda tal-ekonomija tal-pjattaforma u l-konsegwenzi tagħha għad-demokrazija u l-benessri madwar id-dinja. Barra minn hekk, ġie sfidat ir-rwol tat-trejdjunjins fid-dinja tan-negozju, li qed jiffavorixxi dejjem aktar forom aktar flessibbli ta' impjieg, u ġiet eżaminata r-rabta bejn il-faqar u l-ambjent naturali. Aktar tagħrif dwar id-dibattitu huwa disponibbli fuq is-sit web tal-KESE. (sma)

Inqas

Luis Planas, Segretarju Ġenerali tal-KESE nħatar Ministru tal-Gvern Spanjol ta' Pedro Sanchez.

6 ta' Ġunju li għadda, Luis Planas ġie msejjaħ mill-President Pedro Sanchez sabiex jagħmel parti mill-Gvern Spanjol, fil-kariga ta' Ministru tal-Agrikoltura, tas-Sajd u tal-Ikel. B'esperjenza ta' 35 sena fl- affarijiet Komunitarji, huwa wieħed mill-figuri emblematiċi de istorja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala bħala uffiċjal, anzjan diplomatiku tal-Kummissjoni, Membru tal-Parlament ta' Unjoni Ewropea b'saħħitha, magħquda, solidari. Għal dan l-avukat tal-kawża Ewropea, «M'hemmx alternattiva għall-UE».

6 ta' Ġunju li għadda, Luis Planas ġie msejjaħ mill-President Pedro Sanchez sabiex jagħmel parti mill-Gvern Spanjol, fil-kariga ta' Ministru tal-Agrikoltura, tas-Sajd u tal-Ikel. B'esperjenza ta' 35 sena fl- affarijiet Komunitarji, huwa wieħed mill-figuri emblematiċi de istorja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala bħala uffiċjal, anzjan diplomatiku tal-Kummissjoni, Membru tal-Parlament ta' Unjoni Ewropea b'saħħitha, magħquda, solidari. Għal dan l-avukat tal-kawża Ewr...Aktar

6 ta' Ġunju li għadda, Luis Planas ġie msejjaħ mill-President Pedro Sanchez sabiex jagħmel parti mill-Gvern Spanjol, fil-kariga ta' Ministru tal-Agrikoltura, tas-Sajd u tal-Ikel. B'esperjenza ta' 35 sena fl- affarijiet Komunitarji, huwa wieħed mill-figuri emblematiċi de istorja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala bħala uffiċjal, anzjan diplomatiku tal-Kummissjoni, Membru tal-Parlament ta' Unjoni Ewropea b'saħħitha, magħquda, solidari. Għal dan l-avukat tal-kawża Ewropea, «M'hemmx alternattiva għall-UE».

Luis Planas ilu Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mill-20 ta' Jannar 2014. Huwa minn dejjem enfasizza l-importanza tal-KESE, li għalih huwa: «il-"wiċċ uman" tal-Ewropa, u forum uniku li huwa pont bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej».

Luca Jahier, il-President tal-KESE, qal dwaru: «peress li huwa Ewropew konvint, Luis Planas se jkompli jibni Ewropa li tagħti widen lill-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħha. Jiena onorat li ħdimt miegħu u konvint li l-għarfien tiegħu dwar il-funzjonament tal-Ewropa se jkun utli għal Spanja fl-Unjoni Ewropea».

Isabel Caño, Viċi President għall-Komunikazzjoni fil-KESE, hija konvinta li wara li serva bħala Segretarju Ġenerali tal-KESE, Luis Planas se jġib valur miżjud għall-proġett Ewropew, għax jaf sew l-importanza tas-soċjetà ċivili organizzata u l-kultura tad-djalogu fl-Ewropa tal-lum.

Luis Planas huwa minn Valencia, fi Spanja. Dan is-sostenitur leali tal-Ewropa ħadem b'mod attiv għall-adeżjoni ta' Spanja fl-Unjoni Ewropea, billi għamel parti mit-tim tan-negozjati. Membru tal-Kungress Spanjol, huwa kien il-kelliem għall-kwistjonijiet Ewropej u relatur għar-ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja fl-Unjoni Ewropea. Bejn l-1986 u l-1993, meta kien għadu involut fl-affarijiet Ewropej, Luis Planas ġie elett Membru tal-Parlament Ewropew, fejn kien membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Affarijiet Istituzzjonali.

Huwa mbagħad sar Kap tal-Kabinett tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Manuel Marin, u wara tal-Kummissarju Pedro Solbes. Fl-2004, inħatar bħala Ambaxxatur ta' Spanja fil-Marokk u, fl-2010, Ambaxxatur ta' Spanja u Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea.

Fl-2012, huwa nħatar Ministru Reġjonali għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent f’Andalusija. Fl-2014, Luis Planas sar is-Segretarju Ġenerali tal-KESE. Huwa wkoll umanista; jifhem ħafna fil-letteratura, fil-poeżija u fil-mużika. (eh)

Inqas

Madi Sharma mill-KESE hija fost l-aqwa 100 fid-dinja li jinfluwenzaw il-politika tas-sessi

Madi Sharma, membru tal-KESE, ġiet elenkata fost l-Aqwa 100 Persuna l-Aktar Influwenti fil-Politika tas-Sessi madwar id-dinja fl-2018.

Madi Sharma, membru tal-KESE, ġiet elenkata fost l-Aqwa 100 Persuna l-Aktar Influwenti fil-Politika tas-Sessi madwar id-dinja fl-2018. Il-lista ġiet ippubblikata f’Mejju minn Apolitical, netwerk globali b’xejn biex jgħin lill-ħaddiema tas-settur pubbliku u l-imsieħba tagħhom f’aktar minn 120 pajjiż. Fost il-ħafna oħrajn l-aktar influwenti importanti fil-politika tas-sessi kienu l-attivista Malala Yousafzai, il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau, il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Mini...Aktar

Madi Sharma, membru tal-KESE, ġiet elenkata fost l-Aqwa 100 Persuna l-Aktar Influwenti fil-Politika tas-Sessi madwar id-dinja fl-2018. Il-lista ġiet ippubblikata f’Mejju minn Apolitical, netwerk globali b’xejn biex jgħin lill-ħaddiema tas-settur pubbliku u l-imsieħba tagħhom f’aktar minn 120 pajjiż. Fost il-ħafna oħrajn l-aktar influwenti importanti fil-politika tas-sessi kienu l-attivista Malala Yousafzai, il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau, il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżvezja Margot Wallström, id-deputat Segretarju Ġenerali tan-NU Amina Mohammed u sindku ta’ Londra Sadiq Khan.

Is-Sinjura Sharma ġiet elenkata fost l-aqwa 13 fid-dinja li jinfluwenzaw fil-kategorija ta’ Promozzjoni u ġiet imfaħħra għax-xogħol tagħha bħala appoġġ vokali u kelliema internazzjonali pubblika dwar l-intraprenditorija femminili, id-diversità u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Is-Sinjura Sharma kienet membru attiv tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE mill-2002 u pparteċipat f’għadd kbir ta’ seduti ta’ smigħ u ħadmet fuq diversi opinjonijiet. Hija waqqfet u tmexxi il-grupp Madi, kostellazzjoni ta’ kumpaniji mingħajr skop ta’ qligħ u tas-settur privat internazzjonali u NGOs. Hija tmexxi wkoll it-Think Tank Ekonomiku u Soċjali tan-Nisa. Prosit, Madi! (ll)

Inqas

Il-membru Finlandiż tal-KESE Pirkko Raunemaa tirċievi l-Premju Delegat tas-Sena 2018 tal-Interpreti

Pirkko Rauneamaa, membru Finlandiż tal-Grupp Ewropa Diversa tal-KESE, ġiet ippreżentata bil-Premju Delegat tas-Sena 2018 mill-interpreti Finlandiżi tal-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju fi Brussell.

Il-premju nħoloq biex jintwera l-apprezzament għad-delegati Finlandiżi li jitkellmu l-Finlandiż matul il-laqgħat tal-UE, biex jiġi difiż l-istatus tal-Finlandiż u għal kooperazzjoni attiva mal-interpreti sabiex jgħin biex tiġi żgurata interpretazzjoni ta’ kwalità għolja...Aktar

Pirkko Rauneamaa, membru Finlandiż tal-Grupp Ewropa Diversa tal-KESE, ġiet ippreżentata bil-Premju Delegat tas-Sena 2018 mill-interpreti Finlandiżi tal-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju fi Brussell.

Il-premju nħoloq biex jintwera l-apprezzament għad-delegati Finlandiżi li jitkellmu l-Finlandiż matul il-laqgħat tal-UE, biex jiġi difiż l-istatus tal-Finlandiż u għal kooperazzjoni attiva mal-interpreti sabiex jgħin biex tiġi żgurata interpretazzjoni ta’ kwalità għolja tad-diskorsi tagħhom.

Pirkko Raunemaa ilha membru tal-KESE mill-2006. Matul il-karriera tagħha fil-qasam tas-sigurtà alimentari, hija rrappreżentat lill-Finlandja f’ħafna fora internazzjonali inkluża l-kummissjoni Codex Alimentarius tan-NU u l-bord tal-EFSA.(dm)

Fir-ritratt, mix-xellug għal-lemin: il-membru tal-KESE Pirkko Raunemaa u l-interpreti Finlandiżi Veijo Kruth u Tarja Kallio

Inqas

Il-Presidenza estiża tal-KESE żżur Krakovja, il-Polonja, fuq it-traċċi tal-memorja

Il-President Luca Jahier u l-presidenza estiża tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru l-Polonja fl-10, il-11 u t-12 ta' Ġunju 2018 għal laqgħa ta' tnedija tal-presidenza l-ġdida tal-KESE.

Il-President Luca Jahier u l-presidenza estiża tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru l-Polonja fl-10, il-11 u t-12 ta' Ġunju 2018 għal laqgħa ta' tnedija tal-presidenza l-ġdida tal-KESE.

