Logo EESC EPTAC

Passaport għad-Demokrazija Ewropea

  • Gwida Ta’ Malajr Għal Ċittadinanza Attiva Ewropea
  • Leħni Fl-Ewropa
  • Sett Ta’ Għodod Għall-Parteċipazzjoni
  • Gwida Għall-Inizjattiva Taċ-Ċittadini Ewropej
  • L-Appoġġ Jinsab Kull Fejn Tħares Madwarek
Drittijietek bħala ċittadin/a Kif tkun ċittadin/a attiv/a? Liema livell ta’ azzjoni?

Drittijietek bħala ċittadin/a

  • Ftit storja

    Id-data tal-1 ta’ Novembru 1993 tfakkrek f’xi ħaġa? Dakinhar, iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha kisbu status legali ġdid bħala “ċittadini tal-Unjoni Ewropea”. Il-“Komunità Ewropea” (ekonomika) saret l-“Unjoni Ewropea” (politika). Dan kien u jibqa’ pass dinji u storiku bla preċedent; ma hemmx ċittadini oħra fid-dinja li jgawdu minn drittijiet transnazzjonali biex jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni fl-istati nazzjon kollha.

    Minn dakinhar ’l hawn, id-drittijiet formali biex issemma’ leħnek issaħħew b’mod sistematiku, l-iżjed bl-introduzzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fl-2012. Din l-għodda kompliet tiġi aġġornata fl-2020, u b’hekk inħolqu opportunitajiet aħjar biex issemma’ leħnek.

    Agħmel dan il-kwiżż Qabel ma tkompli taqra
    Aqra iktar
  • Għadek m’intix ċittadin/a tal-ue?

    Hemm mod wieħed biss kif tista’ ssir ċittadin/a tal-Unjoni Ewropea. Trid tkun jew issir ċittadin/a eliġibbli ta’ wieħed mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, ma hemm l-ebda mod ieħor kif tikseb dan l-istatus mingħajr ma tkun ċittadin/a ta’ wieħed mill-Istati Membri. Iċ-ċittadinanza tal-UE tikkomplementa ċ-ċittadinanza lokali, reġjonali u nazzjonali – iżda qatt ma tissostitwixxiha.

    F’numru dejjem jikber ta’ Stati Membri, inti eliġibbli li tappoġġja inizjattiva taċ-ċittadini (speċjalment IĊE) u li tipparteċipa f’elezzjonijiet meta jkollok 16-il sena, mentri f’pajjiżi oħra trid tistenna sakemm ikollok 17 jew 18-il sena.

    Kun af aktar! Aktar informazzjoni dwar l-età minima biex tivvota fl-elezzjonijiet u/jew tappoġġja IĊE skont il-pajjiż: europa.eu/citizens-initiative/data-requirements_mt
    Età minima tal-vot fl-UE
    Iftaħ
    
  • Ftit storja
  • Għadek m’intix ċittadin/a tal-ue?

Iċ-ċittadini tal-ue għandhom erba’ drittijiet u libertajiet politiċi ewlenin:

  • li jiċċaqilqu, jgħixu u jaħdmu liberament fit-territorju tal-UE;
  • li jirċievu protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi ta’ kwalunkwe Stat Membru meta jkunu barra l-UE;
  • li jivvutaw u jikkontestaw elezzjonijiet fil-livell lokali u tal-UE fi kwalunkwe Stat Membru;
  • li jipparteċipaw fil-proċess leġiżlattiv tal-UE, billi pereżempju jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew jew jorganizzaw/jappoġġjaw Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE).

Kif tkun ċittadin/a attiv/a?

  • Informa ruħek!

    Qabel ma taġixxi, staqsi dwar drittijietek u dmirijietek

    Għandek id-dritt li tkun taf eżatt x’inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk tista’ titlob u tirċievi informazzjoni dwar prattikament kull ħaġa li qed tagħmel l-UE. Għandek ukoll id-dritt legali li taċċessa d-dokumenti tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, dritt li huwa stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 42) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 15).

    Is-servizz Europe Direct iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-UE bil-lingwa tiegħek stess. Għandek tirċievi tweġiba inizjali fi żmien tlett ijiem. Is-servizz jinkludi tqassim b’xejn bil-posta ta’ (ċerti) pubblikazzjonijiet tal-UE. Tista’ wkoll iċċempel bla ħlas lill-Europe Direct minn kwalunkwe post fl-Ewropa fuq 00 800 6 7 8 9 10 11 (matul il-ġimgħa mid-9 a.m. sas-6 p.m. CET).

    Kun af aktar! Aqra aktar dwar għodod oħra disponibbli fit-taqsima tas-sett ta’ għodod għall-parteċipazzjoni.
  • Kun ikkonsultat/a!

    Għandek ħafna mezzi li jippermettulek tikkummenta dwar il-politiki u l-proposti tal-UE

    Peress li l-Unjoni Ewropea għandha impatt kbir fuq il-ħajja tiegħek ta’ kuljum, huwa importanti li tkun taf li hemm obbligu legali li l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi fl-UE jrid ikun miftuħ u reattiv. Għal din ir-raġuni, l-istituzzjonijiet tal-UE huma obbligati “[j]żommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari” (Artikolu 11(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), magħruf ukoll bħala t-Trattat ta’ Liżbona) u għandhom iwettqu “konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet konċernati” sabiex jassiguraw li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti (Artikolu 11(3) tat-TUE). 

