Sostenibbiltà tal-ikel

This page is also available in:

L-ikel huwa fiċ-ċentru ta’ ħajjitna u parti integrali mill-kultura Ewropea. Madankollu, l-ikel li nieklu, il-modi kif nipproduċuh u l-ammonti moħlija għandhom impatti kbar fuq is-saħħa tal-bniedem, ir-riżorsi naturali u s-soċjetà kollha kemm hi:

  • Iċ-ċittadini – u b’mod partikolari t-tfal – qed ibatu dejjem aktar minn piż żejjed u obeżità minħabba dieti ħżiena għas-saħħa.
  • Il-bdiewa u l-ħaddiema ma jitħallsux prezz ġust għall-prodotti tagħhom.
  • Terz tal-ikel jintilef jew jinħela tul il-katina alimentari.
  • L-ambjent qed iħallas il-kont bl-effetti drammatiċi tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikel fuq it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma, id-degradazzjoni tal-ħamrija, eċċ.

Il-kriżi tal-COVID-19 hija sinjal ta’ twissija li hija meħtieġa bidla. Il-kriżi wriet li l-kisba tal-ikel “mill-għalqa sal-platt” ma tistax titqies bħala ħaġa ovvja u wriet ukoll l-interkonnettività tal-atturi u tal-attivitajiet tul is-sistema tal-ikel kollha. Ktajjen tal-provvista ġusti, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, inklużivi u sostenibbli fis-settur agrikolu u tal-ikel kollu huma meħtieġa aktar minn qatt qabel biex iwasslu servizzi b’mod ugwali liċ-ċittadini, lill-bdiewa, lill-ħaddiema u lin-negozji.

Il-KESE ilu snin fuq quddiem nett fis-sejħa għal politika dwar l-ikel sostenibbli u komprensiva. Approċċ integrat u sistemiku bħal dan huwa essenzjali biex jiindirizza l-isfidi multipli u interkonnessi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikel; iwassal għal sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjokulturali; jiżgura l-integrazzjoni u l-koerenza bejn l-oqsma ta’ politika (bħall-agrikoltura, l-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-kummerċ, l-ekonomija, it-teknoloġija, eċċ.); u jippromovi l-kooperazzjoni fil-livelli kollha ta’ governanza.

Displaying 1 - 3 of 3
Displaying 1 - 3 of 3