Il-President Luca Jahier u l-membri għażlu Krakovja fil-Polonja bħala post simboliku ta' memorja u biex jistimulaw u jarrikkixxu l-kultura tad-djalogu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Matul iż-żjara fil-Polonja, il-membri tad-delegazzjoni ħadu sehem f'dibattitu fl-Università ta' Krakovja, fil-...Aktar

Il-President Luca Jahier u l-presidenza estiża tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru l-Polonja fl-10, il-11 u t-12 ta' Ġunju 2018 għal laqgħa ta' tnedija tal-presidenza l-ġdida tal-KESE.

Il-President Luca Jahier u l-membri għażlu Krakovja fil-Polonja bħala post simboliku ta' memorja u biex jistimulaw u jarrikkixxu l-kultura tad-djalogu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Matul iż-żjara fil-Polonja, il-membri tad-delegazzjoni ħadu sehem f'dibattitu fl-Università ta' Krakovja, fil-preżenza ta' intellettwali Pollakki. It-tema tad-dibattitu kienet ir-rikonċiljazzjoni permezz tal-memorja taż-żewġ pulmuni tal-Ewropa, li tagħti nifs ta' fehim kreattiv bejn l-Ewropa tal-Punent u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Il-membri tal-presidenza estiża tal-KESE taw ġieħ lill-vittmi tal-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz-Birkenau.

Il-Presidenza estiża hija magħmula minn: Luca Jahier, President tal-KESE, Milena Angelova, Viċi President responsabbli mill-Baġit, Isabel Caño, Viċi President responsabbli mill-Komunikazzjonit65r, Jacek Krawczyk, President tal-Grupp ta' Min Iħaddem, Gabriele Bischoff, President tal-Grupp tal-Ħaddiema, Arno Metzler, President tal-Grupp Diversità Ewropa. Il-presidenti tas-sezzjonijiet kienu wkoll preżenti: Stefano Palmieri, Ariane Rodert, Dilyana Slavova, Maurizio Reale, Christa Schweng, Pierre Jean-Coulon u Lucie Studničná. (eh)

Id-diskors tal-President Luca Jahier mogħti fil-konferenza fl-Università ta' Krakovja:

https://www.eesc.europa.eu/en/news-media/presentations/reconciling-central-eastern-and-western-europe-historical-memories-build-stronger-union

Inqas

Fl-1 ta' Lulju 2018, il-mandat ta' Peter Lindvald-Nielsen bħala Kap tad-Dipartiment għall-Komunikazzjonijiet wasal fi tmiemu

Għal għaxar snin, Peter Lindvald-Nielsen ħadem mal-uffiċjali tal-istampa u esperti oħra fl-oqsma tal-immaġni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, id-disinn grafiku u l-midja soċjali. Kien żmien ta' titli tal-widna, artikli kemm qosra kif ukoll twal, stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti politiċi, soċjali, kulturali u gastronomiċi, xogħol iebes, taħdit u, l-aktar importanti, ħafna daħk flimkien. Il-motto ta' Peter huwa li jgħaqqad lin-nies permezz tad-daħk għaliex m'hemm xejn aktar uman milli nidħku flimkien. Peter arrikkixxa l-lingwa tagħna, billi ħeġġiġna ngħidu IVA minflok LE, INVESTI minflok ONFOQ u SOLUZZJONI minflok PROBLEMA.

Għal għaxar snin, Peter Lindvald-Nielsen ħadem mal-uffiċjali tal-istampa u esperti oħra fl-oqsma tal-immaġni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, id-disinn grafiku u l-midja soċjali. Kien żmien ta' titli tal-widna, artikli kemm qosra kif ukoll twal, stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti politiċi, soċjali, kulturali u gastronomiċi, xogħol iebes, taħdit u, l-aktar importanti, ħafna daħk flimkien. Il-motto ta' Peter huwa li jgħaqqad lin-nies permezz tad-daħk għaliex m'hemm xejn aktar uman ...Aktar

Għal għaxar snin, Peter Lindvald-Nielsen ħadem mal-uffiċjali tal-istampa u esperti oħra fl-oqsma tal-immaġni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, id-disinn grafiku u l-midja soċjali. Kien żmien ta' titli tal-widna, artikli kemm qosra kif ukoll twal, stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti politiċi, soċjali, kulturali u gastronomiċi, xogħol iebes, taħdit u, l-aktar importanti, ħafna daħk flimkien. Il-motto ta' Peter huwa li jgħaqqad lin-nies permezz tad-daħk għaliex m'hemm xejn aktar uman milli nidħku flimkien. Peter arrikkixxa l-lingwa tagħna, billi ħeġġiġna ngħidu IVA minflok LE, INVESTI minflok ONFOQ u SOLUZZJONI minflok PROBLEMA.

Xi drabi, huwa jniżżel b'mod diskret fin-nowtbuk żgħir tiegħu frażijiet li jispikkaw bħal din ta' Hermann van Rompuy, li matul is-sessjoni li timmarka s-60 anniversarju tal-KESE, qal: "Aħna ma nistgħux nibdlu l-passat, iżda nistgħu nibdlu l-futur".

Għażiż Peter, aħna nixtiqulek ħafna opportunitajiet għad-daħk! U jekk jogħġbok ikteb fin-notebook kannella tiegħek li aħna se niftakruk bħala Direttur bieżel dejjem jitbissem u bħala Ħabib tagħna.

Fl-1 ta’ Lulju 2018 Peter Lindvald-Nielsen inħatar Direttur Onorarju tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni fil-KESE (eh)

Seba' mistoqsijiet għal Peter Lindvald-Nielsen

  1. Matul il-karriera tiegħek fl-UE liema kien dak il-mument li fih ħassejtek l-aktar ferħan?

Meta għamilt xogħol li għamel differenza u fl-istess ħin rajt lil marti u lil uliedi ferħanin bil-ħajja fil-Belġju

  1. X'kienet l-aktar skoperta sorprendenti fil-ħajja professjonali tiegħek fl-UE?

L-involviment u l-impenn fost il-kollegi. Il-ħidma fl-istituzzjonijiet mhix impjieg ta' mid-9 sal-5 u hawn trid taħdem għal sigħat twal mingħajr ma toqgħod tilmenta.

  1. Jekk illum ikollok tiltaqa' ma' persuna żagħżugħa, ngħidu aħna ta' 20 sena, meta l-Ewropa qed tiffaċċja l-akbar sfidi li qatt kellha, x'tgħidilha rigward il-futur?

Ibqa' pożittiv, iżda tieħux il-ħajja tiegħek bħala ovvja. Involvi ruħek fis-soċjetà, kun responsabbli u ttratta lill-oħrajn kif tridhom jittrattaw lilek.

  1. X'messaġġ tixtieq tgħaddi lis-suċċessur tiegħek?

Aħdem MAN-nies, mhux KONTRA n-nies. Dan jagħtik sodisfazzjon akbar u huwa aktar produttiv.

  1. Liema huwa l-aktar element importanti tal-karattru tan-nies responsabbli għall-komunikazzjoni?

Kun robust, minħabba li kulħadd huwa espert fil-Komunikazzjoni. Żomm moħħ miftuħ mingħajr ma tkun inġenwu u kun lest li jkollok taħdita ma' nies li ma tafx.

  1. Min huma l-eroj favoriti tiegħek f'ħajtek?

Marti, għax aċċettat volontarjament li titlaq mill-impjieg tagħha fid-Danimarka u li tiġi tgħix miegħi l-Belġju, 'il bogħod mill-familja u mill-ħbieb, u li trabbi lil uliedna hawnhekk.

  1. X'inhu l-motto favorit tiegħek?

"Id-dinja ma ddurx bl-imħabba iżda tagħmel id-dawra vallapena"

(Bid-Daniż: Kærlighed får ikke Jorden til at dreje rundt, men kærlighed gör det værd at tage turen med)

     Intervista ma' Ewa Haczyk-Plumley, l-14 ta' Ġunju 2018, fi Brussell

Inqas
New publications

Pubblikazzjoni diġitali – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) – 60 sena ta’ impenn

Is-soċjetà ċivili fl-azzjoni għall-Ewropa ta’ għada!

Maħluq mit-Trattati ta’ Ruma fl-1957, il-Kumitat kellu l-ewwel sessjoni plenarja tiegħu 60 sena ilu, fid-19 ta’ Mejju 1958. Minn dakinhar, l-istorja tal-Kumitat hi marbuta ma’ dik tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, fejn qatt ma waqfet ħidmietha.

Din il-pubblikazzjoni diġitali tirrakkonta s-60 sena ta’ impenn tal-Kumitat biex is-soċjetà ċivili tipparteċipa fi...Aktar

Is-soċjetà ċivili fl-azzjoni għall-Ewropa ta’ għada!

Maħluq mit-Trattati ta’ Ruma fl-1957, il-Kumitat kellu l-ewwel sessjoni plenarja tiegħu 60 sena ilu, fid-19 ta’ Mejju 1958. Minn dakinhar, l-istorja tal-Kumitat hi marbuta ma’ dik tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, fejn qatt ma waqfet ħidmietha.

Din il-pubblikazzjoni diġitali tirrakkonta s-60 sena ta’ impenn tal-Kumitat biex is-soċjetà ċivili tipparteċipa fil-bini tal-Ewropa, billi tixħet dawl fuq is-suċċessi tiegħu, il-kisbieet il-kbar tiegħu, il-valur miżjud li jagħti u l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa.

Din il-pubblikazzjoni eċċitanti, miżgħuda b’kontenut multimedjali, u b’mod partikolari vidjos u infografika, hija mmirata kemm lejn pubbliku infurmat (mezzi tax-xandir, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, Kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali, istituzzjonijiet oħrajn, universitajiet, eċċ.) kif ukoll lejn il-pubbliku inġenerali. Maħsuba bħala prodott ħaj, għandha l-għan li tenfasizza r-rwol uniku tal-KESE – if ukoll is-soċjetà ċivili organizzata li jirrappreżenta – fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, bħala mutur għad-demokrazija parteċipattiva.