    Is-servizz “Semma’ leħnek” huwa “punt ta’ aċċess” uffiċjali għall-konsultazzjonijiet li għaddejjin u għad-diskussjonijiet pubbliċi relatati mal-proċessi tat-tfassil tal-politika Ewropea. Meta tirreġistra, tista’ tinkiteb għal notifiki bl-email u tista’ anke tirċievi stedina biex tipparteċipa fi proċessi ta’ konsultazzjoni formali.

  • Ipparteċipa!

    Tista’ tingħaqad ma’ partit politiku jew torganizza inti stess inizjattiva taċ-ċittadini

    L-Unjoni Ewropea hija demokrazija rappreżentattiva moderna, fejn iċ-ċittadini jikkogvernaw kemm b’mod indirett (permezz tal-istituzzjonijiet) kif ukoll b’mod dirett (permezz tal-għodod parteċipattivi). Il-karti fundamentali, it-trattati u l-liġijiet tal-UE jikkonformaw mal-Artikolu 21 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tistipula li “kulħadd għandu d-dritt li jieħu sehem fil-gvern ta’ pajjiżu b’mod dirett”, u, għall-ewwel darba fl-istorja tad-dinja, iqiegħdu din il-prattika fil-livell transnazzjonali.

    Fi kliem ieħor: għandek kull dritt li tipparteċipa b’mod attiv fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE u nistednuk bi pjaċir tagħmel dan pereżempju billi tingħaqad ma’ partit politiku rrappreżentat fil-Parlament Ewropew, billi tressaq petizzjoni quddiem il-PE jew billi tieħu sehem fil-Panels taċ-Ċittadini Ewropej. L-aktar għodda b’saħħitha għad-demokrazija parteċipattiva fl-UE hija l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej , li tippermettilek tistabbilixxi l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.

    Kun af aktar! Aqra aktar dwar għodod oħra disponibbli fit-taqsima tas-sett ta’ għodod għall-parteċipazzjoni.
  • Informa ruħek!
  • Kun ikkonsultat/a!
  • Ipparteċipa!

Liema livell ta’ azzjoni?

X’jiġri fil-ħajja mhuwiex imnaqqax fil-blat! Hija r-responsabilità tiegħek, ta’ ħbiebek u tagħna lkoll li nsemmgħu leħinna – u li nagħmlu beltna, il-provinċja tagħna, pajjiżna, l-Ewropa u d-dinja post aħjar.

  • Posti: il-livell muniċipali

    Il-post fejn tgħix x’aktarx huwa l-aktar post importanti għalik f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċittadinanza attiva u d-demokrazija parteċipattiva.

    Għalkemm il-muniċipalità tiegħek tista’ tkun l-aktar livell baxx ta’ awtorità statali, huwa hawn li jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet importanti bħalma huma l-ġestjoni tal-iskart, l-infrastruttura lokali u xi kultant anke l-edukazzjoni primarja u s-servizzi soċjali. Barra minn hekk, il-livell lokali huwa marbut mill-qrib mal-livelli leġiżlattivi fil-livell nazzjonali u dak Ewropew – u jaqdi rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta’ diversi regoli u liġijiet.

    Hemm kważi 100 000 demokrazija lokali fl-Unjoni Ewropea, u ħafna minnhom huma responsabbli għal parti enormi tal-ġbir ġenerali tat-taxxa u għall-applikazzjoni ta’ diversi tipi ta’ drittijiet parteċipattivi għaċ-ċittadini tagħhom stess, inklużi l-mezzi indiretti (permezz tal-partiti politiċi u l-parlamenti lokali) u diretti (inizjattivi u referendums).

    Kun af aktar! Tixtieq tkun taf aktar dwar x'tip ta' impatt tista’ tagħmel u kif u meta l-aħjar tagħmlu? Ikkuntattja uffiċjal tal-informazzjoni fl-amministrazzjoni lokali tiegħek.
  • Ir-reġjun tiegħi: il-livell provinċjali

    Ħafna provinċji u reġjuni jgawdu minn setgħat estensivi u anke dawk li ma għandhomx dawn is-setgħat, għandhom il-vantaġġ li jkunu l-eqreb punt ta’ kuntatt amministrattiv tiegħek.

    Bejn il-muniċipalità tiegħek u pajjiżek, inti għandek (f’mill-inqas 25 Stat Membru) livell wieħed jew aktar ta’ strutturi ta’ gvern reġjonali. Bħalissa, hemm madwar 1 500 demokrazija reġjonali bħal dawn fl-UE. F’ċerti Stati Membri federali, il-provinċji għandhom sovranità konsiderevoli, inklużi kostituzzjonijiet tagħhom stess, setgħat leġiżlattivi estensivi u introjtu komprensiv mit-taxxa u, fi Stati Membri oħra tal-UE, il-provinċji/ir-reġjuni prinċipalment jaqdu rwoli amministrattivi (li mhumiex eletti).

