Sostenibbiltà tal-ikel
L-ikel huwa fiċ-ċentru ta’ ħajjitna u parti integrali mill-kultura Ewropea. Madankollu, l-ikel li nieklu, il-modi kif nipproduċuh u l-ammonti moħlija għandhom impatti kbar fuq is-saħħa tal-bniedem, ir-riżorsi naturali u s-soċjetà kollha kemm hi:
- Iċ-ċittadini – u b’mod partikolari t-tfal – qed ibatu dejjem aktar minn piż żejjed u obeżità minħabba dieti ħżiena għas-saħħa.
- Il-bdiewa u l-ħaddiema ma jitħallsux prezz ġust għall-prodotti tagħhom.
- Terz tal-ikel jintilef jew jinħela tul il-katina alimentari.
- L-ambjent qed iħallas il-kont bl-effetti drammatiċi tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikel fuq it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma, id-degradazzjoni tal-ħamrija, eċċ.
Il-kriżi tal-COVID-19 hija sinjal ta’ twissija li hija meħtieġa bidla. Il-kriżi wriet li l-kisba tal-ikel “mill-għalqa sal-platt” ma tistax titqies bħala ħaġa ovvja u wriet ukoll l-interkonnettività tal-atturi u tal-attivitajiet tul is-sistema tal-ikel kollha. Ktajjen tal-provvista ġusti, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, inklużivi u sostenibbli fis-settur agrikolu u tal-ikel kollu huma meħtieġa aktar minn qatt qabel biex iwasslu servizzi b’mod ugwali liċ-ċittadini, lill-bdiewa, lill-ħaddiema u lin-negozji.
Il-KESE ilu snin fuq quddiem nett fis-sejħa għal politika dwar l-ikel sostenibbli u komprensiva. Approċċ integrat u sistemiku bħal dan huwa essenzjali biex jiindirizza l-isfidi multipli u interkonnessi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikel; iwassal għal sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjokulturali; jiżgura l-integrazzjoni u l-koerenza bejn l-oqsma ta’ politika (bħall-agrikoltura, l-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-kummerċ, l-ekonomija, it-teknoloġija, eċċ.); u jippromovi l-kooperazzjoni fil-livelli kollha ta’ governanza.
Pages
There is a global increase in demand for bioenergy. This is a positive development if managed sustainably. It can contribute to several policy objectives such as agricultural and rural development, climate change mitigation and better energy access and security [...]
The opinion aim to look into options for promoting sustainable production of "food and fuel", and particularly how civil society can contribute. What does the EU biofuel policy mean for European and global food security? What regulatory frameworks are necessary to make it sustainable? What support for implementation is needed? How can the competition of land-use be better managed?
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 2001/110/EC relating to honey