Adattata biex tkun tista’ tinqara fuq apparat mobbli (tablets u, eventwalment, fuq smart phones), inizjalment se tkun disponibbli bi tliet lingwi (EN, FR u DE) fuq is-sit tal-internet tal-Kumitat. (fgr)

Inqas
Aħbarijiet tal-KESE

Il-KESE jibdel 60 wegħda biex jieħu azzjoni deċiżiva u viżjonarja għal Ewropa aħjar

Fl-24 ta’ Mejju, fid-diskors tiegħu fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-President tal-KESE Luca Jahier semma d-deċiżjoni tal-Kumitat li ma jistrieħx fuq il-kisbiet tiegħu u ddeskriva approċċ għall-azzjoni futura tal-KESE bbażat fuq seba’ prijoritajiet. Il-mexxejja ewlenin tal-UE, li qed jiddibattu l-futur tal-Ewropa, jaqblu li l-ispazju ċiviku huwa u jrid jibqa’ importanti għad-demokrazija Ewropea.

Waqt li kien qed jitkellem fi...Aktar

Waqt li kien qed jitkellem fil-plenarja kommemorattiva speċjali, il-President Luca Jahier enfasizza l-istadji importanti fl-istorja tal-KESE u fakkar il-kisbiet ewlenin tal-passat fil-bidu b’suċċess ta’ xi leġiżlazzjoni tal-UE ewlenija. Mill-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema għall-proposta pijuniera tagħha għal taxxa ta’ tranżazzjoni finanzjarja, il-“KESE għandu ħafna biex ikun kburi”, huwa qal.

Il-President Jahier ippropona xi soluzzjonijiet għall-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja u spjega l-oqsma ta’ prijorità tal-KESE għall-azzjonijiet fis-snin li ġejjin:

  • jasserixxi mill-ġdid il-valuri tal-Unjoni
  • jimplimenta l-aġenda dwar l-iżvilupp sostenibbli
  • isaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE
  • jimmaniġġja l-intelliġenza artifiċjali għall-ġid tal-bniedem
  • jaħdem għal qafas finanzjarju pluriennali ambizzjuż ibbażat fuq is-solidarjetà u li jrawwem il-koeżjoni
  • jiżviluppa sens ta’ identità Ewropea permezz tal-kultura u tal-edukazzjoni
  • jifforma b’mod attiv ir-relazzjonijiet mal-viċinat tal-UE u lil hinn.

Fid-dibattitu li rriżulta, il-President tal-KE Jean Claude-Juncker, il-Viċi President tal-PE Ramón Valcarcel Siso u l-President tal-KtR Karl-Heinz Lambertz iddiskutew mas-Sur Jahier kif l-aħjar jindirizzaw l-isfidi tal-Ewropa fiż-żmien ta’ qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

F’diskors ta’ ispirazzjoni, Herman Van Rompuy, l-eks-President tal-Kunsill Ewropew, esprima t-tama u l-kunfidenza tiegħu fil-futur tal-Ewropa u enfasizza fuq ir-rwol tal-KESE li jiżgura demokrazija reżiljenti fl-Ewropa.

Darja Isaksson, membru tal-Kunsill Nazzjonali għall-Innovazzjoni tal-Prim Ministru Żvediż ressqet il-fehmiet tal-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-Ewropa billi talbet lill-mexxejja tal-UE biex jegħlbu l-isfida tal-iżvilupp sostenibbli u r-rivoluzzjoni diġitali.

Il-President Jahier għalaq iċ-ċerimonja bi kwotazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II, fejn talab lill-parteċipanti biex ma jibżgħux mill-preżent, iżda li jgħixuh b’kuraġġ.(dm)

Aqra d-diskors tal-President Jahier waqt is-sessjoni plenarja kommemorattiva

Ara d-diskors tal-President Jahier

Inqas

Premju tas-Soċjetà Ċivili 2018 dwar l-Identitajiet, il-valuri Ewropej u l-wirt kulturali fl-Ewropa

L-iżviluppi globali matul dawn l-aħħar snin wasslu biex il-proġett Ewropew jgħaddi minn prova. Il-popolazzjonijiet u l-livelli kollha ta' gvern ma kinux lesti għad-diviżjonijiet interni, is-sentimenti ta’ skuntentizza fost iċ-ċittadini u żieda drastika fil-migrazzjoni, u dan wassal għar-retorika nazzjonalista u tefa’ piż fuq is-solidarjetà reċiproka.

L-iżviluppi globali matul dawn l-aħħar snin wasslu biex il-proġett Ewropew jgħaddi minn prova. Il-popolazzjonijiet u l-livelli kollha ta' gvern ma kinux lesti għad-diviżjonijiet interni, is-sentimenti ta’ skuntentizza fost iċ-ċittadini u żieda drastika fil-migrazzjoni, u dan wassal għar-retorika nazzjonalista u tefa’ piż fuq is-solidarjetà reċiproka. F'dan l-isfond, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kellhom rwol fundamentali biex imexxu l-potenzjal tal-wirt kulturali tal-Ewropa...Aktar

L-iżviluppi globali matul dawn l-aħħar snin wasslu biex il-proġett Ewropew jgħaddi minn prova. Il-popolazzjonijiet u l-livelli kollha ta' gvern ma kinux lesti għad-diviżjonijiet interni, is-sentimenti ta’ skuntentizza fost iċ-ċittadini u żieda drastika fil-migrazzjoni, u dan wassal għar-retorika nazzjonalista u tefa’ piż fuq is-solidarjetà reċiproka. F'dan l-isfond, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kellhom rwol fundamentali biex imexxu l-potenzjal tal-wirt kulturali tal-Ewropa 'l quddiem, isaħħu l-identitajiet u s-soċjetajiet, u jippromovu l-potenzjal kbir tad-diversità, li hija l-bażi tal-istorja Ewropea tagħna.

Il-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili 2018 jixtieq jippremja inizjattivi li għamlu kontribut sinifikanti sabiex jiġu affaċċjati l-isfidi ta':

  • is-sensibilizzazzjoni tad-diversi livelli u r-rikezza tal-identitajiet Ewropej;
  • l-isfruttar tal-potenzjal kollu tal-ġid kulturali tal-Ewropa;
  • l-iffaċilitar tal-aċċess għall-wirt kulturali Ewropew; u
  • l-promozzjoni tal-valuri Ewropej bħar-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt.

Se jiġi ppremjat total ta' EUR 50 000, li għandu jinqasam bejn massimu ta' ħames rebbieħa. L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hi s-7 ta' Settembru 2018 u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet se ssir fit-13 ta' Diċembru 2018 fi Brussell. Il-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili huwa miftuħ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha rreġistrati uffiċjalment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u li jaġixxu fil-livell lokali, nazzjonali, reġjonali jew Ewropew. Dan huwa miftuħ ukoll għal individwi.

Il-lista sħiħa tar-rekwiżiti u l-formola tal-applikazzjoni onlajn huma disponibbli hawnhekk. (ll)

Inqas

"Il-pagamenti diretti għandhom imorru biss lil bdiewa attivi", isostni l-KESE hekk kif jitlob appoġġ speċjali għal bdiewa żgħażagħ

Il-KESE jappoġġja PAK b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb flimkien ma' żieda fil-baġit tal-UE għal 1,3 % tal-ING skont it-tkabbir fl-ekonomija tal-UE. Għandu jiġi pprovdut finanzjament adatt tal-PAK sabiex jindirizza d-dħul baxx tal-bdiewa u l-ħaddiema fl-agrikoltura, l-inflazzjoni u kwalunkwe tnaqqis minħabba l-Brexit, kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali ambjentali u tat-tibdil fil-klima.

Il-KESE jappoġġja PAK b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb flimkien ma' żieda fil-baġit tal-UE għal 1,3 % tal-ING skont it-tkabbir fl-ekonomija tal-UE. Għandu jiġi pprovdut finanzjament adatt tal-PAK sabiex jindirizza d-dħul baxx tal-bdiewa u tal-ħaddiema fl-agrikoltura, l-inflazzjoni u kwalunkwe tnaqqis minħabba l-Brexit, kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali ambjentali u tat-tibdil fil-klima.

"Il-bdiewa Ewropej – irziezet tal-familja, SMEs, kooperattivi u sistemi tal-biedja tradizz...Aktar

Il-KESE jappoġġja PAK b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb flimkien ma' żieda fil-baġit tal-UE għal 1,3 % tal-ING skont it-tkabbir fl-ekonomija tal-UE. Għandu jiġi pprovdut finanzjament adatt tal-PAK sabiex jindirizza d-dħul baxx tal-bdiewa u tal-ħaddiema fl-agrikoltura, l-inflazzjoni u kwalunkwe tnaqqis minħabba l-Brexit, kif ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali ambjentali u tat-tibdil fil-klima.

"Il-bdiewa Ewropej – irziezet tal-familja, SMEs, kooperattivi u sistemi tal-biedja tradizzjonali oħra – għandhom ikunu kapaċi jgħixu mid-dħul tal-irziezet tagħhom. Dan għandu jiġi ggarantit bi prezzijiet ġusti u b'pagamenti diretti b'saħħithom. Madankollu, il-pagamenti diretti għandhom imorru biss lil bdiewa u intrapriżi agrikoli attivi li huma involuti fil-produzzjoni agrikola skont kriterji oġġettivi u prattiki reġjonali u li jipprovdu beni pubbliċi. Mhuwiex biżżejjed li wieħed ikun sempliċement is-sid ta' art agrikola," issostni Jarmila Dubravská, relatur tal-opinjoni tal-KESE Il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja. "Għall-bdiewa tal-UE, huwa ta' importanza kruċjali li l-proposti leġislattivi jinvolvu semplifikazzjoni reali tal-aktar elementi burokratiċi tal-PAK," iżid jgħidJohn Bryan.