    Skont l-istatus tal-provinċja/tar-reġjun tiegħek, jista’ jkollok aktar jew inqas drittijiet estensivi għall-parteċipazzjoni politika, inklużi mezzi indiretti (permezz tal-partiti politiċi u parlamenti lokali) u diretti (inizjattivi u referenda).

    Kun af aktar! Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa l-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tar-Rappreżentanti Lokali u Reġjonali.
  • Pajjiżi: il-livell nazzjonali

    L-Istati Membri huma l-aktar livell importanti ta’ governanza fi ħdan l-Unjoni Ewropea, mil-lat ta’ setgħat politiċi u legali u l-kontroll tal-fondi pubbliċi.

    Għal din ir-raġuni, iċ-ċittadinanza tiegħek fi Stat Membru wieħed (jew xi kultant aktar) hija kruċjali għall-kapaċità tiegħek li ssemma’ leħnek u biex ikollok impatt fuq il-proċess pubbliku tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    Id-disponibbiltà tad-drittijiet politiċi parteċipattivi fil-livell nazzjonali tvarja b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri. Għalkemm il-pajjiżi kollha għandhom drittijiet elettorali, madwar żewġ terzi tal-pajjiżi jippermettu wkoll li ċ-ċittadini jagħmlu l-proposti tagħhom stess permezz ta’ petizzjonijiet u inizjattivi u li jsemmgħu leħinhom dwar kwistjonijiet sostantivi permezz tal-proċess ta’ referendum.

    Kun af aktar! Għal ħarsa ġenerali u dettalji dwar l-opportunitajiet parteċipattivi fil-livell nazzjonali, żur is-sit Direct Democracy Navigator jew iċċekkja mas-servizzi ta’ informazzjoni tal-parlament nazzjonali tiegħek.
  • L-Ewropa tiegħi: il-livell transnazzjonali

    Il-livell Ewropew joffri firxa wiesgħa għal azzjoni: mill-votazzjoni għar-rappreżentazzjoni.

    L-Unjoni Ewropea hija l-ewwel demokrazija transnazzjonali tad-dinja. Bħala ċittadin/a tal-UE, inti tgawdi minn firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex issemma’ leħnek, billi tivvota u/jew toħroġ bħala kandidat/a għall-Parlament Ewropew jew jista’ jkollok sehem aktar dirett billi tibgħat petizzjoni (indirizzata lill-Parlament) jew billi tniedi Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (indirizzata lill-Kummissjoni).  U dan mhux kollox!

    Bħala ċittadin/a tal-UE, inti tista’ toħroġ għall-elezzjoni mal-Parlament Ewropew, tibgħat ilment lill-Ombudsman Ewropew, tikseb għajnuna għall-problema tiegħek, issemma’ leħnek b’mod pubbliku, tibgħat petizzjoni lill-Parlament Ewropew jew tappoġġja Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

 Itla’ ’l fuq
 Niżżel il-passaport f’format ta’ fuljett
Passaport għad-DemokrazijaEwropea
Logo EESC
Aqsam
link għal facebook link għal x/twitter link għal linkedin link għal youtube link għal instagram
Ikkuntattjana
 
Dritt tal-awtur © Unjoni Ewropea 2024 | L-aħħar aġġornament: 01/03/2024
Ħajr | Avviż legali

Iċċekkja drittijietek bħala ċittadin/a tal-UE

Liema huma l-erba’ drittijiet li jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE?
Għandek raġun dwar id-dritt tiegħek!
Għandek raġun dwar id-dritt tiegħek!

Wasal iż-żmien li tistudja u tirrevedi drittijietek!

Kull min għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż tal-UE, awtomatikament huwa ċittadin tal-UE. Madankollu, kull pajjiż għandu r-regolamenti u l-kriterji tiegħu dwar min huwa intitolat għaċ-ċittadinanza tal-pajjiż u jiddeċiedi dwar ir-regoli tiegħu stess dwar l-għoti tan-nazzjonalità. Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu, naturalment, jitolbu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, iżda din ma tingħatax awtomatikament u l-ewwel iridu jissodisfaw il-kriterji nazzjonali.

Għandek raġun dwar id-dritt tiegħek!

Wasal iż-żmien li tistudja u tirrevedi drittijietek!

M’hemmx regoli li jkopru lill-UE kollha li jgħidu kif iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu, jaħdmu jew iqattgħu ħin barra minn pajjiżhom għandhom jiġu ntaxxati fuq l-introjtu tagħhom. Madankollu, il-pajjiż fejn int residenti għal finijiet ta’ taxxa normalment jista’ jintaxxa l-introjtu dinji totali tiegħek, iggwadanjat jew mhux iggwadanjat. Għal aktar informazzjoni, żur: https://europa.eu/youreurope/citizens/work/taxes/income-taxes-abroad/index_mt.htm

Għandek raġun dwar id-dritt tiegħek!

Età minima biex tiġi appoġġjata inizjattiva fl-UE

Itla’ fuq nett