Logo EESC EPTAC

Passaport għad-Demokrazija Ewropea

  • Gwida Ta’ Malajr Għal Ċittadinanza Attiva Ewropea
  • Leħni Fl-Ewropa
  • Sett Ta’ Għodod Għall-Parteċipazzjoni
  • Gwida Għall-Inizjattiva Taċ-Ċittadini Ewropej
  • L-Appoġġ Jinsab Kull Fejn Tħares Madwarek
 

is-sett ta’ għodod għall-parteċipazzjoni transnazzjonali: kif taqbad tagħżel?

Minn mindu l-Unjoni Ewropea saret aktar minn korp intergovernattiv, li fih rappreżentanti mill-gvernijiet nazzjonali kienu jiltaqgħu biex jieħdu deċiżjonijiet bil-bibien magħluqa, tressqu proposti għal għodod parteċipattivi, ġew introdotti mekkaniżmi prattiċi u dawk eżistenti ġew riveduti biex jagħmlu ċ-ċittadinanza tal-UE attiva u d-demokrazija parteċipattiva fil-livell transnazzjonali aktar minn idea sabiħa: trid issir prattika ta’ kuljum.

Għalhekk, meta tiddeċiedi li ssir attiv/a bħala ċittadin/a tal-UE u taħdem fil-livell transnazzjonali favur l-idea/it-tħassib/il-proposta tiegħek, jekk jogħġbok l-ewwel evalwa b’attenzjoni l-istrumenti parteċipattivi disponibbli fis-sett ta’ għodod. Hawn taħt ser issib l-aktar għodod importanti s’issa.

Video

Ilment

Jekk m’intix kuntent/a b’miżura relatata mal-UE, tista’ tressaq ilment formali quddiem l-Ombudsman Ewropew, li joffri formola online bl-24 lingwa uffiċjali tat-Trattati. Huwa importanti tkun taf li dan il-mezz mhuwiex miftuħ biss għaċ-ċittadini tal-UE iżda huwa miftuħ ukoll għar-residenti kollha fl-Unjoni Ewropea, inklużi n-negozji, l-assoċjazzjonijiet u korpi oħra rreġistrati fi ħdan l-UE.

  • https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home
EO Logo

Pariri dwar il-problemi

Jekk inti, bħala ċittadin/a jew negozju tal-UE, tiffaċċja ostakli f’pajjiż ieħor minħabba li awtorità pubblika mhix tagħmel dak li hu mitlub mid-dritt tal-Unjoni, tista’ tirrikorri għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-problemi SOLVIT previst mill-Kummissjoni Ewropea. Dan is-servizz online b’25 lingwa (il-lingwi tal-UE u n-Norveġiż) jittratta wkoll problemi b’element transfruntier li jkunu seħħew minħabba l-applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Istati Membri tal-UE.

  • https://ec.europa.eu/solvit/index_mt.htm
Solvit Logo
Video
Video

Is-saħħa tal-konsumatur

Jekk, pereżempju, għandek problema bid-drittijiet tiegħek bħala konsumatur jew qed tfittex kumpens għad-danni, għandek tavviċina lin-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi biex tindirizza kwistjonijiet ta’ prodotti jew servizzi difettużi f’wieħed mit-30 pajjiż rilevanti (UE/ŻEE – il-lingwi tal-UE, in-Norveġiż u l-Iżlandiż).

  • https://commission.europa.eu/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/resolve-your-consumer-complaint/european-consumer-centres-network-ecc-net_mt

L-edukazzjoni u x-xogħol

Jekk qed tfittex opportunitajiet ta’ impjieg jew ta’ edukazzjoni fl-Ewropa, hemm servizz, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE + in-Norveġiż u l-Iżlandiż, imsejjaħ EURES, in-Network Ewropew għall-Impjiegi, li joffri għodod kemm għal dawk li qed ifittxu impjieg kif ukoll għal min iħaddem (u fil-ħarifa tal-2023 kellu mhux inqas minn 3,9 miljun post tax-xogħol vakanti u miljun CV).

  • https://eures.europa.eu/index_mt
Eures Logo
Video
Video

Konsultazzjonijiet

Meta tħejji politika jew liġi ġdida, il-Kummissjoni Ewropea ta’ spiss tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni kkonċernata. Din hija opportunità tajba biex issemma’ leħnek fil-proċess uffiċjali fi stadju bikri. Tista’ tirreġistra biex tirċievi notifika meta titnieda konsultazzjoni li tikkonċerna kwistjoni li tinteressak.

  • https://ec.europa.eu/info/law/contribute-law-making_mt

Azzjoni indiretta

Hemm għadd ta’ istituzzjonijiet tal-UE intiżi biex jgħinuk issemma’ leħnek bħala ċittadin/a fil-livell tal-UE. Dawn l-istituzzjonijiet jinkludu l-Parlament Ewropew (u l-Membru tal-Parlament Ewropew tiegħek), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Video
Video

Petizzjonijiet

Iċ-ċittadini kollha, li jaġixxu individwalment jew b’mod konġunt ma’ ċittadini oħra, fi kwalunkwe ħin jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: dan huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Huwa importanti tkun taf li dan id-dritt jinkludi r-residenti kollha tal-UE kif ukoll l-assoċjazzjonijiet u l-kumpaniji li għandhom kwartieri ġenerali fi ħdan l-Unjoni.

Il-petizzjoni tiegħek tista’ tippreżenta talba, ilment jew osservazzjoni individwali dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew appell lill-Parlament Ewropew biex jadotta pożizzjoni dwar kwistjoni speċifika.

  • https://www.europarl.europa.eu/petitions/mt/home

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Din tippermetti li miljun ċittadin minn mill-inqas 7 Stati Membri tal-UE jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni f’oqsma fil-kompetenza tagħha. L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini jkollhom sena biex jiksbu l-appoġġ meħtieġ.

Il-firem għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru u jistgħu jinġabru online. L-organizzaturi ta’ inizjattivi li jirnexxu mbagħad jiġu mistiedna għal laqgħa mill-Kummissjoni u għal seduta pubblika mill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni jkollha 6 xhur biex teżamina l-inizjattiva u tiddeċiedi kif tipproċedi.

  • europa.eu/citizens-initiative.europa.eu/_mt
Video
Kun af aktar! Inti u tqis għodda għall-azzjoni, ipprova evalwa wkoll it-tip ta’ azzjoni li beħsiebek tieħu: trid iżżid xi ħaġa ġdida fuq l-aġenda tal-UE? Jew forsi trid ittemm xi ħaġa? Forsi qed tipprova ttejjeb xi kompitu eżistenti? Inkella, għaliex ma tużax waħda mill-għodod bħala pedina għan-negozjar sabiex tikkomplementa forom oħra ta’ azzjoni li qed tieħu sehem fihom? Kif tista’ tara, hemm ħafna modi kif issir ċittadin/a attiv/a tal-UE iżda kull wieħed minnhom jeħtieġ tħejjija u fehim bir-reqqa tal-objettivi ewlenin.
 Itla’ ’l fuq
 Niżżel il-passaport f’format ta’ fuljett
Passaport għad-DemokrazijaEwropea
Logo EESC
Aqsam
link għal facebook link għal x/twitter link għal linkedin link għal youtube link għal instagram
Ikkuntattjana
 
Dritt tal-awtur © Unjoni Ewropea 2024 | L-aħħar aġġornament: 01/03/2024
Ħajr | Avviż legali
Itla’ fuq nett