Is-sussidjarjetà m'għandhiex iddgħajjef il-PAK jew is-suq uniku. Din għandha tapplika biss għall-pjani tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-PAK, u b'hekk tagħtihom xi ftit flessibbiltà biex jadottaw l-opzjonijiet ta’ pagament taħt l-ewwel u t-tieni pilastru li jkunu l-aktar adatti għat-tipi ta’ biedja, strutturi u kundizzjonijiet fil-pajjiż rispettiv, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet naturali u l-ambjent tiegħu. Il-KESE mhuwiex favur il-fatt li l-Istati Membri jittrasferixxu l-fondi mill-Pilastru II lejn il-Pilastru I. Pjuttost, dan jitlob livell raġonevoli ta' kofinanzjament tat-tieni pilastru għall-Istati Membri kollha.

Il-KESE jipproponi wkoll li jittejjeb l-appoġġ tal-PAK għall-bdiewa żgħażagħ u t-tiġdid ġenerazzjonali. Fl-aħħar, jeħtieġ li l-UE ssegwi strateġija aktar koerenti bejn il-PAK u l-politika kummerċjali. (sma)

Inqas

27 flixkun riċiklat biex isir flokk bi kmiem qosra

Strateġija ta' suċċess dwar il-Plastiks għandha timmira lejn miżuri effettivi edukazzjonali u ta' taħriġ sabiex trawwem ir-rispett tal-bilanċ dinamiku tal-bijosfera.  Sabiex nagħmlu l-plastiks aktar riċiklabbli u naċċelleraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jeħtieġ li noħolqu inċentivi relatati mad-disinn u l-imġiba kif ukoll standards komuni tekniċi u regolatorji.

Fl-opinjoni tiegħu dwar l-Aktar

Fl-opinjoni tiegħu dwar l-Istrateġija għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni, il-Kumitat enfasizza r-riċiklaġġ tal-plastiks bħala opportunità vitali għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u kompetittiv. L-oġġetti magħmula mill-plastiks għandhom jitqiesu bħala materja prima siewja li teħtieġ li tiġi rkuprata. "Aħna għandna bżonn kultura Ewropea ta' ċirkolarità tal-plastik ibbażata fuq analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott," sostna Antonello Pezzini, ir-relatur tal-opinjoni, "u dan se jirnexxi biss bl-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili. Il-vantaġġi tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ tal-plastiks iridu jsiru tanġibbli għaċ-ċittadini Ewropej."

Mikroplastik – jintuża ta' spiss fid-deterġenti, il-kożmetiċi, l-għamara u ż-żebgħa – jeħtieġ attenzjoni speċjali, peress li t-tniġġis mis-sors huwa wieħed mill-akbar perikli għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Minn PET għal ħjut

Il-KESE jħeġġeġ il-ġbir separat u, b'mod partikolari, ir-riċiklaġġ tal-PET (polietilentereftalat), li jistgħu joħolqu benefiċċji ekonomiċi fl-UE, filwaqt li jiġġeneraw attività ekonomika u impjiegi ġodda. It-trasformazzjoni tal-PET fi drapp hija innovattiva u ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, u tiżgura l-kwalità mit-tekniki tal-produzzjoni sad-disinn. U n-numri huma impressjonanti: hemm bżonn biss 27 flixkun ta' 1,5 litri – kważi l-konsum tal-ilma rrakkomandat ta' unità domestika b'erba' persuni fil-ġimgħa – sabiex isir flokk tas-suf. (sma)

Inqas

Forom ġodda ta’ xogħol jitolbu kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli

Biż-żieda fl-impjiegi flessibbli u atipiċi fl-UE, issa huwa tal-akbar importanza li l-kundizzjonijiet tax-xogħol isiru aktar trasparenti u prevedibbli għall-ħaddiema kollha, li jista’ jinkiseb l-aħjar permezz ta’ djalogu soċjali u negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, isostni l-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti.

Biż-żieda fl-impjiegi flessibbli u atipiċi fl-UE, issa huwa tal-akbar importanza li l-kundizzjonijiet tax-xogħol isiru aktar trasparenti u prevedibbli għall-ħaddiema kollha, li jista’ jinkiseb l-aħjar permezz ta’ djalogi soċjali u negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, sostna l-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti.

Il-KESE iddeskriva d-direttiva bħala pass reali lejn l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijie...Aktar

Biż-żieda fl-impjiegi flessibbli u atipiċi fl-UE, issa huwa tal-akbar importanza li l-kundizzjonijiet tax-xogħol isiru aktar trasparenti u prevedibbli għall-ħaddiema kollha, li jista’ jinkiseb l-aħjar permezz ta’ djalogi soċjali u negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, sostna l-KESE fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti.

Il-KESE iddeskriva d-direttiva bħala pass reali lejn l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-adattament għal dinja tax-xogħol futura. Madankollu, huwa wissa wkoll kontra l-piż amministrattiv possibbli li jistgħu jġarrbu l-impjegaturi jekk xi dispożizzjonijiet tad-direttiva jiġu implimentati fil-forma attwali tagħhom, u rrakkomanda li xi wħud mill-aspetti tagħha jiġu kkjarifikati u r-responsabbiltà għal ċerti kwistjonijiet titħalla għall-Istati Membri.

“Id-direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti hija opportunità kbira biex jingħata bidu għal Ewropa soċjali”, qal Christian Bäumler, relatur għall-opinjoni tal-KESE, filwaqt li żied jgħid li x-xogħol fuq talba ma jistax jinżamm bħala forma ta’ impjieg mingħajr ma jiġi stabbilit perjodu ta’ referenza xieraq u mingħajr avviż ta’ avvanz xieraq għall-ħaddiema.

Il-korelatur VladimiraDrbalová indikat li l-proposta attwali kien fiha xi dispożizzjonijiet mhux ċari li jistgħu jikkawżaw inċertezzi legali fis-suq tax-xogħol. Kien hemm bżonn ta’ xi rfinar minħabba li l-proposta ma kinitx ġustifikata biżżejjed.(ll)

Inqas

Is-sistema tal-VAT tal-UE teħtieġ li tlaħħaq mal-iżviluppi tas-suq b'mod urġenti

Il-KESE jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT, immirat għall-benefiċċju tal-konsumatur finali, iżda jitlob ċerti modifiki. Huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jimplimentaw ir-riformi proposti u jaqilbu għas-sistema definittiva tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Il-KESE jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT, immirat għall-benefiċċju tal-konsumatur finali, iżda jitlob ċerti modifiki. Huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jimplimentaw ir-riformi proposti u jaqil...Aktar

Il-KESE jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT, immirat għall-benefiċċju tal-konsumatur finali, iżda jitlob ċerti modifiki. Huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jimplimentaw ir-riformi proposti u jaqilbu għas-sistema definittiva tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Skont il-KESE, is-sistema attwali tal-VAT tal-UE teħtieġ li tinġieb konformi ma' żviluppi ġodda tas-suq, mudelli tan-negozju u teknoloġiji sabiex jiġi żgurat li s-suq uniku jiffunzjona kif xieraq, sabiex jiġu ssemplifikati r-regoli tal-VAT u tiġi impedita l-frodi tat-taxxa.

Sabiex titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-fora xierqa għall-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-ġbir tad-dħul u sabiex jiġu esplorati modi sabiex isir użu aħjar mit-teknoloġija diġitali biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, filwaqt li jiġi ssemplifikat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tat-taxxa u n-negozji u biex dawn jingħataw aċċess aktar faċli għall-informazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' sistema għall-ġbir effiċjenti tat-taxxa f'sitwazzjonijiet kummerċjali transkonfinali.

Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet kollha involuti fil-proċess ta' riforma sabiex jesploraw kif sistema tal-VAT komuni għall-oġġetti u għas-servizzi tista' tiġi implimentata. Huwa jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni dwar rati ta' VAT imnaqqsa u jirrakkomanda li dawn għandhom jiġu applikati għal ċerti klassijiet ta' oġġetti u servizzi, speċjalment dawk ta' interess ġenerali. "Lista negattiva" ta' oġġetti u servizzi li għalihom tapplika r-rata ta' VAT standard ma għandhiex tillimita bla bżonn il-libertà tal-Istati Membri li jistabbilixxu rati mnaqqsa għal ċerti oġġetti ta' interess ġenerali.

Fl-aħħar nett, il-KESE jqis li l-limiti għall-iskema tal-VAT il-ġdida għal negozji żgħar għandhom jiġu stabbiliti f'livelli li jiżguraw li l-SMEs kollha jkunu koperti. Ir-regoli tagħhom għandhom japplikaw ukoll għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali.

Jekk jogħġbok iċċekkja l-ewwel u t-tieni opinjoni tagħna għal aktar tagħrif.  (jk)

Inqas

Li ninvestu f’informatika ta’ prestazzjoni għolja huwa ta’ ġid għall-benessri, il-kompetittività u l-impjiegi

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li toħloq Ewropea ta’ Informatika ta’ Prestazzjoni Għolja u jiddikjara li din it-teknoloġija prinċipali se tgħin biex jiġu indirizzati l-iktar kwistjonijiet iebsa li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna tal-lum u fl-aħħar mill-aħħar se tkun ta’ benefiċċju għall-benessri, il-kompetittività u l-impjiegi.

F’opinjoni adottata fis-Sessjoni Plenarja tat-23 ta’ Mejju 2018, abbozzata minn Ulrich Samm u Antonio Longo, il-Kumitat jenfasizza li l-...Aktar

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li toħloq Ewropea ta’ Informatika ta’ Prestazzjoni Għolja u jiddikjara li din it-teknoloġija prinċipali se tgħin biex jiġu indirizzati l-iktar kwistjonijiet iebsa li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna tal-lum u fl-aħħar mill-aħħar se tkun ta’ benefiċċju għall-benessri, il-kompetittività u l-impjiegi.

F’opinjoni adottata fis-Sessjoni Plenarja tat-23 ta’ Mejju 2018, abbozzata minn Ulrich Samm u Antonio Longo, il-Kumitat jenfasizza li l-Impriża Konġunta EuroHPC żgur li se ġġib valur miżjud lill-indipendenza u s-sovranità diġitali tal-UE u l-Unjoni ssir protagonista kruċjali fl-iżvilupp diġitali, b’impatt dirett fuq il-kompetittività u l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

"Investiment inizjali ta’ EUR 1 biljun għall-akkwist u għall-operazzjoni ta’ magni ta’ superkomputazzjoni ta’ livell dinji huwa sinifikanti iżda mhux wisq ambizzjuż, speċjalment jekk nqabbluh mal-atturi ewlenin l-oħra – l-Istati Uniti u ċ-Ċina,” qal is-Sur Samm. “Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi mill-UE biex jaqblu ma’ dawk tal-kompetituri globali tagħna,” żied jgħid. B’mod partikolari, żieda sostanzjali fl-investimenti fl-Istati Membri tal-UE, flimkien ma’ preżenza qawwija tal-Programm Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, se jkunu essenzjali biex nibqgħu f’livell ta’ klassi dinjija f’applikazzjonijiet tal-Informatika ta’ Prestazzjoni Għolja.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll li kemm jista’ jkun possibbli tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni, fi ħdan il-qafas tal-Pilastru Soċjali Ewropew, billi jiġi stabbilit għadd ta’ sfidi tas-soċjetà li għandhom jintlaħqu bl-użu ta’ infrastruttura diġitali ġdida. “L-implimentazzjoni u l-użu ta’ magni ta’ livell għoli għandu jkollhom impatt pożittiv ċar u li jista’ jitkejjel fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ kull ċittadin Ewropew,” qal is-Sur Longo. “Din hija r-raġuni għalfejn aħna wkoll nappellaw għal strateġija ta’ komunikazzjoni fil-livell Ewropew li għandha tiġi implimentata biex tinforma liċ-ċittadini u l-impriżi dwar din l-inizjattiva ġdida importanti”. (mp)

Inqas

Il-futur tal-Balkani tal-Punent għandu jkun futur Ewropew

Aktar minn 100 rappreżentant tas-soċjetà ċivili adottaw il-kontribut tagħhom għas- Summit tal-Kapijiet tal-Istat tal-UE-Balkani tal-Punent f’Sofija fil-15 ta’ Mejju.

Il-parteċipanti fil-konferenza ta' livell għoli kienu konvinti li t-tkabbir tal-UE, u b'mod partikolari t-tixrid tal-valuri demokratiċi u l-istandards legali tagħha lejn ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, kienu fl-interess kemm tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kif ukoll tal-UE.

Aktar minn 100 rappreżentant tas-soċjetà ċivili adottaw il-kontribut tagħhom għas- Summit tal-Kapijiet tal-Istat tal-UE-Balkani tal-Punent f'Sofija

Il-parteċipanti fil-konferenza ta' livell għoli li saret fil-15 ta' Mejju kienu konvinti li t...Aktar

Aktar minn 100 rappreżentant tas-soċjetà ċivili adottaw il-kontribut tagħhom għas- Summit tal-Kapijiet tal-Istat tal-UE-Balkani tal-Punent f'Sofija

Il-parteċipanti fil-konferenza ta' livell għoli li saret fil-15 ta' Mejju kienu konvinti li t-tkabbir tal-UE, u b'mod partikolari t-tixrid tal-valuri demokratiċi u l-istandards legali tagħha lejn ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, kienu fl-interess kemm tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kif ukoll tal-UE. Il-promozzjoni tal-valuri tal-UE fir-reġjun tiggarantixxi s-sigurtà u l-istabbiltà u ttejjeb l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, id-demokrazija u l-istat tad-dritt f'dawn il-pajjiżi, li min-naħa l-oħra tfisser stabbiltà u sigurtà għall-UE.

"Il-ġejjieni tar-reġjun huwa ġejjieni Ewropew," enfasizza l-president tal-KESE, Luca Jahier fid-dikjarazzjoni tiegħu waqt il-konferenza. "Jiena ninsab konvint li m'hemm l-ebda alternattiva oħra kemm għall-UE kif ukoll għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent minn dik li jieħdu passi stabbli, trasformattivi u sostenibbli lejn sħubija sħiħa."

 "Jiena tassew nemmen li l-integrazzjoni mill-aktar fis possibbli ta' dan ir-reġjun fl-Unjoni komuni tagħna mhijiex biss fl-interess tal-pajjiżi u tan-nies tal-Balkani tal-Punent, iżda anke tagħna lkoll fl-UE," sostniet Dilyana Slavova, il-president tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni fil-ftuħ tal-konferenza.

Id-Deputat Prim Ministru Bulgaru għar-Riforma Ġudizzjarja u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ekaterina Zaharieva enfasizzat ukoll il-ħtieġa li tiġi involuta s-soċjetà ċivili: "Is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fl-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni tal-Balkani tal-Punent." Hija xtaqet tara żewġ pajjiżi mill-Balkani tal-Punent isiru membri tal-UE sal-2025.

 Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ffukaw b'mod partikolari fuq id-drittijiet u l-emanċipazzjoni ta' gruppi vulnerabbli fir-reġjun.(sg)

Inqas

Kummerċ, investiment, sigurtà soċjali u solidarjetà – punti fokali tas-sittax-il Round Table UE-Ċina

"Il-kontribut tas-soċjetà ċivili jarrikixxi s-sħubija multidimensjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jirriżulta f'relazzjonijiet internazzjonali aħjar," qablu l-president tal-KESE Luca Jahier u l-Viċi-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ċiniż, Yang Chongui, matul is-sittax-il Round Table bejn l-istituzzjonijiet tagħhom.

"Il-kontribut tas-soċjetà ċivili jarrikixxi s-sħubija multidimensjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jirriżulta f'relazzjonijiet internazzjonali aħjar," qablu l-president tal-KESE Luca Jahier u l-Viċi-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ċiniż, Yang Chongui, matul is-sittax-il Round Table bejn l-istituzzjonijiet tagħhom. Dikja...Aktar

"Il-kontribut tas-soċjetà ċivili jarrikixxi s-sħubija multidimensjonali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jirriżulta f'relazzjonijiet internazzjonali aħjar," qablu l-president tal-KESE Luca Jahier u l-Viċi-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ċiniż, Yang Chongui, matul is-sittax-il Round Table bejn l-istituzzjonijiet tagħhom. Dikjarazzjoni konġunta maħruġa minn żewġ kontropartijiet wara s-sittax-il Round Table UE-Ċina, li saret bejn it-28 u d-29 ta' Mejju f'Varna, il-Bulgarija, tiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-laqgħa.

"Ir-Round Table UE-Ċina stabbiliet ruħha b'mod b'saħħtu bħala wieħed mill-avvenimenti bilaterali ewlenin bejn l-UE u ċ-Ċina, li jirrifletti l-istat pożittiv globali u l-istabbiltà ta' dawk ir-relazzjonijiet," sostna l-president tal-KESE, Luca Jahier, filwaqt li żied jgħid li bħala sħab ekonomiċi, politiċi u strateġiċi ewlenin, l-UE u ċ-Ċina kellhom ikomplu jaħdmu flimkien dwar għadd dejjem akbar ta' kwistjonijiet.

Is-sittax-il Round Table ffukat fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà soċjali u l-mekkaniżmi tas-solidarjetà soċjali, u fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u ċ-Ċina.

Flimkien mar-Round Table, ġiet organizzata laqgħa tripartitika dwar is-Sena tat-Turiżmu 2018 UE-Ċina flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu tal-Bulgarija u l-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Bulgaru. Is-sena għandha l-għan li tippromovi destinazzjonijiet inqas magħrufa, tipprovdi opportunitajiet sabiex tiżdied il-kooperazzjoni ekonomika u ttejjeb il-faċilitazzjoni tal-viżi u l-konnettività tal-ajru bejn l-UE u ċ-Ċina. (ia)

Inqas

Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur huwa possibbli biss jekk dan ikun ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet

 Il-Ftehim m'għandu jissagrifika l-ebda settur, reġjun jew pajjiż, jenfasizza l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Unjoni Ewropea hija l-akbar ekonomija fid-dinja, u l-Mercosur huwa s-sitt l-akbar ekonomija fid-dinja. Meta jiffirmaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA), iż-żewġ partijiet jistgħu jiksbu benefiċċji sinifikanti, isostni l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-opinjoni tiegħu Lejn Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur , li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu fl-24 ta' Mejju.

 Il-Ftehim m'għandu jissagrifika l-ebda settur, reġjun jew pajjiż, jenfasizza l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Unjoni Ewropea hija l-akbar ekonomija fid-dinja, u l-Mercosur huwa s-sitt l-akbar ekonomija fid-dinja. Meta jiffirmaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA), iż-żewġ partijiet jistgħu jiksbu benefiċċji sinifikanti, isostni l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-opinjoni tiegħu Aktar

 Il-Ftehim m'għandu jissagrifika l-ebda settur, reġjun jew pajjiż, jenfasizza l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-Unjoni Ewropea hija l-akbar ekonomija fid-dinja, u l-Mercosur huwa s-sitt l-akbar ekonomija fid-dinja. Meta jiffirmaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA), iż-żewġ partijiet jistgħu jiksbu benefiċċji sinifikanti, isostni l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-opinjoni tiegħu Lejn Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur , li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu fl-24 ta' Mejju. L-UE tista' tikseb aċċess għal suq ta' kważi 300 miljun abitant. Il-Mercosur jista’ jiddiversifika l-ekonomiji tiegħu u jżid il-valur tal-esportazzjonijiet tiegħu, kif ukoll ikollu aċċess għal suq ta’ 500 miljun persuna. Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur, meta jitqiesu t-territorju, il-popolazzjoni u l-iskambji kummerċjali attwali ta' aktar minn EUR 84 biljun fis-sena, tippermetti li jissaħħaħ ir-rwol taż-żewġ blokok fix-xena internazzjonali u li jinħoloq spazju kbir ta’ integrazzjoni ekonomika, filwaqt li ġġib benefiċċji għaż-żewġ partijiet u tiġġenera effetti konsegwenzjali pożittivi, inkluż fil-kumplament tal-Amerika Latina. Madankollu, il-KESE jwissi li, taħt l-ebda ċirkostanza, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ma għandu jkun ibbażat fuq ftehim batut.

"Il-KESE jitlob lill-partijiet tan-negozjati, u lill-UE b'mod partikolari, sabiex iqisu l-ispiża politika u ekonomika għolja meta ma jintlaħaqx ftehim jew meta jintlaħaq ftehim li ma jkunx ibbilanċjat b'mod tajjeb għaż-żewġ partijiet", sostna Josep Puxeu Rocamora, relatur għall-opinjoni tal-KESE. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jkun ftehim strateġiku komprensiv li jkollu l-għan li jipprovdi benefiċċji fit-tul għall-atturi ekonomiċi u soċjali kollha taż-żewġ partijiet f'termini ta' żvilupp, sigurtà, migrazzjoni u sfidi ambjentali.

"Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu dimensjoni soċjali, tax-xogħol u ambjentali kompletament komprensiva, ", tenna Mário Soares, il-korelatur tal-opinjoni. "Din id-dimensjoni għandha tiżgura li r-relazzjonijiet ekonomiċi jkunu konformi mal-objettivi soċjali u ambjentali u l-konvenzjonijiet tal-ILO li jirregolaw l-iżvilupp sostenibbli".(sg)

Inqas

L-Unjoni Ewropea ma tistax tinsa l-valuri tagħha hija u tiżviluppa l-intelliġenza artifiċjali, jgħidu dawk li jfasslu l-politika fl-UE

L-ewwel summit tal-partijiet interessati dwar l-intelliġenza artifiċjali, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kummissjoni Ewropea fit-18 ta’ Ġunju fi Brussell, saħaq li l-UE teħtieġ tiżgura li l-intelliġenza artifiċjali hija sikura, imparzjali u f’konformità mal-valuri Ewropej.

”L-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija li ma għandhiex tegħlibna u tifliġna,” qalet Catelijne Muller, il-President tal-Grupp ta’ Studju Tematiku tal-KESE dwar l...Aktar

L-ewwel summit tal-partijiet interessati dwar l-intelliġenza artifiċjali, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kummissjoni Ewropea fit-18 ta’ Ġunju fi Brussell, saħaq li l-UE teħtieġ tiżgura li l-intelliġenza artifiċjali hija sikura, imparzjali u f’konformità mal-valuri Ewropej.

”L-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija li ma għandhiex tegħlibna u tifliġna,” qalet Catelijne Muller, il-President tal-Grupp ta’ Studju Tematiku tal-KESE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u żiedet tgħid li l-bnedmin għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni ta’ kmand tal-intelliġenza artifiċjali. 

Mariya Gabriel, Il-Kummissarju tal-UE għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali indirizzat l-isforzi tal-Kummissjoni biex tniedi azzjoni kkoordinata dwar l-intelliġenza artifiċjali, u sejħitilha "prijorità politika qawwija." Il-Kummissjoni qed timmira li tiġbor EUR 20 biljun f'investiment pubbliku u privat fl-intelliġenza artifiċjali sal-2020 u EUR 20 biljun fis-sena matul id-deċennju ta’ wara.

Mady Delvaux, ir-rapporteur tal-PE dwar l-intelliġenza artifiċjali, ġibdet l-attenzjoni għall-isfida tal-aċċessibilità, u qalet li l-Ewropa teħtieġ li tqassam b'suċċess il-ġid iġġenerat mill-intelliġenza artifiċjali.

L-intelliġenza artifiċjali hija waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-presidenza attwali tal-KESE. Kif enfasizzat minn Ariane Rodert, il-president tas-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, il-KESE qed jaħdem fuq żewġ opinjonijiet li jittrattaw l-intelliġenza artifiċjali. (ia)

Inqas

It-tielet Jum Ewropew tal-Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali: wasal iż-żmien li jiġu rikonoxxuti u jespandu

“Dan huwa ż-żmien opportun għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali biex juru valuri Ewropej fi żmien meta l-UE qed taffaċċja sfidi kbar,” qalet Ariane Rodert, membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li fetħet it-tielet Jum Ewropew tal-Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali (SEEs).

“Dan huwa ż-żmien opportun għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali biex juru valuri Ewropej fi żmien meta l-UE qed taffaċċja sfidi kbar,” qalet Ariane Rodert, membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li fetħet it-tielet Jum Ewropew tal-Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali (SEEs). L-avveniment, li sar fl-4 ta' Ġunju fil-bini tal-KESE fi Brussell, iffoka fuq kif tista' tikber l-ekonomija soċjali u wera intraprendituri soċjali innovattivi.

Ilum, l-ekonomija soċj...Aktar

Ilum, l-ekonomija soċjali tipprovdi impjieg bi ħlas għal 6,3 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, li tammonta għal 13,6 miljun impjieg imħallas fl-Unjoni Ewropea. Intraprendituri soċjali u dawk li jfasslu l-politika enfasizzaw li wasal iż-żmien li s-settur jespandi.

Il-kelliema enfasizzaw li l-ekonomija soċjali fl-Ewropa ta' spiss tiġi sottovalutata f'termini tal-potenzjal tagħha għall-iżvilupp ekonomiku u t-trasformazzjoni soċjali u ġibdu l-attenzjoni għar-rwol li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jistgħu jaqdu fil-livell internazzjonali, speċjalment fir-reġjuni b'livell għoli ta' qgħad bħall-Balkani jew f'pajjiżi Afrikani.

L-avveniment kien mogħni b'erba' eżempji ta' SEEs innovattivi u ta' suċċess, li wrew li t-tkabbir huwa possibbli fl-ekonomija soċjali, u tliet sessjonijiet ta' ħidma parteċipatorji, li ffukaw fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-SEEs, ir-rwol tar-raggruppamenti u l-possibbiltajiet għal tkabbir.

Dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-UE qablu li llum huwa l-mument opportun għall-ekonomija soċjali biex tespandi iżda ħeġġew lin-nies sabiex ma jinsewx il-bażi reali tal-ekonomija soċjali, li hija l-kooperazzjoni u s-solidarjetà.  (ia)

Inqas

Id-9 ġranet tas-soċjetà ċivili tal-KESE: L-era diġitali teħtieġ ħiliet tal-bnedmin u ambjent legali xieraq

Iċ-Ċittadinanza, id-Demokrazija u l-Kultura f’Ewropa diġitalizzata kien il-motto tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2018, li ġew organizzati mill-Grupp ta’ Kuntatt fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fi Brussell fl-24 u fil-25 ta’ Mejju.

Iċ-Ċittadinanza, id-Demokrazija u l-Kultura f’Ewropa diġitalizzata kien il-motto tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2018, li saru mill-Grupp ta’ Kuntatt fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fi Brussell fl-24 u fil-25 ta’ Mejju.

Il-ħeffa enormi tal-bidla fl-era diġitali se twassal għal xi qerda, iżda fit-tul, in-nies se jaħdmu anqas u b’mod differenti, b’benesseri suġġettiv aħjar, qal Andrea Renda, il-President fl-Innova...Aktar

Iċ-Ċittadinanza, id-Demokrazija u l-Kultura f’Ewropa diġitalizzata kien il-motto tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2018, li saru mill-Grupp ta’ Kuntatt fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fi Brussell fl-24 u fil-25 ta’ Mejju.

Il-ħeffa enormi tal-bidla fl-era diġitali se twassal għal xi qerda, iżda fit-tul, in-nies se jaħdmu anqas u b’mod differenti, b’benesseri suġġettiv aħjar, qal Andrea Renda, il-President fl-Innovazzjoni Diġitali fil-Kulleġġ tal-Ewropa, fid-diskors prinċipali tiegħu. Ray Pinto, id-direttur tal-politika f’DIGITALEUROPE, wissa li kien hemm nuqqas ta’ madwar nofs miljun espert fl-Ewropa. Barra minn hekk, filwaqt li l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu qed jirreġistraw żidiet kbar fil-privattivi tal-IA, l-Ewropa kienet għadha lura. 83 % tal-investiment estern fl-IA kien qed jiġi assorbit mill-Istati Uniti u miċ-Ċina.

F’sitt sessjonijiet ta’ ħidma, il-parteċipanti ddiskutew il-ħajja flimkien fl-Ewropa diġitali tal-futur u kkonkludew bl-adozzjoni ta’ seba’ rakkomandazzjonijiet ewlenin:  

  • Ibni sinerġiji bejn l-edukazzjoni u l-kultura dwar is-suġġetti tal-espressjoni kulturali u ċ-ċittadinanza fil-kuntesti tal-edukazzjoni kollha u f’perspettiva LLL;
  • Is-soċjetà ċivili għandha tiġi appoġġjata bil-għan li jkun hemm sensibilizzazzjoni akbar għall-promozzjoni u l-wiri tal-ugwaljanza, l-inklużività u l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika, inkluż onlajn;
  • Il-kontroll u s-sorveljanza għandhom jiġu msaħħa u s-soċjetà ċivili tkun involuta fil-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-superviżjoni;
  • Fil-livell lokali, għandhom jintużaw għodod elettroniċi tal-kokreazzjoni/finanzjament kollettiv biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini;
  • L-aċċessibbiltà għandha ssegwi l-istess perkors tas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Din għandha tkun aspett ewlieni tal-prodotti u s-servizzi tal-ICT;
  • l-IA tista’ u għandha żżid il-ħaddiema u mhux tissostitwixxihom;
  • Appoġġja u ppromovi Karta tad-Drittijiet Fundamentali Diġitali tal-UE. (sma)
Inqas

Il-benefiċċji ekonomiċi reġjonali tat-tranżizzjoni tal-enerġija spiss jiġu injorati

Fil-31 ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza seduta ta' smigħ dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija fir-Reġjuni tal-Ewropa biex jitfa’ dawl fuq il-benefiċċji ekonomiċi reġjonali għall-bidla għal provvisti tal-enerġija deċentralizzati u enerġija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, suġġett li fil-biċċa l-kbira baqa’ ma ġiex esplorat minkejja l-fatt li t-tranżizzjoni għandha dimensjoni reġjonali distinta.

Fil-31 ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza seduta ta' smigħ dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija fir-Reġjuni tal-Ewropa biex jitfa’ dawl fuq il-benefiċċji ekonomiċi reġjonali għall-bidla għal provvisti tal-enerġiji deċentralizzati u enerġija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju...Aktar

Fil-31 ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) organizza seduta ta' smigħ dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija fir-Reġjuni tal-Ewropa biex jitfa’ dawl fuq il-benefiċċji ekonomiċi reġjonali għall-bidla għal provvisti tal-enerġiji deċentralizzati u enerġija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, suġġett li fil-biċċa l-kbira baqa’ ma ġiex esplorat minkejja l-fatt li t-tranżizzjoni għandha dimensjoni reġjonali distinta.

Il-bidla għal enerġiji nodfa u rinnovabbli jaf tkun ta’ benefiċċju b’mod partikolari għal reġjuni anqas sinjuri, u b’hekk tnaqqas l-inugwaljanzi bejn iż-żoni differenti tal-UE u tiżgura titjib fil-koeżjoni soċjali u reġjonali fl-UE kollha. Intwera li enerġija ċivika prodotta lokalment ukoll tnaqqas il-faqar enerġetiku.

Dan intwera minn żewġ eżempji ta’ suċċess ippreżentati matul is-seduta ta' seduta. Tal-ewwel kien proġett implimentat fil-belt Ġermaniża ta’ Treuenbrietzen li laħaq l-għan tiegħu li jiżgura provvista tal-enerġija deċentralizzata nadifa u indipendenti għall-komunità li ma kinitx daqstant sinjura fil-passat.

Il-proġett ta’ tranżizzjoni tal-enerġija ta’ suċċess l-ieħor twettaq mill-muniċipalità ta’ Turosn Koscielna fil-Lvant tal-Polonja, wieħed mill-ifqar reġjuni fl-UE. Dan wassal għal tnaqqis annwali radikali fl-emissjonijiet tas-CO2 u għal iffrankar li jammonta għal EUR 95 000 fis-sena.

Ir-riżultati tas-seduta ta' smigħ se jikkontribwixxu għall-opinjoni tal-KESE dwar ” L-effetti ta’ struttura tal-provvista tal-enerġija mingħajr karbonju, deċentralizzata u diġitalizzata ġdida fuq l-impjiegi u l-ekonomiji reġjonali. L-opinjoni se tiġi ppreżentata fis-sessjoni ta’ Lulju tal-KESE fil-preżenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovič. (ll)

Inqas

Il-proposta baġitarja tal-Kummissjoni Ewropea hija nieqsa mill-ambizzjoni politika

Il-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE għal bejn l-2021 u l-2027 imressqa mill-Kummissjoni ma tagħmilx biżżejjed u hija nieqsa mill-ambizzjoni politika – din kienet waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ konferenza dwar is-suġġett ospitata mill-KESE. Hemm bżonn ta’ ftehim ta’ malajr dwar baġit fuq terminu twil adegwat u riformat kif xieraq.

Il-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE għal bejn l-2021 u l-2027 imressqa mill-Kummissjoni ma tagħmilx biżżejjed u hija nieqsa mill-ambizzjoni politika – din kienet waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ konfe...Aktar

Il-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE għal bejn l-2021 u l-2027 imressqa mill-Kummissjoni ma tagħmilx biżżejjed u hija nieqsa mill-ambizzjoni politika – din kienet waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ konferenza dwar is-suġġett ospitata mill-KESE. Hemm bżonn ta’ ftehim ta’ malajr dwar baġit fuq terminu twil adegwat u riformat kif xieraq.

Il-parteċipanti fil-konferenza tal-KESE rrikonoxxew il-limiti tal-QFP li jmiss u laqgħu bosta aspetti pożittivi tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda huma semmgħu wkoll leħinhom dwar il-lakuna dejjem tikber bejn it-tħassib taċ-ċittadini u l-aspettattivi tagħhom u s-setgħa istituzzjonali limitata u r-riżorsi finanzjarji li bħalissa qed jiġu allokati lill-UE. Il-lakuna ma setgħetx tiġi indirizzata b’mod xieraq mill-proposta tal-Kummissjoni, u għalhekk il-bżonn li tiġi riveduta.

Stefano Palmieri, il-president tas-Sezzjoni ECO tal-KESE, ħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE, f’konformità mal-Parlament Ewropew, biex iżidu l-limitu attwali għan-nefqa tal-UE għal 1,3 % tal-ING.

Mhux biss id-daqs iżda anke l-istruttura, id-distribuzzjoni u l-istrumenti tal-baġit propost kienu miftuħa għal diskussjoni. Kien hemm diversi pożizzjonijiet dwar dan.

Għalkemm, b’mod ġenerali, il-kelliema laqgħu ż-żieda ta’ prijoritajiet politiċi ġodda, huma talbu valutazzjoni dettaljata tal-istrumenti ta’ politika ġodda f’termini ta’ idoneità u effettività.

Il-prijoritajiet ġodda ma għandhomx jagħmlu ħsara lill-provvista ta’ riżorsi finanzjarji għal dawk li ilhom hemm, jiġifieri l-politika ta’ koeżjoni u l-politika agrikola komuni, irrispettivament mill-fatt li dawn il-politiki għandhom jiġu riformati kif xieraq.

Il-kundizzjonalità akbar għall-aċċess għall-finanzjament tal-UE ġiet approvata filwaqt li ntlaqgħu strumenti ġodda għal UEM stabbli. Minkejja dan, il-parteċipanti ddubitaw l-ambizzjoni u l-effettività tal-għodod proposti u staqsew għal aktar dettalji.

Fl-aħħar nett il-kelliema qablu li kien ta’ importanza fundamentali li jintlaħaq ftehim dwar il-QFP qabel il-Kunsill Ewropew informali f’Sibiu u l-elezzjonijiet parlamentari fl-2019.

Il-konklużjonijiet tal-konferenza se jikkontribwixxu għal opinjoni tal-KESE li għandha tiġi diskussa fil-plenarja tal-KESE f'Settembru 2018. (jk)

Inqas
Aħbarijiet mill-Gruppi

Studju dwar l-Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

mill-EESC'sGrupp tal-Ħaddiema

Studju li sar mill-Osservatorju Soċjali Ewropew għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq talba mill-Grupp tal-Ħaddiema.

mill-EESC'sGrupp tal-Ħaddiema

Studju li sar mill-Osservatorju Soċjali Ewropew għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq talba mill-Grupp tal-Ħaddiema.

Il-Pilastru Soċjali għandu l-potenzjal li jiżgura d-drittijiet ġodda taċ-ċittadini, xi ħaġa meħtieġa ħafna wara snin ta’ kriżi u awsterità. Iżda f’liema stat huwa l-Pilastru Soċjali? Dan kellu impatt diġà? X’inhi t-triq li għandna nsegwu?...Aktar

mill-EESC'sGrupp tal-Ħaddiema

Studju li sar mill-Osservatorju Soċjali Ewropew għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq talba mill-Grupp tal-Ħaddiema.

Il-Pilastru Soċjali għandu l-potenzjal li jiżgura d-drittijiet ġodda taċ-ċittadini, xi ħaġa meħtieġa ħafna wara snin ta’ kriżi u awsterità. Iżda f’liema stat huwa l-Pilastru Soċjali? Dan kellu impatt diġà? X’inhi t-triq li għandna nsegwu?

L-Unjoni Ewropea teħtieġ dimensjoni soċjali b’saħħitha biex tibbilanċja l-perspettiva ekonomika dominanti, u l-Pilastru jkopri dawn il-fatturi ewlenin fost il-prinċipji tiegħu. Il-perċezzjoni ġenerali tal-Pilastru hija pożittiva, iżda bi tħassib dwar in-natura mhux vinkolanti tagħha u b'mod partikolari dwar il-finanzjament, li għalih ir-riżorsi allokati mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFP) se jkunu kruċjali.

L-istudju wera li l-pilastru diġà kelluimpatt sinifikanti fuq is-Semestru Ewropew 2018, fejn it-tabella ta’ valutazzjoni soċjali hija pass pożittiv minkejja li teħtieġ ftit irfinar.

Bħala rakkomandazzjonijiet, l-istudju wera li huwa importanti li jiġu żgurati pagi minimi diċenti, u aktar importanti minn hekk li tiġi żgurata paga li tiggarantixxu l-għajxien, waħda li tiżgura li l-ħaddiema verament jistgħu jgħixu biha. L-awturi jipproponu r-rata tar-riskju ta’ faqar bħala gwida biex jistabbilixxu pagi li jiggarantixxu l-għajxien filwaqt li tiġi adattata għal sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. (pr)

L-istudju huwa disponibbli hawn

Inqas

“Fid-Difiża tad-Diversità”

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Żort Auschwitz-Birkenau diversi drabi, u kull darba ħassejtni maħkum mill-orrur u d-diżumanità li l-bnedmin huma kapaċi jikkaġunaw fuq sħabhom il-bnedmin. Iżda hemm ukoll sentimenti oħra li jinbidlu ma’ kull żjara. Forsi kien mistenni u fil-fatt mixtieq, li ż-żjara tal-Presidenza estiża tal-KESE fil-kampijiet ta’ konċentrament fit-12 ta’ Ġunju għenitna nirriflettu mhux biss dwar il-passat, iżda wkoll ħafna dwar il-preżent u l-futur.

...Aktar

Illum, il-preżenza populista u nazzjonalista fl-Ewropa qed tiżdied. Wieħed irid biss jaħseb fl-elezzjonijiet reċenti fl-Ungerija, l-Italja, l-Awstrija, il-Ġermanja u s-Slovenja. Il-vot populista fl-Istati Membri tal-UE żdied minn medja ta’ 8,5 % fl-2000 għal aktar minn 24 % illum, fejn laħaq l-ogħla livell. Mingħajr dubju, biex tingħeleb din it-tendenza li dejjem qed tikber, l-UE u l-valuri tagħha għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Madankollu, l-UE bħala istituzzjoni ma tistax tipprovdi t-tweġibiet kollha. Neħtieġu wkoll li ċ-ċittadini Ewropej u s-soċjetà ċivili organizzata jintensifikaw l-azzjoni tagħhom. Biex jilħqu u jinvolvu fi djalogu lil dawk imħajra minn l-estremiżmu – biex jgħinu jerġa’ jinkiseb ekwilibriju bejn is-soċjetajiet u s-sistemi politiċi tagħna.

Fi ħdan il-Grupp Diversità Ewropa dan ir-rwol niħduh b’serjetà kbira. Hija r-responsabbiltà tagħna, u permezz tal-għarfien espert u l-kreattività tal-Grupp tagħna aħna ser inkomplu nikkontribwixxu għal Ewropa paċifika sostenibbli, l-ibbilanċjar tal-progress soċjoekonomiku mat-taffija tal-faqar u r-rispett għall-ambjent. Se jkunu l-bdiewa, l-ambjentalisti, l-SMEs, il-professjonisti liberi, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani eċċ. li se ‘jitkellem’ u maċ-ċittadini Ewropej u għalihom. Fil-ħidma ta’ kuljum tal-Kumitat, iżda wkoll b’kontribut għall-abbozz tal-pjan direzzjonali tal-KESE Minn Krakovja għal Sibiu u lil hinn, li għandu l-għan li jispjega l-viżjoni tas-soċjetà ċivili tal-Ewropa ta’ għada. Ma ninsewx il-konferenza tal-Grupp tagħna f’Ottubru fl-Awstrija, dwar it-tema ‘Jistgħu l-progress ekonomiku u l-istabbiltà soċjali jikkuraw ix-xettiċiżmu dwar l-UE?’ Għax, fuq kollox, l-Ewropa tirrappreżenta ir-rispett reċiproku u l-ħarsien tad-diversità. Diversità li tibda fi ħdan il-Grupp tagħna stess, il-Grupp Diversità Ewropa.

Arno Metzler

President tal-Grupp Diversità Ewropa (Grupp III)

Inqas

Il-futur tal-Ewropa - Il-perspettivi ta’ Min Iħaddem

mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Aktar konsistenti, aktar magħquda u anqas burokratika - dan huwa l-mod kif min iħaddem jara l-futur tal-Ewropa. Il-komunità kummerċjali tibqa’ pro-Ewropea bis-sħiħ u trid li jkollha rwol attiv fit-tiswir tal-futur tal-UE. Il-parteċipanti fil-konferenza dwar Il-Futur tal-Ewropa - il-perspettivi ta’ Min Iħaddem, li saret fil-21 ta’ Ġunju 2018 f’Madrid, Spanja, enfasizzaw eżempji konkreti ta’ nuqqasijiet fl-UE u identifikaw soluzzjonijiet għall-futur.

mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Aktar konsistenti, aktar magħquda u anqas burokratika - dan huwa l-mod kif min iħaddem jara l-futur tal-Ewropa. Il-komunità kummerċjali tibqa’ pro-Ewropea bis-sħiħ u trid li jkollha rwol attiv fit-tiswir tal-futur tal-UE. Il-parteċipanti fil-konferenza dwar Il-Futur tal-Ewropa - il-perspettivi ta’ Min Iħaddem, li saret fil-21 ta’ Ġunju 2018 f’Madrid, Spanja, enfasizzaw eżempji konkreti ta’ nuqqasijiet fl-UE u identifikaw sol...Aktar

mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Aktar konsistenti, aktar magħquda u anqas burokratika - dan huwa l-mod kif min iħaddem jara l-futur tal-Ewropa. Il-komunità kummerċjali tibqa’ pro-Ewropea bis-sħiħ u trid li jkollha rwol attiv fit-tiswir tal-futur tal-UE. Il-parteċipanti fil-konferenza dwar Il-Futur tal-Ewropa - il-perspettivi ta’ Min Iħaddem, li saret fil-21 ta’ Ġunju 2018 f’Madrid, Spanja, enfasizzaw eżempji konkreti ta’ nuqqasijiet fl-UE u identifikaw soluzzjonijiet għall-futur.

Jekk ninsew il-valuri Ewropej, ser nitilfu lill-UE, qal Jose Vincente Gonzalez, Viċi President tal-Konfederazzjoni ta’ Min Iħaddem u l-Industriji ta’ Spanja (CEOE) fid-diskors tal-ftuħ tiegħu Il-futur tal-Ewropa għandu jitqies fil-kuntest globali. L-isfidi ġeopolitiċi – bħalma huma l-politika attwali tal-Istati Uniti jew il-flussi migratorji – jeħtieġu li jiġu indirizzati.

L-Unjoni Ewropea qed tgħaddi minn kriżi għal oħra iżda speċjalment illum, meta l-ordni globali li nafu qed tgħaddi minn bidla radikali, għandna nibqgħu magħqudin u nieħdu azzjoni ambizzjuża u kuraġġuża. L-impjegaturi huma soluzzjoni, mhux problema - qal Jacek Krawczyk, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem. Ma għandniex nibżgħu li niżviluppaw aktar Ewropa magħquda, jew li taġixxi f’għaqda u solidarjetà. Lanqas ma għandna nibżgħu niddikjaraw b’mod ċar u li ninstemgħu dak li jeħtieġ in-negozju sabiex jopera.

Id-dibattitu ffoka fuq żewġ aspetti tal-futur tal-UE - is-suq intern u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Ir-regolamentazzjoni żejda tibqa’ sfida għal kumpaniji Ewropej. F’ħafna setturi, id-diġitalizzazzjoni kontinwa teħtieġ bidliet kbar fil-mudell tan-negozju sabiex tibqa’ kompetittiva. Il-parteċipanti fil-panel dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja qablu li r-riformi tal-UEM li nbdew wara l-kriżi huma pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda huma bil-mod wisq u mhux ambizzjużi biżżejjed.

Il-Membri tal-Grupp ta’ Min Iħaddem kellhom ukoll l-unur li jiltaqgħu ma’ Ana Pastor, il-President tal-Congreso de los Deputados – il-Parlament Spanjol - u li jippreżentawlha l-konklużjonijiet tal-konferenza. L-avveniment kien organizzat b’mod konġunt mill-Konfederazzjoni ta’ Min Iħaddem u l-Industriji ta’ Spanja (CEOE) u l-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. (lj)

Inqas
Soon in the EESC/Cultural events

Ħsejjes minn “Songs of Longing” immarkaw is-60 Anniversarju tal-KESE

L-avveniment kulturali biex jikkommemora u jiċċelebra s-60th anniversarju tal-KESE kien bla dubju rappreżentazzjoni artistika unika u memorabbli, li tikkombina diversi elementi tal-ispettru tal-industrija kulturali u kreattiva.

Organizzat f'kooperazzjoni ma’ La Monnaie Opera House, bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali, l-avveniment "Songs of Longing”, taħt id-direzzjoni artistika ta' Airan Berg, ospita partijiet mill-proġett komunitarju li se jitnieda fil-b...Aktar

L-avveniment kulturali biex jikkommemora u jiċċelebra s-60th anniversarju tal-KESE kien bla dubju rappreżentazzjoni artistika unika u memorabbli, li tikkombina diversi elementi tal-ispettru tal-industrija kulturali u kreattiva.

Organizzat f'kooperazzjoni ma’ La Monnaie Opera House, bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali, l-avveniment "Songs of Longing”, taħt id-direzzjoni artistika ta' Airan Berg, ospita partijiet mill-proġett komunitarju li se jitnieda fil-bidu ta’ Ġunju.

Il-prestazzjoni kienet tikkonsisti f’nisġa ta’ tliet ensembles artistiċi, li kienu jinkludu mużika, żfin u teatru, li enfasizzat ir-rwol tal-kultura għall-preżent u l-futur tal-Ewropa kif ukoll il-messaġġ ewlieni tal-UE: "magħquda fid-diversità".

B’dal mod, din ikkombinat ukoll l-elementi varji li jiffurmaw il-qasam ewlieni ta’ fokus tal-KESE: il-politika soċjali u kwistjonijiet soċjali, l-ekonomija u l-kultura.

Artisti professjonali, kemm dawk li għadhom fil-bidu kif ukoll dawk magħrufa, ippreżentaw ix-xogħol tagħhom fuq l-istess palk, flimkien mal-membri tal-komunitajiet artistiċi li jgħixu u jaħdmu fi Brussell. Huma ħadu l-udjenza fuq vjaġġ madwar il-wirt kulturali divers tagħna, u wrew kif dan isaħħaħ il-kreattività kontemporanja; waqt li jmexxi t-tamiet għal ġejjieni bbażat fuq l-umanità konġunta.

"Songs of Longing" seħħ nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju quddiem sala ppakkjata f’Albert Hall.

Għal aktar informazzjoni idħolhawn (ck)

Inqas
Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Daniela De Luca (ddl)
Daniela Marangoni (dm)
Indre Anskaityte (ia)
Jasmin Kloetzing (jk)
Laura Lui (ll)
Siana Glouharova (sg)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 
July 2018
09/2018

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram